L-Impatt tat-terremoti fuq siti industrijali - Studju ta' każ f’Malta

Dan it-tip ta' avveniment jissejjaħ inċident “Natech”, cioe, inċident teknoloġiku kkawżat minn avveniment naturali.
Fl-2017, il-JRC, b'kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika (CIPD) f'Malta, wettaq studju “Natech” bl-iskop li jevalwa l-impatt minn terremoti f'ċerti żoni industrijali f'Malta. L-istudju eżamina l-probabbiltà u l-impatt potenzjali ta' rilaxxi ta' materjal perikoluż ikkawżati b’riżultat ta' terremot. L-għan tal-istudju kien li janalizza konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent u jidentifika il-‘cascading effect’ minn avvenimenti naturali. Abbażi tar-riżultati tal-istudju, il-JRC għamel numru ta' rakkomandazzjonijiet għall-valutazzjoni tar-riskju f’faċilitajiet industrijali, għall-ippjanar tal-użu tal-art, kif ukoll għall-ippjanar ta' emerġenza fuq siti u l-madwar taż-żona tal-istudju.
L-istudju kien ibbażat fuq xenarji tat-terremot kif identifikati mill-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali ta' Malta u ntużat ‘data’ minn rapporti ta' sikurezza tal-industrija f’Malta u sorsi pubbliċi oħra. Din id-‘data’ ġiet immappjata u analizzata bir-RAPID-N, għodda li tanaliża r-riskju 'Natech żviluppata mill-JRC.
Għall-iskop tal-istudju, ġie wkoll organiżżat Natech Seminar f’Malta fi Frar tal-2018, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati ewlenin.