Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 30, IS 19 ta´ Frar 2009

F'din il-ħarġa

Merħba

e-Saħħa għall-individwi, is-soċjetà u l-ekonomija

Minn Nicola Bedlington, Direttur Eżekuttiv, Forum Ewropew għall-Pazjenti

Jekk l-innovazzjoni eSaħħa tintuża kif suppost din tgħin biex tindirizza l-isfidi essenzjali u magħrufa li s-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej qed iħabbtu wiċċhom magħhom. Fosthom insibu ż-żieda fid-domanda minħabba tibdil demografiku, iż-żieda fid-domanda għall-kwalità minn pazjenti u ċittadini infurmati u mogħtija s-setgħa kif ukoll iż-żieda fid-domanda għall-effiċjenza u s-sostenibilità finanzjarja.

Xhieda ta' dan huwa d-diskors fuq livell tal-UE li seħħ matul dawn l-aħħar snin minn partijiet interessati varji. Il-komunikazzjoni reċenti tal-UE dwar it-telemediċina hija sejħa importanti għal azzjoni lejn koerenza politika ulterjuri, trasparenza legali u rieda politika biex jitħaffu l-isforzi għall-kisba tas-soluzzjonijiet tal-eSaħħa u l-interoperabilità tat-teknoloġiji u s-sistemi madwar il-pajjiżi tal-UE.

Mill-perspettiva ta' pazjent probabilment l-aktar aspett importanti tal-komunikazzjoni huwa l-bżonn li tinbena l-kunfidenza u l-fiduċja fis-soluzzjonijiet tal-eSaħħa. Il-Forum Ewropew għall-Pazjenti jara potenzjal enormi għall-eSaħħa fir-rigward l-informazzjoni għall-pazjenti; l-immaniġġjar tal-mard li tkun ikkonċentrata madwar il-pazjent; id-djalogu professjonali fuq il-kura tas-saħħa tal-pazjent; il-kura tas-saħħa personalizzata; il-mobilità; il-kwalità u l-kontinwità tal-kura u s-sigurtà tal-pazjent.

Il-pazjenti għandhom jiġu involuti fl-iżvilupp tas-soluzzjonijiet tal-eSaħħa jekk dawn għandhom jagħtu l-frott. Barra minn hekk l-eSaħħa se taħdem biss għall-individwi, is-soċjetà u l-ekonomija jekk ikun hemm rikonoxximent xieraq għal

• l-aspetti etiċi tal-esaħħa id-dinjità, il-kunsens, il-kunfidenzjalità u l-privatezza

• il-bżonn ta' għarfien dwar l-eSaħħa min-naħa tal-pazjenti u l-professjonisti tas-saħħa.

Mingħajr dubju dawn se jkunu fost il-kwistjonijiet importanti li se jiġu diskussi waqt il-konferenza tal-eSaħħa fi Praga.

Aħbarijiet mill-UE

Tnedija tal-kampanja Ewropea għall-karta tal-assigurazzjoni tas-saħħa

Il-kampanja għandha l-għan li tgħarraf lill-professjonisti tas-saħħa u min jivvjaġġa (it-turisti, min jivvjaġġa fuq negozju u l-istudenti) fi ħdax-il pajjiż tal-UE dwar il-karta Ewropea għall-assigurazzjoni tas-saħħa (EHIC)

Jintlaħaq ftehim fuq il-livell tas-servizzi Ewropej tal-eSaħħa għall-kura tas-saħħa bejn pajjiż u ieħor

Żewġ proġetti Ewropej li jiżviluppaw servizzi bbażati fuq l-IT għall-provvediment tal-kura tas-saħħa bejn pajjiż u ieħor - TEN4Health u NetC@rds – laħqu ftehim fuq servizz web komuni Ewropew li jispeċjalizza fuq appoġġ standardizzat permezz ta' messaġġi biex ikun hemm relazzjoni bejn l-isptarijiet u fornituri oħra tal-kura tas-saħħa flimkien mal-organizzazzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa u l-infrastruttura nazzjonali tal-IT fil-kura tas-saħħa.

Insaħħu s-sistemi tas-saħħa: mill-valuri għall-azzjoni

Waqt laqgħa li seħħet f'Kopenħagen fil-5 u s-6 ta' Frar 2009, il-pajjiżi membri tal-WHO għar-Reġjun Ewropew iddisskutew il-passi inizjali meħuda biex tkun implimentata l-Karta ta' Tallinn – is-Sistemi tas-Saħħa għas-Saħħa u l-Ġid fil-kutest tar-reċessjoni ekonomika.

Konferenza ministerjali Ewropea tal-WHO dwar is-sistemi tas-saħħa – ir-rapport huwa disponibbli

Il-konferenza kienet bidla deċiżiva fl-evoluzzjoni tas-saħħa pubblika li laħqet il-qofol tagħha fl-adozzjoni tal-Karta ta' Tallinn - Sistemi tas-Saħħa għas-Saħħa u l-Ġid. Dan ir-rapport huwa strument utli għall-implimentazzjoni tal-Karta u sabiex il-valuri tas-solidarjetà, l-ekwità u l-parteċipazzjoni fis-sistemi tas-saħħa jitwasslu f'azzjoni.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Ä ermanja

Il-ministru Ġermaniż għas-saħħa jfaħħar il-proġett reġjonali EPR

Il-belt ta' Bottrop, North Rhine Westphalia, nediet proġett għal arkivju elettroniku tal-pazjenti li juża l-ismartcard il-ġdida tal-kura tas-saħħa Ġermaniża għall-identifikazzjoni tal-pazjenti.

Italja

Kampanja 2009 "It-tipjip joqtol – ħu ħsieb tiegħek innifsek!"

Din il-kampanja tal-ministeru tas-saħħa Taljan għandha l-għan li tħares l-interess ta' min ma jpejjipx billi trawwem kuxjenza f'dawk li jpejpu billi tinfurmahom bil-ħsara li qed jagħmlu lil ħaddieħor, tnaqqas l-ammont ta' nies li jpejpu b'mod regolari u tgħin liż-żgħażagħ jevitaw it-tipjip.

Avvenimenti li ġejjin

Konferenza tal-Presidenza tal-UE: "eSaħħa għall-Individwi, is-Soċjetà u l-Ekonomija" (18-20 ta' Frar 2009)

Il-Ministeru tas-Saħħa tar-Repubblika Ċeka f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea qed jorganizza konferenza ministerjali "eSaħħa għall-Individwi, is-Soċjetà u l-Ekonomija". Il-Portal tas-Saħħa tal-UE se jiġi ppreżentat waqt is-sessjoni "Nikkomunikaw il-benefiċċji tal-eSaħħa liċ-ċittadini".

Konferenza internazzjonali dwar il-mard rari u l-mediċini orfani (23-25 ta' Frar 2009)

Id-diskussjoni fuq livell globali dwar kif tiġi implimentata kooperazzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra l-mard rari.

Med-e-Tel 2009 (1-3 ta' April 2009)

Dan il-forum jiffoka fuq l-applikazzjonijiet tal-eSaħħa u t-telemediċina u fuq firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet mediċi tal-ICT.

Pubblikazzjonijiet ġodda

eSaħħa fl-azzjoni – prattiċi tajbin fil-pajjiżi Ewropej

eSaħħa qed turi li mhux biss hija utli iżda sostenibbli wkoll.

eSaħħa fl-azzjoni – prattiċi tajbin fil-pajjiżi Ewropej

eSaħħa qed turi li mhux biss hija utli iżda sostenibbli wkoll.

VALUE+ EPF laqgħa tal-ħarifa dwar l-appoġġ reġjonali għall-mexxeja tal-pazjenti - ir-rapport finali

VALUE+ EPF laqgħa tal-ħarifa dwar l-appoġġ reġjonali għall-mexxeja tal-pazjenti - ir-rapport finali

Rapport finali dwar studju - sorsi tal-iffinanzjar u r-rakkomandazzjonijiet tal-politika dwar l-ispinta fl-investiment tal-eSaħħa

L-istudju dawr il-Finanzjament tal-eSaħħa kien iffinanzjat mid-DĠ INFSO u l-ICT Midja għall-unità tas-Saħħa. L-għan kien li jiġu vvalutati opportunijiet varji ta' finanzjament kontra l-bżonnijiet ta' finanzjament tal-investiment fl-eSaħħa.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Il-Premju għall-Ġurnaliżmu fil-qasam tas-saħħa tal-UE 2009 - kun af kif tipparteċipa.

Il-Premju għall-Ġurnaliżmu fil-qasam tas-saħħa tal-UE għandu l-għan li jħeġġeġ ir-rappurtaġġ dwar il-kwistjonijiet tal-UE dwar is-saħħa madwar l-Ewropa u jirrikonoxxi u jippremja l-ġurnaliżmu ta' kwalità għolja. Fl-2009, il-premju se jiffoka fuq l-istejjer tal-aħbarijiet relatati mal-Ewropa għall-Inizjattivi tal-Pazjenti f'artikli fl-istampa u onlajn.

Fokus

e-Saħħa għall-individwi, is-soċjetà u l-ekonomija

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - eHealth

eHealth

DĠ Infso – Tekonoloġiji tal-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għas-saħħa: kura tas-saħħa aħjar għal kulħadd fl-UE

Is-Sigurtà tal-Pazjent

Il-Kummissjoni Ewropea - Is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari

Aħbarijiet

Komunikazzjoni dwar it-telemediċina għall-benefiċċju tal-pazjenti, is-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-soċjetà

Komunikazzjoni dwar it-telemediċina għall-benefiċċju tal-pazjenti, is-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-soċjetà

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Politiki nazzjonali għall-implimentazzjoni EHR fil-qasam Ewropew – kwistjonijiet soċjali u organizzattivi

L-għan ġenerali tal-EHR-IMPLEMENT huwa li tiġbor, tanalizza u tqabbel implimentazzjonijiet fuq skala wiesgħa ta' arkivju tas-saħħa elettroniku (EHR) fost pajjiżi Ewropej kif ukoll tipprovdi l-aqwa prattika, politika u rakkomandazzjonijiet strateġiċi sabiex tiffaċilita l-inizjattivi ta' implimentazzjoni tal-EHR madwar l-Ewropa.

Nippromwovu s-sigurtà tal-pazjenti u t-titjib tal-kwalità fil-kura kritika

Ħoloq interessanti oħra

EPF-Il-Forum Ewropew tal-Pazjenti

ISfTeH — Intejbu s-Saħħa-e

OECD — Intejbu s-saħħa

L-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju – Spazju għas-Saħħa

WHO — It-TI u l-kura tas-saħħa

WHO — Il-Grupp ta’ Koordinament għall-Istandardizzazzjoni tas-Saħħa-e

EPHA – Alleanza Ewropea għas-Saħħa Pubblika

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk