Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 162, IS 30 ta´ Ottubru 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Il-Kriżi tar-Refuġjati: "Kliem nobbli jeħtieġ li jiġi segwit minn azzjonijiet konkreti"

minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

Il-wasla kontinwa tar-refuġjati fl-Ewropa hija sfida mingħajr preċedent għal ħafna Stati Membri u titlob għal solidarjetà madwar l-Unjoni Ewropea kollha. 

Il-President Juncker tal-UE identifika l-kriżi tar-refuġjati bħala l-prijorità immedjata ta’ azzjoni fl-Unjoni Ewropea. Il-kura tas-saħħa għandha tkompli tkun parti mir-rispons globali, u l-bżonnijiet tas-saħħa tar-refuġjati, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, għandhom jiġu ssodisfati.

 Il-Kummissjoni mmobilizzat riżorsi u tinsab lesta li tappoġġja l-akkoljenza u s-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri taħt pressjoni partikolari bie [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Equi-Health

L-Aħjar Prattika fil-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali f’Persuni Marġinalizzati Soċjalment fl-Ewropa

IPPHEC - Tħejjija Aħjar biex tingħata Għajnuna Psikoloġika f’Avvenimenti ta’ Kriżi

Għodod PROMOVAX

Moduli PROMOVAX ta' valutazzjoni u kards bir-rekord tat-tilqim

Għodod tal-UE HEP SCREEN

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-G7 jimpenjaw ruħhom għal approċċ tat-tip Saħħa Waħda għar-Reżistenza Antimikrobika  »

Il-Kummissarju Andriukaitis li kien qed jipparteċipa f’taħditiet tas-Saħħa tal-G7 dwar ir-Reżistenza Antimikrobika u l-Ebola f’Berlin fit-8 u t-9 ta’ Ottubru, qal li huwa laqa’ l-impenn tal-G7 għall-approċċ ta' “saħħa waħda” sostnut mill-UE.

Ivvutat b'maġġornaza s-suġġett għall-ewwel Premju Orizzont għall-Innovazzjoni Soċjali  »

Votazzjoni pubblika għażlet il-qasam tar-riċerka biex jirċievi appoġġ ta’ €2 miljun mill-Premju Orizzont fuq sfida soċjali li se tiġi mnedija mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-isfidi tal-migrazzjoni huma indirizzati l-aħjar fil-livell tal-UE, skont stħarriġ tal-Ewrobarometru  »

L-immigrazzjoni u t-terroriżmu qed jinkwetaw dejjem iktar liċ-ċittadini tal-UE, skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikat fil-15 ta’ Ottubru 2015. Medja tal-UE ta’ 66% ta’ dawk li wieġbu qalu li aktar deċiżjonijiet dwar il-migrazzjoni għandhom jittieħdu fil-livell tal-UE.

Il-Kummissjoni tibbaża fuq EXPO 2015 biex issib modi biex issaħħaħ is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni  »

Bħala riżultat ta’ Programm Xjentifiku f'EXPO 2015, l-UE qed tagħmel disponibbli sett ta’ rakkomandazzjonijiet esperti dwar ir-rwol tax-xjenza u r-riċerka biex titjieb is-sigurtà alimentari u tan-nutrizzjoni, li kien is-suġġett ta’ din is-sena tal-Wirja Universali.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Studju ta' orjentazzjoni dwar il-komunikazzjoni biex jindirizza u jipprevjeni l-mard kroniku  »

Aġġornamenti fil-profili tal-pajjiżi tal-KE/WHO dwar l-attività fiżika  »

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa mitluba biex ikunu preparati għar-refuġjati  [Kroazja]  »

Minħabba l-influss kbir ta’ migranti, il-Ministru tas-Saħħa Siniša Varga adotta Deċiżjoni li tiddikjara li l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa fiż-żoni l-aktar affettwati minn dan l-avveniment għandhom ikunu ppreparati li jintervjenu.

Traspożizzjoni tad-Direttiva Kontra t-Tabakk  [Italja]  »

Id-Direttiva 2014/40/UE ġiet trasposta mill-Gvern Taljan u se tidħol fis-seħħ sal-aħħar tal-2015. Fost miżuri oħrajn, din tistabbilixxi projbizzjoni fuq it-tipjip fil-karozza meta t-tfal u n-nisa tqal huma preżenti.

Fl-edizzjoni li jmiss

Donazzjoni u Trapjant ta' Organi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk