Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 70, IS 11 ta´ Mejju 2011

F'din il-ħarġa


Merħba


Ġimgħa tas-Saħħa-e 2011: Investiment fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Futur


Pēteris Zilgalvis, Kap tal-Unità, Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea



Il-Ġimgħa tas-Saħħa-e (10-12 ta' Mejju 2011) hu avveniment speċjali li jgħaqqad flimkien dawk li jfasslu l-poliitka, l-industrija, l-innovaturi u l-professjonisti tas-saħħa biex jitgħallmu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jispiraw ruħhom.

 

Fi żmien ta' kriżi ekonomika, ftit huma dawk li jitkellmu dwar l-"investiment", u minkejja dan din se tkun it-tema tal-konferenza din is-sena. Iżda l-investimenti fil-flus mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu t-tħaddim tajjeb tas-Saħħa-e għall-ġenerazzjonijiet futuri: ħafna drabi, l-ikbar ostakli li jxekklu l-ħidma tajba tas-soluzzjonijiet tas-Saħħa-e huma legali, tekniċi, semantiċi u edukattivi.

 

M'għandniex xi ngħidu, għall-partijiet interessati fis-Saħħa-e hu iktar importanti li jinvestu ħinhom u l-enerġija tagħhom. L-għadd kbir ta' reġistrazzjonijiet għall-Ġimgħa tas-Saħħa-e jagħti x'jifhem li huma lesti jagħmlu dan. Fl-istess spirtu, l-avveniment ta' din is-sena se jkun iktar interattiv u parteċipattiv minn qatt qabel, bl-involviment attiv tad-delegati kollha - sal-livell ministerjali. Il-partijiet interessati se jkollhom l-opportunità li jinteraġġixxu ma' dawk li jfasslu l-politika, u l-parteċipanti se jingħaqdu f'partenarjat biex isibu soluzzjonijiet innovattivi tas-Saħħa-e għal xjuħija attiva u b'saħħitha.

 

Il-Ġimgħa tas-Saħħa-e hi opportunità għalina biex niffissaw miri ambizzjużi biex niġġieldu ż-żieda tal-kundizzjonijiet tas-saħħa kroniċi permezz ta' soluzzjonijiet tas-Saħħa-e. L-investiment fil-ħin u l-enerġija tagħna llum għandu jagħti riżultati pożittivi fil-forma ta' sistemi tas-saħħa iktar effiċjenti u effettivi għall-ġenerazzjonijiet futuri.





Aħbarijiet mill-UE


Mediċini veġetali tradizzjonali: iktar sikurezza għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE

Mill-1 ta' Mejju, dawk il-prodotti mediċinali li ġew irreġistrati jew li ġew awtorizzati biss jistgħu jinbiegħu fl-UE. Iċ-ċittadini jistgħu jserrħu rashom li l-mediċini veġetali tradizzjonali li jixtru huma sikuri u effettivi. Aqra l-istqarrija għall-istampa u ara l-filmat.


Mediċini veġetali tradizzjonali: iktar sikurezza għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE

Mill-1 ta' Mejju, dawk il-prodotti mediċinali li ġew irreġistrati jew li ġew awtorizzati biss jistgħu jinbiegħu fl-UE. Iċ-ċittadini jistgħu jserrħu rashom li l-mediċini veġetali tradizzjonali li jixtru huma sikuri u effettivi. Aqra l-istqarrija għall-istampa u ara l-filmat.


Kooperazzjoni UE-Stati Uniti dwar is-Saħħa-e

Wara l-iffirmar tal-memorandum ta' ftehim bjen l-UE u l-Istati Uniti relatat mal-ICT għall-attivitajiet tas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea organizzat grupp ta' ħidma biex tippreżenta l-azzjonijiet li għaddejjin u dawk ippjanati.


Kooperazzjoni UE-Stati Uniti dwar is-Saħħa-e

Wara l-iffirmar tal-memorandum ta' ftehim bjen l-UE u l-Istati Uniti relatat mal-ICT għall-attivitajiet tas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea organizzat grupp ta' ħidma biex tippreżenta l-azzjonijiet li għaddejjin u dawk ippjanati.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Ä ermanja

Mudelli innovattivi għat-titjib tal-kura fl-isptarijiet

Portal tal-internet ġdid li juri kemm l-isptarijiet jaħdmu b'suċċess.


Renju Unit

Modernizzazzjoni tas-saħħa u l-kura - l-involviment tal-pazjenti fid-diskussjonijiet

Id-Dipartiment tas-Saħħa tal-Ingilterra qed jorganizza eżerċizzju biex jiġbor l-opinjonijiet tal-pazjenti dwar il-modernizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa u tal-kura.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Il-Kummissjoni tfittex opinjonijiet dwar it-titjib tal-kura tas-saħħa billi tapplika l-ICT (is-Saħħa-e)

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex l-opinjonijiet taċ-ċittadini u ta' partijiet interessati oħrajn dwar kif jistgħu jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tal-kura tas-saħħa permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.


L-UE trid tmexxi l-innovazzjoni għal xjuħija attiva u b'saħħitha

Twaqqaf grupp ta' tmexxija tal-UE biex jiġi diskuss kif jistgħu jittejbu s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, tiżdied is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u jinħolqu opportunitajiet ġodda għat-tkabbir ekonomiku u s-suq għall-Ewropa.




Avvenimenti li ġejjin


ICORD 2011 - is-7 Konferenza Internazzjonali dwar il-Mard Rari u l-Mediċini Orfni (Tokjo, 21-21 ta' Mejju 2011)

Laqgħa dinjija dwar il-kooperazzjoni internazzjonali u l-politiki tas-saħħa pubblika b'enfasi fuq ir-riċerka, id-dijanjosi, l-iżvilupp ta' u l-aċċess għat-trattament u l-kura tal-mard rari.


Samit Ewropew dwar l-influwenza (Brussell, 26 ta' Mejju 2011)

Il-kunċett ta' laqgħa ta' jum hu li l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati dwar l-influwenza jiġu pprovduti bi pjattaforma biex jiskambjaw il-prattiki tajbin u biex jibdew azzjonijiet konkreti.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Rapport tal-2011 dwar is-sitwazzjoni tal-mediċini fid-dinja

It-tielet edizzjoni tar-rapport jiġbor dejta ġdida dwar 24 suġġett ewlieni dwar il-produzzjoni u l-konsum, l-innovazzjoni, ir-regolazzjoni u s-sikurezza tal-farmaċewtiċi.


Rapport tal-2011 dwar is-sitwazzjoni tal-mediċini fid-dinja

It-tielet edizzjoni tar-rapport jiġbor dejta ġdida dwar 24 suġġett ewlieni dwar il-produzzjoni u l-konsum, l-innovazzjoni, ir-regolazzjoni u s-sikurezza tal-farmaċewtiċi.


Kriżi, sptarijiet u kura tas-saħħa

Dan ir-rapport komparattiv jiġbor fid-dettall l-impatti tal-kriżi finanzjarja fuq l-isptarijiet u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa, il-pazjenti u ċ-ċittadini.


Kriżi, sptarijiet u kura tas-saħħa

Dan ir-rapport komparattiv jiġbor fid-dettall l-impatti tal-kriżi finanzjarja fuq l-isptarijiet u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa, il-pazjenti u ċ-ċittadini.



X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE


Filmat ġdid: Id-Direttur Ġenerali għas-saħħa u l-konsumaturi jispjega d-Direttiva dwar il-Veġetali

Paola Testori Coggi tispjega s-sitwazzjoni dwar il-mediċini veġetali b'rispons għat-tħassib taċ-ċittadini tal-UE.



Fokus


Ġimgħa tas-Saħħa-e 2011: Investiment fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Futur


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE - Saħħa-e

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Soċjetà tal-Informazzjoni - Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni għas-Saħħa

Kummissjoni Ewropea – DĠ Soċjetà tal-Informazzjoni


Aħbarijiet


Ġimgħa tas-Saħħa-e 2011: Investiment f'teknoloġiji tal-informazzjoni li jagħtu s-setgħa lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u lill-pazjenti!


Ġimgħa tas-Saħħa-e 2011: Materjal tal-istampa



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


Chain of Trust - Nifhmu l-perspettiva tal-pazjenti u tal-professjonijiet tas-saħħa dwar it-telesaħħa

Dan il-proġett jara li jagħti s-setgħa lill-pażjenti, il-professjonisti tas-saħħa u l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa fl-UE biex jifhmu u jużaw effettivament is-servizzi tat-telesaħħa.


TeleSCoPE - Kodiċi ta' Prattika tas-Servizzi tat-Telesaħħa fl-Ewropa

Dan il-proġett ifittex rispons għall-bżonnijiet dejjem jikbru tal-persuni b'kundizzjonijiet kroniċi jew għal żmien twil u se jikkontribwixxi għall-aġenda dwar is-saħħa preventiva.


Proġett HeartCycle

Dan il-proġett jippromwovi r-riċerka, l-iżvilupp u l-validazzjoni klinika ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tal-mard karjovaskulari. Jiffoka fuq il-vittmi tal-attakki tal-qalb u fuq pazjenti b'mard kroniku li sofrew kollass kardijaku.



Ħoloq interessanti oħra


HFE – Health First Europe


EHTEL - Assoċjazzjoni Ewropea tat-Telematika tas-Saħħa


HON - Fondazzjoni Saħħa fuq l-Internet


ISfTeH - Titjib fis-saħħa-e


Aġenzija Spazjali Ewropea - L-ispazju għas-Saħħa


WHO – Saħħa-e


WHO - Grupp ta' Koordinazzjoni għall-Istandardizzazzjoni tas-Saħħa-e


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk