breadcrumb.ecName
mt Malti

Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges

Deskrizzjoni tal-programm

Għanijiet ewlenin

Il-programm għandu l-għan li jrawwem it-tkabbir ekonomiku f’Malta u li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri ta’ Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

Il-programm se jiffoka fuq 8 prijoritajiet ewlenin:

  • it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoloġika
  • it-tisħiħ tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità tal-ICT
  • it-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs
  • l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju
  • il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi
  • il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-tneħħija tal-ostakli fl-infrastruttura tan-netwerks prinċipali
  • il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni
  • l-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali

Il-prijoritajiet tal-finanzjamenti

Ir-riżorsi tal-FEŻR se jkunu investiti f’dan li ġej:

  • it-tibdil fil-klima (18,5 %)
  • il-protezzjoni tal-wirt naturali u kulturali (18 %)
  • l-infrastruttura tar-riċerka u attivitajiet relatati (16 %)
  • l-iżvilupp tan-negozju (14 %)
  • l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija (11 %)
  • l-infrastruttura tal-edukazzjoni u s-saħħa (14 %).
  • l-iżvilupp urban sostenibbli (5 %)

Ir-riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni se jkunu allokati għall-infrastruttura għall-ġestjoni tal-iskart u l-ilma (65 %) u s-sistemi tat-TEN-T u ta’ trasport sostenibbli (35 %).

Il-programm jipprevedi li 6,1 % tar-riżorsi tal-FEŻR se jkunu implimentati permezz ta’ strumenti finanzjarji, li, flimkien mal-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-Inizjattiva SME, itella' l-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-istrumenti finanzjarji għal 9,2 % tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR, tliet darbiet l-allokazzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji li saru fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti.

Riżultati mistennija

  • l-irduppjar tal-infiq tas-settur privat fir-R&Ż, li jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tal-2020 ta’ 2 % tal-PDG investit fir-R&Ż,
  • żieda ta’ 20 % fil-valur miżjud annwali tal-SMEs
  • żieda ta’ ħames darbiet fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fotovoltajka installata sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 10 % tal-enerġija rinnovabbli sal-2020
  • tneħħija ta’ 6 500 persuna mir-riskju tal-faqar
  • l-irduppjar tal-perċentwal ta’ skart riċiklatt u t-tnaqqis relatat ta’ aktar minn 40 % tal-volum tal-iskart li jmur fil-miżbla

Fondi

Cohesion Fund (CF): 204.992.109,00 €

Regional Development Fund (ERDF): 350.516.282,00 €

Il-prijoritajiet tematiċi

View the data

It-tagħrif finanzjarju

Baġit totali tal-PO: 672.921.971,00 €

Kontribuzzjoni totali tal-UE: 555.508.391,00 €

View the data