Mogħdija tan-navigazzjoni

Ibgħat lil ħabib
google +
Verżjoni għall-istampar

eHealth

eHealth

eHealth huwa terminu ġeneriku għal firxa ta' strumenti bbażati fuq it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati biex jgħinu u jtejbu l-prevenzjoni, id-djanjosi, it-trattament, il-monitoraġġ, u l-immaneġġjar tas-saħħa u l-istil tal-ħajja.

eHealth ikopri l-interazzjoni bejn il-pazzjenti u l-fornituri tas-servizzi tas-saħħa, it-trażmissjoni tal-informazzjoni minn istituzzjoni għal oħra, jew il-komunikazzjoni bejn il-pazjenti jew il-professjonisti; jinkludi wkoll netwerks għall-informazzjoni tas-saħħa, rekords elettroniċi tas-saħħa, servizzi telemediċinali, u sistemi personali li jintlibsu jew li jinġarru għas-sorveljanza u l-appoġġ tal-pazjenti.
L-istrumenti eHealth jistgħu, per eżempju, jikkontribwixxu għad-disponibbiltà ta' tagħrif li jkun potenzjalment jista' jsalva n-nies fejn u meta jkun meħtieġ - suġġett kruċjali minħabba ż-żieda fil-moviment tal-pazjenti bejn il-fruntieri. eHealth jista' jwassal benefiċċji sinifikanti lill-komunità kollha, permezz ta' titjib fl-aċċess u l-kwalità tal-kura. Jikkontribwixxi għas-sistemi tas-saħħa li jiffokaw fuq iċ-ċittadin u l-effikaċja, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà ġenerali tas-settur tas-saħħa.

L-Unjoni Ewropea qed timxi lejn "Żona Ewropea tal-eHealth", tikkoordina azzjonaijiet u tippromwovi s-sinerġiji bejn politiki relatati u l-partijiet interessati, sabiex tiżvilppa soluzzjonijiet aħjar, tevita l-frammentazzjoni tas-suq u tqassam l-aħjar prattiċi. Hemm għanijiet speċifiċi biex tinħoloq struttura elettronika ta' rekords dwar is-saħħa billi tappoġġa l-iskambju ta informazzjoni u standardizzazzjoni; li jitwaqqfu netwerks tal-informazzjoni dwar is-saħħa bejn punti ta' kura sabiex ikunu kkoordinati r-reazzjonijiet għat-theddid għas-saħħa; li jiġu żgurati servizzi tas-saħħa onlajn bħall-informazzjoni dwar l-għajxien għaqli u l-prevenzjoni tal-mard; u li jkunu żviluppati l-kapaċitajiet tat-telekonsultazzjoni, l-ePreskrizzjoni, l-eRiferiment u l-eRimbors. Is-suċċess ta' din l-attività jeħtieġ li l-ħtiġijiet u l-involviment taċ-ċittadini, il-pazjenti u l-professjonisti jkunu kkunsidrati fl-istrateġiji u l-proġetti tal-implimentazzjoni.

Temi dwar is-saħħa: Minn A sa Z

L-avviżi bl-aħbarijiet u l-avvenimenti ta' Saħħa-UE jiġu ġġenerati awtomatikament fuq kriterji pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea. Jista jkun fihom xi żbalji ta' klassifikazzjoni.