Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 161, IS 22 ta´ Ottubru 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Tliet inizjattivi ewlenin fil-ġlieda kontra l-Ebola

minn Vytenis Andriukaitis, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

minn Vytenis Andriukaitis, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

It-tixrid tal-Ebola kien l-ewwel sfida li kelli nittratta meta ħadt il-kariga tiegħi kważi sena ilu. Flimkien mal-Kummissarju Stylianides, żort il-pajjiżi affettwati - il-Ginea, il-Liberja u Sierra Leone. Domna biss ftit jiem iżda mhux biss rajna iżda anke ħassejna x'kien għaddej. Stajt biss nimmaġina xi jfisser li tiġġieled kontra din il-marda fuq il-post għal xhur sħaħ u biex tiġi limitata l-firxa tagħha.

L-idea tal-Premju tas-saħħa ġiet ftit wara li ġejna lura. Xtaqna nirrikonoxxu u nippremjaw inizjattivi ta' NGOs li jiġġieldu kontra l-Ebola fuq il-post u li jippromwovu livelli ogħla ta’ saħħa pubbli [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Proġetti ta’ riċerka dwar l-Ebola ffinanzjati mill-UE – sitwazzjoni attwali

Proġett dwar il-komunikazzjoni ta' kriżi fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju

Eżerċizzji ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità u Netwerking dwar l-Iskoperta ta' Patoġeni Infettivi Ħafna

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Speċifikazzjonijiet għal twissijiet tas-saħħa fuq pakketti tas-sigaretti adottati fid-9 ta’ Ottubru 2015  »

Minn Mejju 2016 madwar l-UE, it-twissijiet tas-saħħa fuq pakketti ta’ prodotti tat-tabakk għat-tipjip għandhom jinkludu ritratt tal-kulur, test dwar l-effetti ta’ ħsara tat-tipjip u informazzjoni dwar il-waqfien mit-tipjip, li flimkien jokkupaw 65% tal-pakkett.

Proġett iffinanzjat mill-Kummissjoni jsaħħaħ it-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa madwar l-Ewropa  »

L-għan ta’ din l-inizjattiva tal-UE huwa li jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tas-servizzi tas-saħħa għall-migranti u l-minoritajiet etniċi fl-UE billi jiġi rieżaminat, żviluppat, ittestjat u vvalutat taħriġ dwar is-saħħa tal-migranti u l-minoritajiet etniċi għall-professjonisti tas-saħħa li jaħdmu direttament magħhom.

Avvenimenti li ġejjin 

Konferenza dwar il-prijoritajiet għal politika Ewropea dwar il-multimorbożità (Brussell, 27 ta’ Ottubru 2015)  »

Il-Jum ta' Dawk li Qatgħu t-Tipjip (madwar l-UE, 30 ta’ Ottubru 2015)  »

Bħala parti mill-inizjattiva tal-Kummissjoni Dawk li Qatgħu t-Tipjip ma Jżommhom Xejn, it-30 ta’ Ottubru ġie magħżul bħala l-Jum ta' Dawk li Qatgħu t-Tipjip din is-sena. Dawk li Qatgħu t-Tipjip u l-utenti ta' iCoach jistgħu jixegħlu sparkler fuq mikrosit iddedikat biex jimmarkaw is-suċċess tagħhom stess u jħeġġu lil oħrajn biex jingħaqdu magħhom jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip.

Valutazzjoni tal-impatt dwar kriterji għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (Brussell, 6 ta’ Novembru 2015)  »

Din hija laqgħa teknika għall-Istati Membri, il-membri tal-Parlament Ewropew, pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u l-partijiet ikkonċernati dwar il-metodoloġija taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-iskrinjar tal-evidenza tas-sustanzi kimiċi żviluppati fil-kuntest tal-Valutazzjoni tal-Impatt dwar kriterji għall-identifikazzjoni ta’ Sustanzi li Jfixklu s-Sistema Endokrinali.

Sessjoni ta' ħidma dwar kif l-epidemjoloġija tasal fil-politika tas-sigurtà tas-saħħa pubblika (Stokkolma, 10 ta’ Novembru 2015)  »

Fid-dawl tal-konferenza ESCAIDE fil-11-12 ta’ Novembru, l-Aġenzija għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (CHAFEA) qed torganizza din-is-sessjoni ta' ħidma. Irreġistra sal-1 ta’ Novembru.

Konferenza Xjentifika Ewropea dwar l-Epidemjoloġija Applikata tal-Mard li Jittieħed (ESCAIDE) (Stokkolma, 11 - 13 ta’ Novembru 2015)  »

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Mistoqsijiet frekwenti dwar l-aspetti proċedurali tal-ħolqien ta’ Netwerks ta’ Referenza Ewropej  »

Linji gwida Ewropej għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-iskrining tal-kanċer ċervikali  »

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Ingilterra u Wales jipprojbixxu t-tipjip fil-karozzi li jġorru t-tfal taħt l-età ta’ 18-il sena  [Renju Unit]  »

Biex it-tfal ikunu protetti mill-perikli tad-duħħan tas-sigaretti ta' ħaddieħor, issa sar illegali li jsir tipjip f’karozzi u vetturi oħra b’xi ħadd taħt it-18-il sena preżenti. Issa huwa wkoll kontra l-liġi għal sewwieq li ma jwaqqafx lil xi ħadd ipejjep f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Il-pajjiżi Nordiċi jikkooperaw fuq kwistjonijiet ta' saħħa mentali  [Danimarka]  »

Fis-6 ta’ Novembru 2015, il-Gvern Daniż u l-Kunsill Nordiku tal-Ministri se jospitaw l-ewwel samit Nordiku dwar il-Psikjatrija f’Kopenħagen biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fir-reġjun Nordiku u biex jinstabu soluzzjonijiet biex togħla l-kwalità tal-ħajja ta' dawk b’mard mentali.

Fl-edizzjoni li jmiss

Edizzjoni speċjali - Is-Saħħa tar-Refuġjati u tal-Migranti

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk