skip to main content
Newsroom
Overview    News

Ir-rapport tal-JRC dwar il-materja prima jinkludi data rigward Malta

Matul il-perjodu 2010-2019, Malta kellha waħda mill-ogħla rati ta’ tkabbir ekonomiku fl-UE, iżda l-kompetittività industrijali tagħha ddeterjorat kemxejn u l-ishma tal-manifattura u l-industrija totali fil-PDG kellhom xejra ta’ tnaqqis.

EC JRC 2022

Data:  13/05/2022

permalinkURL ewlieni

It-tkabbir ekonomiku f’Malta huwa xprunat prinċipalment mill-IDB. L-IDB eżoġenu huwa għoli ferm, bi stokks ta’ madwar 200 biljun euro, valur li hu 13,5-il darba ogħla mill-PDG ta’ Malta (data tal-2018).

Fost is-setturi industrijali rilevanti għall-materja prima, il-manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra hija l-kontributur ewlieni kemm għall-valur miżjud kif ukoll għall-impjiegi, filwaqt li l-produttività tax-xogħol ta’ tħaffir fil-minjieri u l-barrieri f’Malta fl-2018 kienet aktar mid-doppju tal-medja tal-manifattura.

Din id-data u indikaturi oħra speċifiċi għall-pajjiż, relatati ma’ materja prima mhux tal-ikel u mhux tal-enerġija, huma ppreżentati fir-rapport reċenti tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Materja Prima (RMIS) tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport attwali juri d-data għal Malta, kif ukoll għal seba’ pajjiżi oħra tal-UE. Dan tħejja matul il-perjodu April-Lulju 2021.