Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 160, IS 8 ta´ Ottubru 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Niżguraw li l-ikel żejjed jilħaq lil dawk l-aktar fil-bżonn

minn Isabel Jonet, il-President tal-Federazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ikel (FEBA)

minn Isabel Jonet, il-President tal-Federazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ikel (FEBA)

Fl-UE, madwar 90 miljun tunnellata ikel jinħlew kull sena (stima tal-2006), filwaqt li 55 miljun persuna jbatu minn faqar alimentari.

Id-donazzjoni tal-ikel hi fattur importanti fis-soluzzjonijiet tal-Ewropa kemm biex titnaqqas il-ħela tal-ikel u jittaffew il-faqar tal-ikel u l-esklużjoni soċjali.

Dan hu l-qofol tal-missjoni tal-banek tal-ikel, l-organizzazzjonijiet mingħajr profitti li l-voluntiera tagħhom jirkupraw ikel żejjed sikur mill-katina tal-provvista u jqassmuh lill-aġenziji ta’ karità li jgħinu lin-nies fil-bżonn. Pereżempju, il-Fondazione Banco Alimentare Onlus Taljana bħalissa qed [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Valutazzjoni tal-katina tal-ikel globali u lokali: Approċċ ibbażat fuq prestazzjoni Multidimensjonali

Il-Konkors tal-Unjoni Ewropea għal Xjenzjati Żgħażagħ EXPO 2015 Premju tal-ikel

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni u d-WHO Ewropa jżidu l-kooperazzjoni  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa qegħdin iġeddu l-impenn konġunt tagħhom biex jaħdmu flimkien lejn l-għan komuni tagħhom ta’ saħħa aħjar fl-Ewropa.

Aċċess għas-servizzi tas-saħħa fl-UE: tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar opinjoni preliminari  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bord ta’ Esperti indipendenti dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa fetħu konsultazzjoni pubblika sal-aħħar ta’ Novembru 2015 dwar opinjoni preliminari li tesplora għażliet għal azzjoni biex tittejjeb l-ekwità tal-aċċess għas-servizzi tas-saħħa fl-UE.

Azzjoni Konġunta ġdida għandha l-għan li twaqqaf iż-żieda fir-rati tal-obeżità fit-tfal  »

Azzjoni Konġunta dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika kofinanzjata taħt it-tielet Programm tas-Saħħa timmira biex twaqqaf iż-żieda tal-piż żejjed u l-obeżità fost it-tfal u l-adoloxxenti sal-2020 bl-iskambjar tal-aħjar prattiki u dejta f'26 pajjiż involut.

Żviluppata għodda faċli biex jiġi ttestjat l-impatt tal-interventi mmirati lejn it-tnaqqis tat-tipjip u tal-obeżità  »

Il-proġett "EConDA" iffinanzjat mill-UE - Ekonomija tal-Mard Kroniku wera kif l-interventi tal-prevenzjoni "'il fuq fil-katina" jiffokaw fuq it-tnaqqis fil-fatturi tar-riskju jistgħu jkunu kosteffettivi u effettivi.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Immaniġġjar tal-kriżi tar-refuġjati: Miżuri immedjati legali, baġitarji u operazzjonali  »

Miżuri immedjati meħuda taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni huma deskritti.

Avvenimenti li ġejjin 

"Ebola: Lezzjonijiet Meħudin" (Il-Lussemburgu, 12 – 14 ta’ Ottubru 2015)  »

Il-Kummissjoni u l-Presidenza tal-Lussemburgu tal-Kunsill tal-UE organizzaw dan l-avveniment biex jeżaminaw l-aħjar prattiki u jiddiskutu modi biex inkun ppreparati għall-futur.

Konferenza dwar il-prijoritajiet għal politika Ewropea dwar il-multimorbożità (Brussell, 27 ta’ Ottubru 2015)  »

Iċ-ċerimonja tal-Premju tas-Saħħa tal-UE (il-Lussemburgu, 12 ta’ Ottubru 2015)  »

Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis Andriukaitis se jagħti l-ewwel Premju tas-Saħħa tal-UE f’Konferenza dwar l-Ebola fil-Lussemburgu. Din is-sena, tliet NGOs attivi fil-ġlieda kontra l-Ebola għandhom ikunu magħżula bħala rebbieħa. Ara l-lista finali tal-NGOs li qed jikkompetu għall-premjijiet.

Konferenza Xjentifika Ewropea dwar l-Epidemjoloġija Applikata tal-Mard li Jittieħed (ESCAIDE) (Stokkolma, 11 - 13 ta’ Novembru 2015)  »

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Il-kriżi tar-refuġjati – Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar ir-Rilokazzjoni ta’ Emerġenza  »

Il-Kummissjoni ppubblikat din l-iskeda informattiva b’reazzjoni għan-numru dejjem jikber ta’ mistoqsijiet dwar ir-rilokazzjoni ta' emerġenza ta’ eluf ta’ refuġjati fl-UE. Il-migrazzjoni hi waħda mill-prijoritajiet ewlenin ta' din il-Kummissjoni, u s-sitwazzjoni attwali qed tħalli impatt ukoll fuq il-politika tas-saħħa pubblika.

Ippubblikata f'ġurnal mediku l-Opinjoni ta' SCENIHR dwar is-sikurezza tal-apparat mediku li fih il-ftalati  »

Fl-edizzjoni ta’ Awwissu 2015 tal-Journal of Medical Device Regulation tirrapporta dwar l-opinjoni finali dwar is-sikurezza tal-apparat mediku li fih ftalati (DEHP), li ġie ppubblikat mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa Ġodda u Emerġenti.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Franza tiffirma Ftehim ta’ Akkwist Konġunt  [Franza]  »

Fit-22 ta’ Settembru 2015, Franza saret it-22 pajjiż tal-UE li ffirma l-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt għall-akkwist ta’ kontromiżuri mediċi.

Id-daħk hu l-aqwa mediċina – anki biex jgħin jinqata' t-tipjip!  [Italja]  »

Il-kampanja l-ġdida kontra t-tabakk tal-Italja tuża l-umoriżmu biex twassal messaġġ serju. Jekk tpejjep, dawk ta’ madwarek – anki l-kelb – ikunu qed ipejpju wkoll.

Fl-edizzjoni li jmiss

Ebola: il-lezzjonijiet meħuda u l-premju tas-saħħa l-ġdid tal-UE

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk