Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 174, IS 26 ta´ Mejju 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk – Implimentazzjoni fl-UE

minn Dr Martina Pötschke-Langer MD, M.A., il-Kap tal-Unità tal-Prevenzjoni tal-Kanċer fiċ-Ċentru Kollaborattiv tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, Ċentru Ġermaniż għar-Riċerka tal-Kanċer (DKFZ)

minn Dr Martina Pötschke-Langer MD, M.A., il-Kap tal-Unità tal-Prevenzjoni tal-Kanċer fiċ-Ċentru Kollaborattiv tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, Ċentru Ġermaniż għar-Riċerka tal-Kanċer (DKFZ)

Fl-20 ta' Mejju, id-Direttiva ġdida dwar il-Prodotti tat-Tabakk (TPD) saret applikabbli fl-Istati Membri tal-UE. Id-Direttiva hija kisba importanti għas-saħħa pubblika fl-UE u għandha l-għan, b’mod partikolari, li tiskoraġġixxi ż-żgħażagħ milli jpejpu.

Id-Direttiva se ġġib bidliet kbar fuq prodotti tat-tabakk mibjugħa fl-UE. Is-sigarretti mħawra li huma attraenti għaż-żgħażagħ bħal frott jew il-mentol mhux se jkunu permess. Il-pakketti tas-sigarretti se jkollhom twissijiet kbar dwar is-saħħa kkombinati li jfakkru lill-konsumaturi dwar ir-riskji tat-tipjip. Kumpaniji tat-tabakk mhux se jkunu kapaċi jikku [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Studju dwar il-preżentazzjoni ta’ dejta għal prodotti tat-tabakk u prodotti relatati

Proposti u twissijiet dwar speċifikazzjonijiet tekniċi fuq il-pakketti tat-tabakk

Studju dwar sistemi tal-UE għall-Insegwiment u t-Traċċar tal-Prodotti tat-Tabakk u għall-Karatteristiċi ta’ Sigurtà

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE tal-2016 – Sejħa għal applikazzjonijiet  »

Fl-2016, il-Premju tas-Saħħa tal-UE tal-Kummissjoni se jirrikonoxxi u jippremja l-isforzi u l-kisbiet ta’ NGOs Ewropej li jaħdmu biex titnaqqas it-theddida tar-reżistenza antimikrobika għas-saħħa.

Il-Kummissjoni qed tipproponi protezzjoni aħjar għall-ħaddiema kontra l-kimika li tikkawża l-kanċer  »

Il-Kummissjoni pproponiet bidliet biex id-Direttiva tal-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (2004/37/KE) tillimita l-esponiment għal 13-il kimika li jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol. Fl-UE, il-kanċer huwa l-kawża ewlenija ta’ mwiet marbuta max-xogħol.

Rispons għall-Ebola parti mid-diskussjonijiet waqt id-69 Assemblea Dinjija tas-Saħħa, 23–28 ta’ Mejju 2016  »

Il-Kummissjoni sejħet laqgħa awdjo mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa fis-27 ta’ April biex tiddiskuti abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat ta’ Reviżjoni dwar ir-rwol internazzjonali tas-saħħa b’rispons għall-inċidenza tal-Ebola u bi tħejjija tal-Assemblea Dinjija dwar is-Saħħa.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ir-rapport annwali tal-EMA dwar il-benefiċċji u l-ksur skont ir-Regolament Pedjatriku  »

Fuq bażi annwali, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini toħroġ rapport dwar kumpaniji u prodotti li bbenefikaw mill-premji u l-inċentivi previsti mir-Regolament Pedjatriku Nru 1901/2006.

Riskji f’Rio? Rapport ġdid tal-ECDC iħares lejn mard li jinxtered waqt il-Logħob Olimpiku  »

Dan ir-rapport, li se jiġi diskuss waqt laqgħa tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE f’Ġunju, jagħti ħarsa lejn ir-riskji potenzjali ta’ vjaġġar lejn żoni tal-virus Zika.

Appoġġ għall-impriżi innovattivi bħala muturi prinċipali ta' żviluppi farmaċewtiċi ġodda  »

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ppubblikat rapport li jiġbor fil-qosor l-esperjenza b’inizjattiva tagħha mal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju tul dawn l-aħħar għaxar snin.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-istrateġija l-ġdida approvata bħala għajnuna għal dawk li jbatu minn mard newrodeġenerattiv  [Spanja]  »

L-istrateġija għandha l-għan li ttejjeb id-djanjosi, tagħti attenzjoni personali u tgħin persuni li jagħtu l-kura lill-pazjenti biex jirċievu l-għajnuna li jeħtieġu.

Passi meħuda biex iħeġġu l-innovazzjoni fl-apparat mediku  [Franza]  »

Miżuri ġodda biex titħeġġeġ l-innovazzjoni fl-apparat mediku jinkludu s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, fost affarijiet oħra.

Kampanja dwar it-treddigħ 2016: investiment għall-ħajja  [Italja]  »

Din il-kampanja iffinanzjata mill-Ministeru tas-Saħħa għandha l-għan li tippromwovi u tħeġġeġ it-treddigħ bħala prattika naturali ta’ importanza kbira għas-saħħa kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-21 ta’ Mejju kien il-Jum Ewropew tal-Obesità  »

Il-Jum Ewropew tal-Obeżità hu organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudju tal-Obeżità flimkien mat-32 assoċjazzjoni membri tagħha fi 32 pajjiż. Sib aktar informazzjoni u stqarrijiet għall-istampa relatati fis-sit web tal-Jum Ewropew tal-Obesità.

Il-Federazzjoni Ewropea ta’ Esperti tad-Dieta u tan-Nutriment impenjati biex inaqqsu l-obeżità  »

Fil-Jum Ewropew tal-Obesità, il-Federazzjoni tenniet l-impenn tagħha li tnaqqas l-obeżità. Flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni, partijiet interessati oħra u l-industrija, dawn qed jaħdmu biex jirriformulaw l-ikel u x-xorb u li l-konsumaturi jingħataw iktar għażliet aktar sani.

Ir-regolaturi jistgħu jinfluwenzaw il-prezzijiet raġjonevoli għall-mediċini?  »

Prezzijiet tal-mediċini għoljin u l-impatt tagħhom fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa qegħdin dejjem aktar jinħassu preokkupanti u r-regolaturi huma lesti li jgħinu biex il-problema tissolva u jiffaċilitaw l-aċċess kontinwu tal-pazjenti għal mediċini siguri u effettivi.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

Médicos del Mundo España u Doctors of the World UK  »

Medicos del Mundo fi Spanja u Doctors of the World UK, rispons ta’ emerġenza għall-Ebola

Plan International Deutschland e.V  »

Tnaqqas fil-mortalità u l-morbidità relatati mal-virus tal-Ebola fil-Liberja u l-minimizzazzjoni tal-impatt fuq it-tfal, il-familji u l-komunitajiet affettwati permezz ta’ mobilizzazzjoni soċjali

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 

Fl-edizzjoni li jmiss

Saħħa elettronika

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk