Il-Kanċer

3.2 miljun Ewropew fis sena jiġi djanjostikat bil-kanċer, il-parti l-kbira fis-sider, fil-musrana jew fil-pulmun. Għalkemm sara avvanzi kbar fir-riċerka u t-trattament, il-kanċer jibqa inkwiet serju fis-saħħa. L-UE ħadet azzjoni f'oqsma varji biex issalva l-ħajja u ttejjeb il-kwalità tal-għajxien ta' dawk li jgħixu bil-kanċer.
Is-saħħa ġenerali tista' tittejjeb, u ċertu kanċer jista' jiġi evitat meta wieħed jgħix ħajja aħjar (ara l-Kodiċi Ewropea Kontra l-Kanċer). Il-programmi effettivi tal-iskrining huma kruċjali wkoll, biex il-marda tinqabad fi stadju bikri u biex isir it-trattament.
Bħal issa hemm inugwaljanzi gravi bejn il-pajjiżi tal-UE fil-livell ta' kontroll u kura tal-kanċer, inklużi l-iskrining u s-segwitu għall-kanċer tal-moħħ, tas-sider u tal-musrana. Bosta proġetti tal-UE qed jiġbru informazzjoni komparabbli dwar l-okkorrenza u r-riżultati sabiex tiġi identifikata u promossa prattika tajba fil-prevenzjoni, djanjożi, trattament u kura madwar l-UE. Il-pajjiżi tal-UE għandhom ħafna x'jigwadanjaw jekk jaħdmu id f'id. Il-kanċer mhuwiex biss sfida tas-saħħa nazzjonali imma wkoll Ewropea. Meta naqsmu l-għarfien, il-kapaċità u l-esperjenza fil-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer, inkunu nistgħu nindirizzaw il-problema b'mod aktar effettiv fuq il-kontinent kollu.
