Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 178, IS 21 ta´ Lulju 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

It-tilqim - agħmel l-aħjar għażla

minn Xavier Prats Monné, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, il-Kummissjoni Ewropea

minn Xavier Prats Monné, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, il-Kummissjoni Ewropea

L-avvanzi fix-xjenza huma ta’ sikwit diffiċli biex jinksbu, iżda ladarba miksuba faċilment jittieħdu bħala li qishom dejjem eżistew. Min jiftakar illum li l-ġidri ħalla bejn 300 miljun u 500 miljun ruħ mejta - iva, sa nofs biljun persuna - fis-seklu 20 biss? Fl-1967, pereżempju, is-sena meta d-WHO ħabbret programm globali ta’ eradikazzjoni tal-ġidri, minn 10 sa 15-il miljun persuna kull sena sofrew il-ġidri, żewġ miljuni mietu, miljuni oħrajn spiċċaw sfigurati u xi 100,000 spiċċaw għomja. Sfortunatament jidher li xi wħud insew dan kollu. Illum huwa inkonċepibbli, fid-dinja tal-Punent, li t-tfal imutu minn mard b [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

PROMOVAX - Promozzjoni tat-Tilqim fost il-Popolazzjonijiet Migranti fl-Ewropa

8 NGOs għall-bżonnijiet ta' saħħa tal-migranti/refuġjati fi 11-il pajjiż

EUR-HUMAN - EUropean Refugees - HUman Movement and Advisory Network

HProImmune — Promozzjoni tal-Immunizzazzjoni għall-Professjonisti tas-Saħħa fl-Ewropa

EU-HEP-SCREEN - Skrinjar għall-Epatite B u C fost il-migranti fl-Unjoni Ewropea

FASTVAC: Qafas ġeneriku għall-produzzjoni u l-evalwazzjoni ta' malajr (FAST) ta’ tilqim (VACcines) ta’ emerġenza

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Għid tiegħek bħala qarrej tan-Newsletter Saħħa-UE!  »

Xi ssib l-aktar utli u l-aktar interessanti f'din in-newsletter? X’jista’ jittejjeb? Jekk jogħġbok sib ftit minuti biex timla l-istħarriġ onlajn tagħna sabiex inkunu nistgħu niżguraw li n-newsletter taqdi ħtiġijietek mill-aħjar li tista'.

Il-pajjiżi Ewropej jirrealizzaw li jeżistu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa – proġett pilota jistabbilixxi inventarju ta’ prattika tajba  »

Il-proġett pilota ffinanzjat mill-UE “VulnerABLE” se jivvaluta l-bżonnijiet u l-isfidi tas-saħħa ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli u iżolati li jistgħu jkunu aktar f'riskju ta’ livell baxx ta' saħħa u/jew qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet biex ikollhom aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u jidentifika l-aħjar prattiki biex jappoġġjahom.

Ir-Regolament dwar l-Apparat Mediku Ġdid hu viċin il-finalizzazzjoni tiegħu  »

Fil-15 ta’ Ġunju 2016, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill approva l-ftehim milħuq mal-Parlament dwar ir-regolament dwar l-apparat mediku l-ġodda. Il-ftehim irid jgħaddi mir-reviżjoni legali u lingwistika qabel ma jintbagħat għal darb’oħra lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-approvazzjoni.

L-Immappjar ta’ Rekwiżiti tal-Ittestjar tad-Donaturi tat-Tessuti u taċ-Ċelluli jipprovdi ċarezza  »

Id-Direttiva 2004/23/KE tistabbilixxi t-testijiet obbligatorji li jridu jitwettqu fuq id-donaturi tat-tessuti u taċ-ċelluli kull darba li jagħmlu donazzjoni u tippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri aktar stretti fuq bażi nazzjonali. L-Istati Membri u DĠ SANTE tal-Kummissjoni fasslu dawn il-miżuri tal-ittestjar u r-riżultati għamluhom disponibbli għall-pubbliku.

Teħtieġ riċetta tat-tabib waqt li qiegħed fuq btala tas-sajf f’pajjiż ieħor tal-UE?  »

Riċetta tat-tabib li tingħatalek f’pajjiżek hija valida fil-pajjiżi kollha tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. Madankollu, din il-mediċina tista’ ma tkunx disponibbli jew tista’ tkun fis-suq taħt isem differenti – aħjar tistaqsi lit-tabib tiegħek għal "riċetta transkonfinali".

Ħadtha miegħek il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea dan is-sajf?  »

L-EHIC tagħtik aċċess għal kura tas-saħħa medikament meħtieġa, ipprovduta mill-istat matul soġġorn temporanju fi kwalunkwe wieħed mit-28 pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera, bl-istess kundizzjonijiet u bl-istess spejjeż (b’xejn f’xi pajjiżi) bħall-persuni assigurati f’dak il-pajjiż. L-EHIC tinħareġ mill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek.

Informazzjoni li għandek tkun taf qabel ma tmur fuq btala f’pajjiż tal-UE  »

Se tmur għal btala, iżda taf id-drittijiet u d-dmirijiet tiegħek meta tivvjaġġa fl-UE?

Tixtieq tissieħeb mal-Bord Konsultattiv Indipendenti dwar it-togħmiet karatterizzanti fil-prodotti tat-tabakk?  »

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex esperti tal-analiżi sensorjali, l-analiżi kimika u l-istatistika. Applika għas-sejħa ta' espressjoni ta' interess sat-22 ta' Settembru 2016!

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-materjali botaniċi jiżdiedu mal-Maħżen Virtwali tad-Data tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari  »

L-EFSA ħadet l-ewwel pass fit-tnedija ta' verżjoni fuq l-Internet tal-Kompendju dwar il-Materjali Botaniċi. Il-bażi tad-dejta li tista' tiġi kkonsultata u li għadha qed tiġi żviluppata, se tiġi estiża biex tinkludi speċijiet botaniċi mhux Ewropej. Il-verżjoni sħiħa tal-Kompendju se tiġi rilaxxata kmieni fl-2017.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Edizzjoni ġdida tan-Newsletter ta' EU-Compass għal Azzjoni dwar is-Saħħa Mentali u l-Benessri disponibbli  »

Din l-edizzjoni tinkludi aġġornament dwar il-konsorzju tal-Politika dwar is-Saħħa Mentali, aħbarijiet fil-qosor dwar is-saħħa mentali u punt fokali, attivitajiet u avvenimenti fil-qasam tas-saħħa. L-EU-Compass, li hu ffinanzjat mill-Kummissjoni, jiġbor, jiskambja u janalizza informazzjoni dwar il-politika u l-attivitajiet tal-partijiet ikkonċernati fis-saħħa mentali.

L-ivvjaġġar fl-Ewropa 2016-17  »

L-Ewropa: kontinent b'eluf ta' snin ta' storja, patrimonju kulturali għani u fost l-isbaħ veduti fid-dinja. Min jivvjaġġa għandu tant ħwejjeġ x'jiskopri u x'jesplora u dan kollu issa sar ħafna eħfef bis-saħħa tal-Unjoni Ewropea (UE).

Avvenimenti li ġejjin 

Il-5 Kungress Ewropew tal-Infermiera (Rotterdam, 4–7 ta’ Ottubru 2016)  »

Taħt it-tema "Nieħdu Ħsieb l-Anzjani: Kif Nistgħu Nagħmlu Dan b’Mod Korrett?", l-avveniment li għandu l-appoġġ tal-UE għandu l-għan li jiddiskuti kif inkunu nafu meta u sa fejn il-kura mill-infermiera tħalli impatti fuq ir-riżultati mixtieqa fir-rigward tas-saħħa tal-pazjenti aktar imdaħħla fiż-żmien.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Pjan nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta’ donazzjonijiet tal-kornea sal-2020  [Spanja]  »

L-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Trapjanti tixtieq tilħaq livell ta’ donazzjoni annwali ta’ 5000 sal-2020 biex Spanja tissodisfa d-domanda tagħha stess għat-trapjanti korneali mal-pajjiż kollu. Fl-2015 twettqu madwar 3,870 trapjant korneali, u hemm 1,300 pazjent fuq il-lista ta’ stennija.

Il-kampanja tax-Xahar ta' Informazzjoni ta' Lulju 2016 tiffoka fuq ir-riskji tal-konsum tal-alkoħol  [Ir-Rumanija]  »

Bis-slogan “L-Alkoħol jista’ jbiddillek ħajtek ... għall-agħar!”, dan il-Ministeru tas-Saħħa wettaq kampanja matul Lulju 2016. Wieħed mill-messaġġi fundamentali huwa li m’hemmx limitu "bla perikolu" tal-alkoħol għall-adolexxenti – jista’ jkollu konsegwenzi serji fuq l-iżvilupp tal-moħħ jekk ikkunsmat minn żgħażagħ żgħar.

Fl-edizzjoni li jmiss

Sistemi tas-Saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk