Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 163, IS 12 ta´ Novembru 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Il-Jum Ewropew tad-Donazzjoni tal-Organi jfaħħar lid-donaturi u jżid l-għarfien

minn Ana França, Koordinatur Nazzjonali tat-Trapjanti, l-Istitut Portugiż tad-Demm u t-Trapjanti

minn Ana França, Koordinatur Nazzjonali tat-Trapjanti, l-Istitut Portugiż tad-Demm u t-Trapjanti

It-trapjant huwa wieħed mis-suċċessi mediċi tas-seklu 20 u ħafna drabi huwa l-uniku trattament effettiv meta organu jieqaf jiffunzjoni b'mod terminali. Iżda huwa possibbli li jiġu salvati l-ħajjiet permezz tat-trapjant jekk ikun hemm biżżejjed organi għat-trapjanti.  Fl-Unjoni Ewropea madwar 65,000 persuna kienu qed jistennew trapjant fl-2014, u bħala medja mietu 10 minnhom kuljum waqt li jkunu qed jistennew.  U kemm ħajjiet setgħu ġew salvati kieku aktar nies kienu jafu dwar il-ħtieġa kbira għad-donazzjonijiet tal-organi jew sempliċement taw il-kunsens tagħhom biex isiru donaturi?

Il-Kummissjoni Ewrope [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ACCORD - Il-Kisba ta’ Koordinazzjoni Komprensiva fid-Donazzjoni tal-Organi madwar l-UE

ODEQUS - Is-Sistema Ewropea ta’ Kwalità għad-Donazzjoni tal-Organi

FOEDUS - L-iffaċilitar tal-iskambju ta’ organi offruti fl-istati membri tal-UE

ELIPSY – Segwitu Psikosoċjali tad-Donaturi Ħajjin Ewropej

MODE - Id-Donazzjoni Reċiproka tal-Organi u Skambji ta' Trapjanti

ETPOD - Programm ta’ Taħriġ Ewropew dwar id-Donazzjoni tal-Organi

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni Ewropea tkompli tinkoraġġixxi lil dawk li jpejpu biex jaqtgħu is-sigaretti  »

Mappa diġitali tal-Ewropa b’9,463 sparkler "mixgħula" virtwalment minn persuni li qatgħu t-tipjip ġiet inawgurata fi Brussell mill-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis Andriukaitis fit-30 ta’ Ottubru, il-Jum ta' din is-sena ta’ Dawk li Qatgħu t-Tipjip.

Prodotti mediċinali: Il-Kummissjoni tilqa’ l-finalizzazzjoni tar-riforma tal-ICH  »

Filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza ta’ 25 sena preċedenti tal-Konferenza Internazzjonali għall-Armonizzazzjoni (ICH), ir-riformi se jittrasformaw l-ICH f'inizjattiva tassew globali appoġġjata minn mekkaniżmi ta’ governanza robusti u trasparenti.

Innovazzjoni Perturbattiva: It-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar opinjoni preliminari  »

Tista' tikkummenta onlajn sas-16 ta’ Diċembru 2015 dwar “L-implikazzjonijiet ta’ Innovazzjoni Perturbattiva għas-saħħa u l-kura tas-saħħa fl-Ewropa”, ippubblikata mill-Bord ta’ Esperti indipendenti tal-Kummissjoni dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa.

Il-finanzjament mill-UE jappoġġja studju kliniku tat-terapija tal-fagi f’vittmi ta’ ħruq serju  »

Prova klinika innovattiva fil-livell tal-industrija qed tevalwa t-tolleranza u l-effikaċja tal-fagi fil-ġlieda kontra infezzjonijiet sensittivi reżistenti għall-antibijotiċi.

Konferenza Internazzjonali dwar it-tagħlimiet miksuba mill-Ebola f’Pariġi fid-29 ta’ Ottubru 2015  »

Organizzata mill-Ministeri Franċiżi għall-Iżvilupp u r-Riċerka, fil-laqgħa attendew il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-UE, NGOs u rappreżentanti mill-Istati Uniti tal-Amerika, id-WHO u pajjiżi affettwati mill-marda fl-Afrika. Il-Kummissarju Stylianides għamel ir-rimarki tal-ftuħ.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Taskforce Internazzjonali għall-ġlieda kontra r-reżistenza dejjem tikber għal mediċini li jsalvaw il-ħajja  »

It-Taskforce Transatlantiku dwar ir-Reżistenza Antimikrobika ltaqgħet fil-Lussemburgu fit-22-23 ta’ Ottubru 2015 biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fil-ġlieda kontra r-reżistenza dejjem tikber għal mediċini antimikrobiċi li jsalvaw il-ħajja.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

L-NGOs li pparteċipaw fl-ewwel Premju tas-Saħħa f’rubrika ġdida  »

Din il-ġimgħa jissemmew l-ewwel tliet rebbieħa tal-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs, iżda f’edizzjonijiet sussegwenti, se jidhru oħrajn ukoll fost is-26 NGO li pparteċipaw. L-edizzjoni tal-2015 iffokat fuq l-NGOs li ddistingwew ruħhom fil-ġlieda kontra l-Ebola.

L-Alleanza għal Azzjoni Medika Internazzjonali (ALIMA), rebbieħa tal-ewwel premju  »

Rispons ta’ emerġenza medika tal-Marda tal-Virus tal-Ebola

Concern Worldwide, rebbieħa tat-tieni premju  »

Programm Favur Funerali Sikuri u Dinjitużi, Freetown, is-Sierra Leone

Is-Salib l-Aħmar Spanjol, rebbieħ tat-tielet premju  »

Operazzjoni ta’ salvataġġ għat-tixrid tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 
  

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Ir-Renju Unit u ċ-Ċina jibdew fond globali biex jiġu ttrattati l-infezzjonijiet reżistenti għall-mediċini  [Renju Unit]  »

Ir-Renju Unit u ċ-Ċina ser jistabbilixxu l-Fond għall-Innovazzjoni ta’ Riċerka dwar ir-Reżistenza Antimikrobika Globali u jinkoraġġixxu aktar investiment li jgħin biex tiġi indirizzata waħda mill-ikbar problemi li qed tħabbat wiċċha magħha d-dinja tal-mediċina illum.

App tal-mowbajl dwar id-donazzjoni tal-organi - tista’ ssalva ħajja b'buttuna waħda!  [Lussemburgu]  »

L-utenti tal-iPhone u tal-Android jistgħu jsiru donaturi tal-organi permezz tal-applikazzjoni “Passport of Life”.

Inizjattivi biex l-anzjani u l-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jiksbu aktar finanzjament  [Danimarka]  »

Fi ftehim ġdid innegozjat mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Anzjani, se jiġu allokati 874.3 miljun krona mir-riżervi tal-għotjiet għall-2016-2019 biex jgħinu lil diversi gruppi inklużi l-anzjani bid-dimenzja u l-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Avvenimenti li ġejjin 

Konferenza dwar iI-Mard Kroniku (Vilnjus, il-Litwanja, 24-25 ta’ Novembru 2015)  »

Sħab fl-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar il-Mard Kroniku u l-promozzjoni tat-tixjiħ f’saħħtu tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja se jiltaqgħu ma’ dawk li jfasslu l-politika u l-prattikanti biex jiddiskutu l-istat tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni primarja fl-Ewropa.

Sessjoni ta' ħidma dwar il-Bijoloġija Sintetika (il-Lussemburgu, l-10 ta’ Diċembru 2015)  »

L-attivitajiet li għaddejjin bħalissa fl-UE dwar il-bijoloġija sintetika ser jiġu ppreżentati f'dan l-avveniment. Irreġistra sat-23 ta’ Novembru 2015.

Fl-edizzjoni li jmiss

Investiment fis-saħħa permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk