Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 164, IS 26 ta´ Novembru 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Ninvestu fil-futur tagħna: Il-Fondi SIE għal kura tas-saħħa aħjar u aktar aċċessibbli

minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

Kif qed jintefqu l-flus tal-kontribwenti Ewropej fis-settur tas-saħħa? B’appoġġ mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), l-investimenti fis-saħħa fl-2014-2020 se jkunu determinati mir-riżultati u bbażati fuq il-ħtiġijiet.  Dawn il-fondi huma maħsuba biex ikunu ta' għajnuna ħalli jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa u sabiex ikun aktar faċli għaċ-ċittadini kollha tal-UE li jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja.  Fil-qosor, biex jipprovdu servizzi ta’ kura tas-saħħa aħjar u aktar ġusti għal kulħadd.

L-investimenti fis-saħħa, appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvil [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Equity Action

Action-For-Health

EUROREGIO III

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni tniedi verżjoni ġdida tal-għodda tad-dejta għall-Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Ewropej  »

Fl-għodda tad-dejta l-ġdida tal-ECHI, l-esperti tas-saħħa, il-partijiet ikkonċernati u kull min hu interessat fis-saħħa għadhom jistgħu jsibu ħames gruppi differenti ta’ indikaturi, iżda issa jistgħu jagħżlu aktar minn indikatur wieħed fl-istess ħin biex jagħmlu aktar paraguni u/jew analiżi tad-dejta.

Għaxar snin ta’ dejta: Ir-rispons tal-Ewropa għall-HIV mhux effettiv biżżejjed  »

B’aktar minn 142 000 dijanjożi ġdida tal-HIV fl-2014, ir-reġjun Ewropew tad-WHO irreġistra l-ogħla għadd ta’ infezzjonijiet dijanjostikati ġodda f’sena minn mindu beda r-rappurtar fl-1980. Id-dijanjożijiet ġodda żdiedu b’iktar mid-doppju f’xi pajjiżi tal-UE/ŻEE.

Ippubblikata: Opinjoni dwar ir-Riskji Potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu taċ-ċjanammid tal-kalċju bħala fertilizzant  »

L-opinjoni ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent tagħha (SCHER).

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi tal-aħħar linja fl-UE għadha prijorità  »

Fit-8 Jum Ewropew ta’ Sensibilizzazzjoni dwar l-Antibijotiċi, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis Andriukaitis qal li r-riżultati ta' stħarriġ ġdid tal-ECDC juru li "t-theddida ta’ reżistenza għall-antibijotiċi qed tiżdied ġurnata wara l-oħra. Jekk ma tiġix ikkontrollata, ikollha l-kapaċità li ddawwar l-arloġġ lura fil-kamp tal-mediċina b'mitt sena.”

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

Azzjoni Medeor e.V  »

Stabbiliment u użu xieraq ta' unità ta' trattament tal-Ebola f'kooperazzjoni ma' GerLib Clinic, Monrovia, il-Liberja

Amref Flying Doctors  »

Ir-rispons tal-Ebola fil-Ginea: l-interventi bbażati fuq il-komunità

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 
  

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ir-rapport ta’ sinteżi ppubblikat tal-konferenza dwar l-Ebola tal-UE u tal-Presidenza tal-Lussemburgu  »

Ir-rapport ta’ sinteżi issa hu disponibbli mill-konferenza tat-12-14 ta’ Ottubru fil-Lussemburgu dwar “Il-lezzjonijiet li tgħallimna għas-saħħa pubblika mill-inċidenza tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent – kif jistgħu jittejbu t-tħejjija u r-rispons għal inċidenzi futuri tal-UE”.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Biex issalva ħajja m’hemmx għalfejn ikollok super poteri – hija biżżejjed firma!  [Italja]  »

Il-messaġġ huwa ċar f’kampanja ġdida dwar id-donazzjoni tal-organi u t-trapjant ta’ organi, tessuti u ċelloli li tinkludi riklami fuq it-TV u r-radju, paġna ta’ Facebook, u fuljetti li jappellaw għas-super eroj intern tagħna. Kollha kemm aħna nistgħu nsalvaw il-ħajjiet, billi nsiru donaturi.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Jum Dinji tal-AIDS (Avveniment madwar id-dinja kollha, l-1 ta’ Diċembru 2015)  »

Madwar 34 miljun ruħ huma pożittivi għall-HIV u aktar minn 35 miljun ruħ mietu mill-virus. Ilbes żigarella ħamra, ipparteċipa fil-kwiżż onlajn: Int konxju mill-HIV? (bl-Ingliż biss) u uża dan it-tagħrif biex tevita l-AIDS u biex ikun żgurat li n-nies li jgħixu bl-HIV jiġu ttrattati b'mod ġust.

Konferenza dwar Azzjoni ta’ Kwalità għat-Titjib tal-Prevenzjoni tal-HIV (Berlin, is-26-27 ta’ Jannar 2016)  »

Il-konferenza dwar it-tema "Nagħmlu l-affarijiet tajbin b'mod korrett!" hija l-avveniment li jagħlaq l-Azzjoni ta' Kwalità, l-"Azzjoni Konġunta għat-Titjib tal-Kwalità tal-Prevenzjoni tal-HIV" kofinanzjata mill-UE, li tinvolvi 45 organizzazzjoni msieħba minn 26 Stat Membru. Irreġistra issa!

Fl-edizzjoni li jmiss

Kura tas-Saħħa Transkonfinali

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk