Il-Pjattaforma tal-UE dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa

Il-pjattaforma tal-UE dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa hi forum għall-organizzazzjonijiet f'livell Ewropew, li tinkludi fost oħrajn l-industrija tal-ikel u l-NGOs tal-protezzjoni tal-konsumaturi, li huma lesti jikkommettu lilhom infushom biex jittrattaw ix-xejriet attwali fid-dieta u l-attività fiżikapdf(95 KB). Il-Pjattaforma hi magħmula minn dawn il-membripdf(69 KB).

L-idea hi li, immexxija mill-Kummissjoni, il-pjattaforma għandha sservi bħala eżempju ta' azzjoni kkoordinata dwar il-problema minn partijiet differenti tas-soċjetà biex tinkuraġġixxi inizjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Ewropa.

Dwar xiex qed jaħdmu?

Minn mindu bidiet fl-2005, il-membri tal-pjattaforma wasslu aktar minn 300 impenn Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Kif inhu vvalutat dan ix-xogħol?

  • Il-membri tal-organizzazzjonijiet jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom stess u r-rapporti ta' valutazzjoni jiġu eżaminati minn assessuri biex jiġi segwit il-progress tal-Pjattaforma.
  • Linji Gwidi - sorveljanza tal-kummenti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • Ir-Rapporti annwali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) dwar il-kisbiet tal-pjattaforma jeżaminaw kemm il-membri qed jimmonitorjaw tajjeb il-progress
  • Kalendarju tal-monitoraġġ ta’ kull sena Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Kemm-il darba jiltaqgħu l-membri?

B'mod regolari – ara l-minuti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tal-laqgħat tal-pjattaforma.

Il-Pjattaforma tal-UE viżwalizzata

Il-Pjattaforma tal-UE viżwalizzata
Ikklikkja l-immaġni biex tkabbar

Filmat dwar l-azzjoni tal-UE fil-qasam tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika

 
Ikklikkja l-buttuna tal-lemin/Issejvja f'format AVI (.avi)avi jew f'format Quicktime (.mov)quicktime biex tiddawnlowdja l-filmat

Kif tissieħeb mal-isforz?

L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell Ewropew li huma lesti li jaġixxu biex jindirizzaw ix-xejriet negattivi fid-dieta u l-attività fiżika (billi jissottomettu u jżommu mill-inqas impenn attiv wieħed) jistgħu japplikaw biex isiru membri tal-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa. Jekk jiġu vvalutati pożittivament, l-applikazzjoni se titressaq quddiem il-plenarja tal-pjattaforma għall-approvazzjoni.

Għal aktar informazzjoni: sanco-nutrition-platform [at] ec.europa.eu