Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 60, IS 9 ta´ Diċembru 2010

F'din il-ħarġa


Merħba


Newsletter Saħħa-UE - Strateġija għan-Nutrizzjoni - inħarsu lura filwaqt li nħejju għall-quddiem


Ta' Despina Spanou, Konsulent Prinċipali, Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea



Dan ix-xahar ifakkar punt importanti fil-politika tan-nutrizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea peress li se naslu f'nofs triq tal-Istrateġija għall-Ewropa dwar in-Nutrizzjoni, u kwistjonijiet tas-saħħa relatati mal-ħxuna u l-obeżità adottata fl-2007 għal 6 snin biex tikseb għanijiet speċifiċi inklużi konsumaturi informati aħjar, aktar attività fiżika, u d-disponibbiltà ta' għażliet għaqlin għaċ-ċittadini.  
 

Biex jintleħqu l-għanijiet ta' din l-Istrateġija, il-Kummissjoni Ewropea kellha għajnuna mingħand il-parteċipanti kollha permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar l-Attività Fiżika tad-Dieta u s-Saħħa u tas-27 Stat Membru permezz tal-Grupp ta' Livell Għoli għan-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika. Dawn il-fora taw eżempju reali tal-frott ta' kooperazzjoni volontarja dwar kwistjonijiet diffiċli tas-saħħa. Impenji fil-qasam tal-promozzjoni u r-reklamar għat-tfal u fir-riformular tal-prodotti għamlu kontribuzzjoni sinifikanti fit-titjib tal-ambitu tan-nutrizzjoni. Iż-żieda ta' strateġiji nazzjonali ta' nutrizzjoni kienet kisba importanti oħra. Pass ewlieni ieħor kien il-ftehim dwar il-mira komuni biex jitnaqqas il-melħ aċċettat f'Ġunju mis-27 Ministru tas-Saħħa tal-UE fil-Konklużjonijiet formali tal-Kunsill.


In-nutrizzjoni u l-ġlieda kontra l-obeżità dan l-aħħar ingħataw spinta ġdida madwar id-dinja kif juri x-xogħol ta' istitizzjonijiet internazzjonali bħad-WHO u l-OECD. L-impenn tal-First Lady tal-Istati Uniti Michelle Obama dwar l-azzjonijiet biex titnaqqas l-obeżità u tiżdied l-attività fiżika huwa eżempju ieħor ta' interess imġedded għall-azzjoni.


Fit-8 u d-9 ta' Diċembru, il-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Presidenza Belġjana se tospita konferenza dwar in-nutrizzjoni fejn se nippreżentaw ir-rapport ta' nofs l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u nuru l-azzjonijiet prinċipali meħuda s'issa. Fl-istess okkazzjoni, il-Kummissarju John Dalli se jippreżenta l-viżjoni tiegħu dwar l-Istrateġija għas-snin li ġejjin.


L-Istati Membri u l-partijiet interessati se jipparteċipaw attivament minħabba li se tkun opportunità biex inħarsu lura lejn il-kisbiet tal-Istrateġija s'issa u biex inħejju l-għanijiet u l-azzjonijiet għall-ġejjieni. L-ambizzjoni tagħna hi li nkomplu bl-istess livell ta' impenn li kull min hu involut wera s'issa biex nilħqu riżultati akbar għall-benefiċċju tal-benessri taċ-ċittadini.

 





Aħbarijiet mill-UE


L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tvara RSS feeds ġodda

Il-feeds fuq is-sit web tal-EFSA għandhom jipprovdu l-aħħar titli tal-aħbarijiet, taqsiriet u links għal artikli sħaħ hekk kif jiġu ppubblikati.


L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tvara RSS feeds ġodda

Il-feeds fuq is-sit web tal-EFSA għandhom jipprovdu l-aħħar titli tal-aħbarijiet, taqsiriet u links għal artikli sħaħ hekk kif jiġu ppubblikati.


Konsultazzjoni pubblika dwar is-Sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu

Il-Kummissjoni qed tiġbor l-opinjonijiet ta' organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, kumpaniji u ċittadini dwar il-proġett pilota tat-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu u dwar kif l-Ewropa tista' żżid l-innovazzjoni biex tiffaċċa l-isfidi tal-popolazzjoni li qed tixjiħ tagħha.


Konsultazzjoni pubblika dwar is-Sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu

Il-Kummissjoni qed tiġbor l-opinjonijiet ta' organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, kumpaniji u ċittadini dwar il-proġett pilota tat-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu u dwar kif l-Ewropa tista' żżid l-innovazzjoni biex tiffaċċa l-isfidi tal-popolazzjoni li qed tixjiħ tagħha.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Polonja

Il-Polonja tintroduċi projbizzjoni fuq it-tipjip

Il-Polonja ingħaqdet mal-pajjiżi fejn it-tipjip huwa projbit fil-postijiet pubbliċi kollha. Ir-ristoranti, bars, clubs, skejjel, playgrounds u postijiet oħra issa saru żoni bla tipjip.


Litwanja

Rakkomandazzjonijiet nutrittivi

Iċ-Ċentru tal-Edukazzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard tal-Ministeru tas-Saħħa se jippubblika rakkomandazzjonijiet għal ikel għaqli.


Olanda

Rapport ta' Prestazzjoni dwar il-Kura tas-Saħħa fl-Olanda 2010

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Olanda kkummissjona Rapport ta' Prestazzjoni dwar il-Kura tas-Saħħa biex jissorvelja tendenzi fil-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-ispiża tal-kura tas-saħħa.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ aktar prevenzjoni u ttestjar

Biex jitfakkar il-Jum Dinji tal-AIDS, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa John Dalli se jagħmel diskors ewlieni waqt seminar fil-Parlament Ewropew dwar l-ittestjar għall-HIV. Id-dijanjożi bikrija hija vitali għal trattament tajjeb u żieda fl-istennija tal-ħajja, kif juru l-istimi li madwar terz ta' dawk li huma infettati bl-HIV fl-Ewropa ma għandhomx għarfien li huma infettati.


Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 – Jitħabbru r-rebbieħa!

Fit-30 ta' Novembru, Gianluca Ferraris u Ilaria Molinari ħadu t-tieni Premju għall-Ġurnaliżmu fil-qasam tas-saħħa tal-UE fil-preżenza ta' finalisti minn 27 pajjiż, edituri, membri tal-ġurija nazzjonali u tal-UE u rappreżentanti għolja tal-Kummissjoni.


Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 – Jitħabbru r-rebbieħa!

Fit-30 ta' Novembru, Gianluca Ferraris u Ilaria Molinari ħadu t-tieni Premju għall-Ġurnaliżmu fil-qasam tas-saħħa tal-UE fil-preżenza ta' finalisti minn 27 pajjiż, edituri, membri tal-ġurija nazzjonali u tal-UE u rappreżentanti għolja tal-Kummissjoni.




Avvenimenti li ġejjin


It-2 konferenza internazzjonali dwar il-valutazzjoni tar-riskju (Brussell, 26-28 ta' Jannar 2011)

Id-"Djalogu Internazzjonali dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji" hu forum internazzjonali dwar il-prinċipji, il-metodi u l-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju. Dan isegwi djalogu simili bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Uniti u l-Kanada.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Rakkomandazzjonijiet globali dwar l-attività fiżika għas-saħħa

Ir-rakkomandazzjoni tiffoka fuq kif l-attività fiżika tista' tipprevjenzi l-mard li ma jitteħidx.


Evalwazzjoni tal-pjattaforma Ewropea għall-azzjoni fuq id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa

Dan ir-rapport ta' evalwazzjoni jinkludi żewġ studji ta’ każi dwar l-impenji tal-membri tal-Pjattaforma f'dawk li huma l-oqsma ewlenin għar-riklamar u l-promozzjoni mat-tfal, kif ukoll ir-riformulazzjoni tal-ikel u x-xorb.




Fokus


Kwistjonijiet ta' saħħa relatati man-nutrizzjoni, l-obeżità u l-piż żejjed.


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE - In-Nutriment

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE – Sports u Passatemp

Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Prevenzjoni u Promozzjoni

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Il-Mard Kardjovaskulari

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Nutrizzjoni u attivita fiżika

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


ENHR II - Rapport dwar l-istatus tan-nutrizzjoni u s-saħħa

Il-proġett għandu jipprovdi rapport aġġornat u komprensiv dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa u n-nutrizzjoni fl-Ewropa li jiffoka fuq dieti mhux tajbin, nuqqas ta' attività fiżika, użu ta' tabakk u konsum żejjed tal-alkoħol.


FOOD - Niġġieldu l-obeżità permezz tad-disponibbiltà u d-domanda

Dan il-proġett jikkonċentra fuq il-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol u għandu l-għan li jibdel id-drawwiet ħżiena tal-impjegati waqt ħin l-ikel.


LifeCycle - Promozzjoni tal-imġieba mobbli għas-saħħa

L-għan ta' dan il-proġett hu li jbiddlilna t-tendenza għal ħajja dejjem aktar sedentarja billi jżid l-attività fiżika fir-rutina ta' kuljum. Jipprova jintegra ċ-ċikliżmu bħala l-mezz ewlieni ta' trasport u bħala attività fiżika fir-rutina ta' kuljum.


Prevenzjoni Għaqlija tal-Obeżità fit-Tfal minn età bikrija.

Dan il-proġett jipprova jipprevjeni l-obeżità fit-tfal ta' bejn it-3 u 6 snin u jissielet kontra ż-żieda fl-obeżità tat-tfal fl-Italja, id-Danimarka u l-Polonja.



Ħoloq interessanti oħra


EASO – L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudju dwar l-Obeżità


ENGSO — L-Organizzazzjoni mhux governattiva Ewropea dwar l-Isport


EFAD — Il-Federazzjoni Ewropea ta' l-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti Djetetiċi


ESPGAN – Is-Soċjetà Ewropea tal-Gastroenteroloġija u n-Nutriment Pedjatriċi


IOTF - Il-Grupp ta’ Ħidma Internazzjonali dwar l-Obeżità


WHO Ewropa – Il-politika dwar in-nutriment


WHO Ewropa – L-obeżità


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk