Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 38, IS 16 ta´ Lulju 2009

F'din il-ħarġa

Merħba

Oqgħod attent mix-xemx

Dr. Jürgen Vogelgesang – Unità tas-Sikrezza tal-Prodotti u s-Servizzi - DĠ Saħħa u Konsumaturi – Kummissjoni Ewropea

Wara Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2006 dwar il-prodotti għall-ħarsien mix-xemx, il-Kummissjoni għal darb'oħra qed taġixxi biex tqajjem il-kuxjenza tal-konsumaturi dwar ir-riskji tar-raġġi UV u l-importanza li jipproteġu tajjeb lilhom infushom u lill-uliedhom meta jkunu qed igawdu x-xemx.

Ġew żviluppati stampi u tabelli bi produtturi ta' prodotti għall-ħarsien mix-xemx biex jgħinu lill-konsumaturi jifhmu malajr l-essenzjali. Dawn jidhru prattikament fuq il-prodotti kollha għall-ħarsien mix-xemx li saru fl-2009.

Qed issir verifika ta' sikurezza fuq ingredjent importanti li jipproteġi mix-xemx, in-nano titanium dioxide. Il-kumitati xjentifiċi indipendenti tal-Kummissjoni qed jevalwaw informazzjoni reċenti, li hi sfida għal kulħadd peress li l-evalwazzjoni tal-materjali nano (għadha) mhix rutina. Il-konklużjonijiet huma mistennija fl-aħħar tal-2009.

Il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer, li se jiġi eżaminat u possibbilment rivedut, jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar l-esponiment għax-xemx. Bħalissa hemm żewġ proġetti ffinanzjati mill-UE dwar il-kanċer tal-ġilda: EPIDERM (Inizjattiva Ewropea ta' Prevenzjoni għal Kundizzjonijiet Dermatoloġiċi Malinni) u EUROSUN (Kwantifikazzjoni tal-Esponiment għax-Xemx fl-Ewropa u l-effetti tagħha fuq is-Saħħa).

Fl-aħħar nett, beda proġett konġunt ma' ħdax-il Stat Membru u n-Norveġja biex jiġi eżaminat l-esponiment tal-konsumatur għall-UV fi studjos tas-smurija tal-ġilda u d-dar permezz tal-lampi tas-smurija. Ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli tmiem din is-sena.

Tagħmel x'tagħmel dan is-Sajf, oqgħod attent mix-xemx: Ipproteġi lilek innifsek u lill-uliedek.

Aħbarijiet mill-UE

Avveniment ta' tnedija ta' Partenarjat Ewropew Kontra l-Kanċer, it-29 ta' Settembru 2009. Il-Partenarjat se jappoġġa lill-Istati

Membri fl-azzjonijiet tagħhom kontra l-kanċer

Avveniment ta' tnedija ta' Partenarjat Ewropew Kontra l-Kanċer, it-29 ta' Settembru 2009. Il-Partenarjat se jappoġġa lill-Istati

Membri fl-azzjonijiet tagħhom kontra l-kanċer

Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-UE qed titjieb

Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jiżvela li l-maġġoranza l-kbira taż-żoni tal-għawm madwar l-UE fis-sena 2008 laħqu l-istandards tal-UE għall-iġjene.

Reviżjoni ġdida tal-letteratura dwar in-nanopartikoli mill-Osservatorju tar-Riskju Ewropew

Ir-'Reviżjoni tal-letteratura - L-esponiment għan-nanopartikoli fuq il-post tax-xogħol' teżamina l-aktar pubblikazzjonijiet reċenti dwar in-nanopartikoli u tiffoka fuq effeti ħżiena tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol.

Rakkomandazzjonijiet tal-ECL dwar il-Ħarsien mix-Xemx

Messaġġ mill-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Ewropej tal-Kanċer: esponiment eċċessiv għar-raġġi UV jikkawża t-tikmix prematur tal-ġilda u l-kanċer tal-ġilda!

Pożizzjoni komuni tal-EAU dwar l-iskrining tal-kanċer tal-prostata

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Uroloġija (EAU) qieset l-aħħar informazzjoni xjentifika dwar l-istudji aleatorji tal-iskrining dwar il-kanċer tal-prostata (Schröder et al, NEJM 2009).

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Iraq

Kemm int attent mix-xemx?

Is-Soċjetà Irlandiża kontra l-Kanċer ħabbret it-tnedija tal-kampanja annwali tagħha dwar ir-riskji tax-xemx

Belġju

Soleil Malin – Trid tagħżel prodott għall-ħarsien mix-xemx? Ara dawn il-pariri.

Soleil Malin hi inizjattiva minn CRIOC, DETIC, l-awtoriatà Belġjana tas-saħħa, is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-ambjent FEDIS. Il-gwida tagħti parir dwar il-prekawzjonijiet bażiċi u kif tuża l-prodotti għall-ħarsien mix-xemx.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

180 miljun Ewropew se jibbenefika mill-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea dan is-Sajf

Hekk kif il-vaganzi tas-Sajf qed joqorbu, il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC), li issa tinsab f'idejn 180 miljun Ewropew, qed tiċċelebra l-ħames anniversarju tagħha. Ċittadini minn 31 pajjiż Ewropew jistgħu jużaw il-karta biex jieħdu l-kura medika li jeħtieġu jekk jimirdu jew ikollhom inċident f'wieħed mill-pajjiżi parteċipanti (l-UE, in-Norveġja, Liechtenstein, l-Iżlanda u l-Iżvizzera).

Avvenimenti li ġejjin

Konferenza Dinjija dwar is-Sindromu Cornelia de Lange ( 23 ta' Lulju 2009)

Hemm konferenza ta' jum li tħares lejn l-isfidi li jiffaċċjaw il-professjonisti li jaħdmu ma' persuni affettwati mis-CdLS u kundizzjonijiet simili, fejn problemi dokumentati sew ta' awtiżmu huma kkumplikati b'għadd kbir ta' kwistjonijiet mediċi.

Kungress ESC 2009: Prevenzjoni u Identifikazzjoni ta' Fattur ta' Riskju (29 ta' Awissu 2009)

Is-Soċjetà Ewropea tal-Kardjoloġija (ESC) iddeċidiet li tiffoka fuq il-prevenzjoni ta' mard kardjovaskulari fil-kungress annwali tagħha f'Barċellona. L-iżviluppi f'dan il-qasam fuq dawn l-aħħar ftit snin kien impressjonanti, kemm fix-xjenza bażika kif ukoll dik klinika u tal-popolazzjoni.

Konferenza NanOEH2009 ( 26 - 29 ta' Awissu 2009)

Il-Konferenza se tiddiskuti kwistjonijiet globali ta' saħħa u sigurtà madwar l-inġinerija tan-nanopartikoli u n-nanoteknoloġiji, speċjalment f'rabta mas-saħħa fuq il-post tax-xogħol u s-saħħa ambjentali.

Konferenza dwar l-alkoħol u t-tqala (9 ta' Settembru 2009)

Eurocare se torganizza konferenza bil-Presidenza Żvediża tal-Unjoni Ewropea biex tfakkar il-Jum Internazzjonali dwar il-Mard fil-Fetu kkawżat mill-Alkoħol (FASD).

Pubblikazzjonijiet ġodda

Euroheat – intejbu r-rispons tas-saħħa pubblika għal mewġiet estremi ta' temp/sħana

EuroHEAT, proġett ikkoordinat mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tad-WHO u kofinanzjat mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea (KE) ikkwantifika l-effetti fuq is-saħħa tas-sħana fl-ibliet fir-Reġjun Ewropew tad-WHO u identifika għażliet biex titjieb it-tħejjija ta' sistemi tas-saħħa u r-rispons tagħhom biex jipproteġu s-saħħa.

L-ivvjaġġar fl-Ewropa 2009

Tagħrif prattiku għal kull min qed jippjana xi vjaġġ.

L-ivvjaġġar fl-Ewropa 2009

Tagħrif prattiku għal kull min qed jippjana xi vjaġġ.

Gwida dwar is-Sikurezza tal-Ikel għal min Jivjaġġa

Il-pariri mogħtija f'din il-gwida huma importanti għal kull min jivjaġġa, u huma partikolarment importanti għal gruppi b'riskju għoli, jiġifieri t-trabi, it-tfal, in-nisa tqal, ix-xjuħ u individwi immunokompromessi, inklużi l-persuni bl-HIV/AIDS.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

'Kun b'saħħtek, kun int innifsek' – il-Kummissjoni tniedi inizjattiva dwar is-saħħa taż-żgħażagħ

'Kun b'saħħtek, kun int innifsek' – il-Kummissjoni tniedi inizjattiva dwar is-saħħa taż-żgħażagħ

Fokus

Il-ħarsien mix-xemx u r-radjazzjoni UV

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Il-Kanċer

Il-Kanċer

Staġun fix-xemx

Trasport u Vjaġġar

Prodotti għall-ħarsien mix-xemx

Kummissjoni Ewropea - Intrapriża u Industrija

Vaganzi organizzati

DĠ Saħħa u Konsumaturi

Aħbarijiet

Prodotti għall-ħarsien mix-xemx: Oqgħod attent u pproteġi lilek innifsek dan is-Sajf!

Fil-bidu tal-istaġun tal-vaganzi, il-Kummissjoni Ewropea qed tipprova twissi lill-konsumaturi dwar l-importanza li jipproteġu lilhom infushom aħjar dan is-Sajf.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Epiderm – Inizjattiva ta' Prevenzjoni Ewropea għall-Kundizzjonijiet Dermatoloġiċi Malinni

Epiderm għandha l-għan li tikseb u xxerred l-għarfien dwar il-kanċer tal-ġilda – l-inċidenza, il-fatturi ta' riskju, it-trattamenti u l-ispejjeż, sabiex tiżviluppa strateġiji ta' prevenzjoni u li jnaqqsu r-riskji u rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prassi.

Eurosun – Kwantifikazzjoni tal-Esponiment għax-Xemx fl-Ewropa u l-Effetti tagħha fuq is-Saħħa

EUROSUN għandu l-għan li jissorvelja l-esponiment għar-raġġi ultravjola fl-Unjoni Ewropea u l-effetti tagħhom fuq l-inċidenza tal-kanċer tal-ġilda u l-katarretti. Se jipprovdi indikaturi dwar l-esponiment għall-UV u jbassar il-piż globali tal-UE tal-mard relatat mal-UV fis-snin li ġejjin.

Ħoloq interessanti oħra

WHO – Kanċer tal-ġilda

ECPC – Koalizzjoni Ewropea għal Pazjenti tal-Kanċer

Il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk