Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 44, IS 26 ta´ Jannar 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Naħdmu flimkien kontra l-kanċer

Ta' Sandra Radoš Krnel, MD L-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika tar-Republika tas-Slovenja

L-4 ta' Frar huwa l-jum fejn kollha kemm aħna niftakru li l-kanċer għadu jħalli ħerba fis-soċjetajiet Ewropej. Il-kanċer huwa t-tieni kawża tal-mewt wara l-mard ta' ċirkolazzjoni. Tnejn minn kull għaxar nisa u tlieta minn kull għaxar irġiel imutu bil-kanċer. Madwar 3.2 miljun Ewropew jimirdu bil-kanċer kull sena.

Huwa kkalkulat li fl-2005 biss, intilfu 'l fuq minn 17-il sena ta' ħajja aġġustati għad-diżabbilità minħabba l-kanċer fir-reġjun Ewropew tad-WHO. Hemm informazzjoni li turi wkoll li l-inċidenza kemm fost in-nisa kif ukoll fost l-irġiel qed tiżdied minkejja prevenzjoni u trattament aħjar. Minħabba stennija ta' ħajja aktar twila u popolazzjoni li qed tixjieħ, għandna nistennew żieda fin-numru ta' pazjenti tal-kanċer, speċjalement fost ix-xjuħ. Il-piż tal-kanċer bilfors li se jiżdied tul is-snin li ġejjin.

Għaldaqstant, is-Slovenja ddeċidiet li tagħmel il-kanċer prijorità tas-saħħa waqt il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Apparti minn hekk, is-Slovenja se tieħu l-koordinazzjoni tal-azzjoni konġunta tas-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer.

F'Ġunju 2009, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-Komunikazzjoni dwar Sħubija Ewropea għall-Azzjoni kontra l-Kanċer – li ġiet użata bħala l-bażi għall-Pjan ta' Ħidma 2010 fejn il-kanċer ġie identifikat bħala qasam ta' prijorità għall-azzjoni. Bl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni għandha l-għan li tappoġġa l-gvernijiet tal-UE u partijiet interessati oħra biex jaħdmu aħjar fuq livell Ewropew sabiex flimkien jindirizzaw il-piż tal-kanċer, bl-użu ta' kooperazzjoni u strutturi ta' governanza innovattivi. Is-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni kontra l-Kanċer taqsam tagħrif, riżorsi, prattiki tajba u esperjenza fil-kontroll u l-prevenzjoni tal-kanċer. Tgħin ukoll fl-identifikazzjoni ta' azzjoni komuni fil-livell tal-UE li jista' jżid mal-valur tal-isforzi nazzjonali.

Jekk dawn il-miżuri kollha jintużaw tajjeb, huwa mistenni li jintleħqu żewġ għanijiet ewlenin: it-tnaqqis tal-piż tal-kanċer fl-UE u l-indirizzar tal-inugwaljanzi fil-mewt ikkawżat mill-kanċer bejn il-pajjiżi tal-UE. Għaldaqstant, hemm bżonn ta' azzjoni sostenibbli fit-tul biex tiżgura ġejjieni ta' saħħa u prosperità għall-Ewropej kollha.

Aħbarijiet mill-UE

Dejta u Informazzjoni dwar is-Saħħa tan-Nisa fl-UE

Ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn kwistjonijet tas-saħħa tan-nisa madwar l-UE u l-pajjiżi taż-ŻEE. Jiffoka fuq id-distakki u suġġetti speċjali fejn hemm il-ħtieġa tar-riċerka u aktar informazzjoni.

L-UE tniedi s-Sena Ewropea 2010: Waqqaf il-faqar issa!

Bis-slogan “Waqqaf il-Faqar Issa!”, il-kampanja qed timmira biex matul l-2010 tqiegħed il-ġlieda kontra l-faqar – li jaffettwa direttament wieħed minn kull sitt Ewropej – fiċ-ċentru tal-attenzjoni madwar l-UE.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Svizzera

Kampanja 2010 dwar id-donazzjoni tal-organi

Din il-kampanja ta' tagħrif pubbliku mill-Uffiċċju tas-Saħħa Federali dwar it-trapjanti u d-donazzjoni tal-organi se tkompli fl-2010. L-għan - li l-wegħda li toffri l-organi ssir kemm jista' jkun faċli billi sempliċiment timla karta ta' donazzjoni għand it-tabib.

Renju Unit

Dawk li jibqgħu ħajjin wara l-kanċer għandu jkollhom evalwazzjoni personalizzata kif ukoll pjan ta' kura.

Grazzi għan-National Cancer Survivorship Initiative, dawk li jgħixu wara li jkollhom il-kanċer se jirċievu l-kura personalizzata li jeħtieġu biex ikollhom ħajja kemm jista' jkun attiva u f'saħħitha.

Avvenimenti li ġejjin

Ir-raba' Samit Ewropew dwar il-Kanċer Ċervikali, 26-27 Jannar

L-għan ewlieni tar-raba' Samit Ewropew dwar il-Kanċer Ċervikali hu li jeduka l-politiċi Ewropej u l-uffiċjali tas-saħħa pubblika dwar il-benefiċċji tal-programmi ta' prevenzjoni tal-kanċer ċervikali u jħeġġuhom jaġixxu malajr fl-implementazzjoi ta' programmi simili fejn għad mhumiex disponibbli.

Il-wieħed u għoxrin Kungress Internazzjonali dwar it-Trattament Kontra l-Kanċer (1-5 Frar 2010)

Il-wieħed u għoxrin Kungress Internazzjonali dwar it-Trattament Kontra l-Kanċer għandu joffri eżaminazzjoni interdixxiplinarja u multidixxiplinarja ta' oqsma importanti fl-onkoloġija klinika.

Is-seba' Kungress Ewropew: Perspettivi dwar l-Onkoloġija Ġinekoloġika (29 30 Jannar 2010)

Din il-laqgħa se tiffoka fuq il-metodi prattiċi fl-immaniġġjar tal-kanċers ċervikali, endometriċi u tal-ovarji li jistgħu jkunu applikati fil-prattika klinika.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer

Biex issaħħaħ l-impenn fit-tul tagħha kontra l-kanċer, il-Kummissjoni Ewropea nediet Sħubija Ewropea għall-Azzjoni kontra l-Kanċer f'Settembru 2009. L-għan hu li l-pajjiżi kollha tal-UE jiżviluppaw pjanijiet integrati kontra l-kanċer. L-għan dejjiemi stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hu li jnaqqas il-kanċer bi 15% sal-2020.

Il-kontroll tal-kanċer: minn għarfien għal azzjoni

Il-manwal tad-WHO huwa tweġiba għar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer (WHA58.22), li titlob lill-pajjiżi membri biex jiżviluppaw u jintensifikaw il-programmi tal-kontroll tal-kanċer.

Il-ġlieda tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kontra l-kanċer: strateġiji li jipprevjenu, jikkuraw u jieħdu ħsieb

Dan il-fuljett jittawwal lejn il-bosta attivitajiet ta' kontroll tal-kanċer li tagħmel id-WHO.

Finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar il-kanċer fit-tfal u l-adoloxxenti (2002-09)

Dan il-ktejjeb jagħti ħarsa ħafifa lejn il-proġetti ta' riċerka li jiffokaw fuq il-kanċer fit-tfal u l-adoloxxenti ffinanzjati bejn l-2002 u l-2009 permezz tal-Programmi ta' Qafas tal-UE dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku – l-istrumenti prinċipali tal-UE għall-finanzjament tar-riċerka fl-Ewropa.

Fokus

World Cancer Day (4 February 2010)

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

mard ewlieni u kroniku - Kanċer

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - In-Nutriment

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Il-Kanċer

Il-Kanċer

Eurostat - Mewt ikkawżat mill-kanċer, skont ir-reġjuni NUTS 2

Eurostat - Mewt ikkawżat mill-kanċer, skont is-sess

Aħbarijiet

Kampanja 2010: "Il-kanċer jista' wkoll jiġi evitat"

Il-Jum Dinji kontra l-Kanċer 2010 – immexxi mill-Unjoni Internazzjonali kontra l-kanċer (UICC) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) – se jżid l-għarfien tal-prevenzjoni tal-kanċer. Il-prevenzjoni bbażata fuq determinanti tas-saħħa ewlenin - bħall-użu tat-tabakk, in-nutrizzjoni u l-konsum tal-alkoħol - hija wkoll prijorità dejjiema tal-Kummissjoni Ewropea. Il-prevenzjoni toffri l-aktar strateġija effettiva fit-tul għat-tnaqqis tal-piż tal-kanċer fl-Ewropa. Inizjattiva ta' prevenzjoni importanti oħra hia l-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer

Ħoloq interessanti oħra

EUROPA – Tixrid ta' l-informazzjoni u d-data dwar is-saħħa

ECL — L-Organizzazzjonijiet Ewropej kontra l-Kanċer

OECI — L-Organizzazzjoni Ewropea ta’ l-Istituti tal-Kanċer

EUROPA DONNA — Il-Koalizzjoni Ewropea dwar il-Kanċer tas-Sider

ECPC – Koalizzjoni Ewropea għal Pazjenti tal-Kanċer

WHO - Kanċer

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk