Aqra l-verżjoni online | ISSN 2600-0334
   

Aħbarijiet dwar ir-Rokna għat-Tagħlim

European Commission Logo
comm_banner-newsletter-v2_62380

Learning Corner: Website

Taħt il-lenti – countdown għall-elezzjonijiet

X’qed tagħmel għalija l-UE

Qatt staqsejt lilek innifsek x’titjib konkret għamlet l-UE fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, fil-komunità jew f’pajjiżek? L-għodda interattiva msejħa “X’qed tagħmel għalija l-Ewropa” tidentifika l-ħafna modi li bihom l-UE ffinanzjat jew organizzat proġetti diversi li jagħmlu differenza reali għal ħajtek u għan-nies ta’ madwarek. Allura x’inti tistenna? Ħalli lill-istudenti tiegħek jesploraw x’għamlet l-UE għalihom u xxerjah ma’ edukaturi oħra!

 
Iktar
 

X'hemm ġdid?

Niġġieldu d-Diżinformazzjoni fil-klassi

F’dawn l-aħħar snin, rajna kemm informazzjoni qarrieqa jew falza malajr tista’ tinxtered online permezz tal-media soċjali u l-pjattaformi tal-messaġġi. Dan is-sett ta’ għodod ta’ diżinformazzjoni li għadu kif ġie aġġornat jagħti s-setgħa lill-għalliema tal-iskejjel sekondarji biex irawmu ħiliet vitali ta’ navigazzjoni online fl-istudenti. Hu jesplora t-tekniki użati fid-diżinformazzjoni bi tliet studji ta’ każijiet ġodda u eżerċizzji fi gruppi li għandhom l-għan li jippromwovu l-ħsieb kritiku. Hu jkopri firxa ta’ suġġetti attwali bħad-demokrazija, it-tibdil fil-klima, u s-saħħa pubblika u jistimula d-djalogu dwar il-ħila ta’ kif wieħed jagħraf dak li hu minnu.

 
Iktar
 

Ilgħab il-logħbiet

Lesti ruħek għas-sajf bil-logħba fuq bord ambjentali tagħna

Hekk kif is-sajf joqrob malajr u l-ġranet jitwalu, nibdew naħsbu biex noħorġu ’l barra u ngawdu n-natura jekk jista’ jkun kollha. Il-Logħba tal-Bord dwar l-Azzjoni Klimatika hi mod divertenti u faċli għat-tfal li għandhom bejn disa’ u 12-il sena biex jirrevedu xi fatti relatati mal-ambjent. It-tfal tal-iskola jistgħu jitgħallmu dwar suġġetti li jvarjaw mill-iżolazzjoni termika għall-enerġija mir-riħ u l-logħba tagħti ħjiel lill-imħuħ żgħażagħ kurjużi. Tista’ tiddawnlowdjaha mis-sit tagħna, tipprintjaha u t-tfal tal-klassi tiegħek jistgħu jibdew jilagħbuha mil-lum stess.

 
Iktar
 

Għall-għalliema

Esplora l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Is-sett ta’ għodod “Demokrazija tal-UE fl-Azzjoni” jgħinek tippreżenta temi Ewropej b’mod interessanti, għall-istudenti ta’ 16-il sena u aktar. Hemm erba’ moduli, li jkopru kif tiffunzjona l-UE, l-istrutturi demokratiċi, u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) li tħalli impatt. L-istudenti tiegħek jistgħu jipparteċipaw f’attivitajiet interattivi li jgħinu fl-iżvilupp tal-ħsieb kritiku, il-promozzjoni u l-ħiliet ta’ preżentazzjoni.

 
Iktar
 

Awdjoviżiv

6 - 9 ta’ Ġunju: Uża l-vot tiegħek jew oħrajn jiddeċiedu għalik

Jista’ jkun ta’ sorpriża għal ħafna żgħażagħ iżda relattivament sa ftit ilu, ħafna Ewropej ma setgħux jesprimu ruħhom b’mod miftuħ. Ċertament ma setgħux jivvutaw. L-Ewropej li għexu matul it-Tieni Gwerra Dinjija jew li kienu qed jgħixu f’dittatorjati fis-seklu 20 spiss setgħu jsibu ruħhom fil-periklu talli kienu biss differenti, minħabba t-twemmin tagħhom, jew għax xtaqu ħajja differenti. F’video ġdid mill-Parlament Ewropew, niltaqgħu ma’ ftit minn dawn in-nies b’messaġġ speċjali għan-neputijiet tagħhom - u għall-Ewropej kollha - qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju. Id-demokrazija minn dejjem kienet fraġli u mod importanti biex din tiġi protetta hu li wieħed jivvota. F’Ġunju, aktar minn 400 miljun persuna fil-pajjiżi kollha tal-UE għandhom id-dritt li jivvutaw għal Parlament Ewropew ġdid.

 
Iktar
 

Rokna tat-tagħlim
- Materjali ta’ tagħlim - Ilgħab il-logħbiet - Kronoloġija tal-UE
- Agħmel skambju mal-għalliema - Aħdem u studja - Aħbarijiet u kompetizzjonijiet

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-kontenut, id-distribuzzjoni jew aspetti editorjali oħra tal-prodotti msemmija f’din in-newsletter, inti mistieden tikkuntattja lill-Unità tas-Servizz Editorjali u l-Unità tas-Sensibilizzazzjoni Mmirata fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea:

E-mail: comm-learningcornernews@ec.europa.eu

Jekk din in-newsletter kienet mgħoddija lilek u int tixtieq tirċieviha b’mod dirett, tista’ tabbona hawn.

Tista’ twaqqaf l-abbonament ta’ din in-newsletter billi tikklikkja dan il-link jew billi tikkuntattjana f'dan l-indirizz tal-e-mail: comm-learningcornernews@ec.europa.eu

Il-Kummiissjoni Ewropea hija impenjata li tipproteġi d-data personali. Kwalunkwe data personali hija pproċessata f’konformità mar-Regolament (KE)2018/1725. Tista’ taqra l-istqarrija ta’ privatezza ta’ din in-newsletter hawnhekk.

L-informazzjoni personali kollha li tiġi pproċessata mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tiġi ttrattata kif xieraq.

ISSN: 2600-0334