Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 158, IS 11 ta´ Settembru 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

L-Unjoni Ewropea ssaħħaħ il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer

Dr Tit Albreht, Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika tas-Slovenja

Dr Tit Albreht, Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika tas-Slovenja

Tajjeb li nħabbru li l-verżjoni stampata tal-Gwida Ewropea għall-Programmi Nazzjonali tal-Kontroll tal-Kanċer ta' Kwalità għadha kif tlestiet u se jkollha ton speċjali għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 anniversarju tal-Programm L-Ewropa Kontra l-Kanċer waqt il-presidenza Lussemburgiża li se jsiru dan ix-xahar.

 Il-Gwida tipprovdi mudell għall-produzzjoni ta’ programmi nazzjonali tal-kontroll tal-kanċer, tiġbor l-esperjenzi ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali differenti fil-qasam tal-kanċer. Kull kapitlu jittratta suġġett ewlieni partikolari u lista ta’ indikaturi huma proposti għal azzjoni [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

BENCH-CAN - Standardizzazzjoni tal-kura tal-kanċer komprensiva

CanCon - Azzjoni Konġunta għall-Kontroll tal-Kanċer

EPAAC - Partenarjat Ewropew għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer

Europa Donna – Koalizzjoni Ewropea kontra l-Kanċer tas-Sider

In-Netwerk Ewropew ta' Referenza għall-Onkoloġija Pedjatrika ta' Esperti għad-Dijanjosi u l-Kura

EuroSun

RARECAREnet - netwerk ta’ tagħrif dwar tipi ta’ kanċer rari

EUROCHIP3

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Skadenza dalwaqt għall-applikazzjonijiet għal finanzjament permezz tat-Tielet Programm tas-Saħħa tal-UE (2014-2020)  »

Sottomissjonijiet ta’ proposti onlajn għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal għotjiet għall-proġetti jintlaqgħu sal-15 ta’ Settembru 2015.

Wanted - 12,500 mara tqila jew nisa li qed ireddgħu madwar l-Ewropa  »

Huma meħtieġa nisa f’ħamest ibliet differenti biex jipparteċipaw f’inizjattiva tal-UE li tippromwovi dieti aktar tajbin għas-saħħa u attività fiżika regolari qabel, matul u wara t-tqala.

Is-sejħa għal applikazzjonijiet għas-sħubija fil-Kumitati Xjentifiċi tal-Kummissjoni Ewropea tagħlaq nhar it-2 ta’ Novembru 2015  »

Ix-xjentisti jistgħu japplikaw għal sħubija fil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur u/jew il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa, Riskji Ambjentali u Emerġenti.

Adottata Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent  »

Id-Deċiżjoni ġiet adottata fis-7 ta’ Awissu 2015.

Kumitati Xjentifiċi: Konsultazzjoni pubblika dwar Opinjoni Preliminari dwar il-Bijoloġija Sintetika III: Prijoritajiet ta’ riċerka miftuħa sas-16 ta’ Settembru 2015  »

Din l-Opinjoni finali ta’ tlieta dwar il-Bijoloġija Sintetika (SynBio) tindirizza r-riskji speċifiċi għall-ambjent minn organiżmi, proċessi u prodotti tas-SynBio, u tidentifika lakuni ewlenin fir-riċerka.

Adottata l-Opinjoni ta' Panel ta’ Esperti dwar il-kooperazzjoni transkonfinali  »

Il-Panel Espert dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa jidentifika oqsma ta’ kooperazzjoni kif ukoll il-benefiċċji ta’ tali kooperazzjoni.

Sejħa għal offerti li għandha x’taqsam ma’ proġett pilota dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi tas-saħħa miftuħa sal-21 ta’ Settembru 2015  »

Il-proġett pilota jikkonċerna it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa: il-bini ta’ għarfien espert u l-evalwazzjoni ta’ azzjonijiet.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Rapport dwar id-Direttiva tal-Kura tas-Saħħa Transkonfinali  »

Ir-rapport juri avvanzi leġiżlattivi fil-livell tal-UE u l-isforzi li jsiru fuq livell nazzjonali, iżda juri wkoll li ċ-ċittadini tal-UE ma tantx jafu dwar drittijiethom fil-kura tas-saħħa f’pajjiżi oħra tal-UE.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Jum Dinji tal-Alzheimer (21 ta’ Settembru 2015)  »

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Alzhemer's, Alzheimer-Europe qed iħeġġeġ lin-nies jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta' Glasgow li tappella għal strateġija Ewropea dwar id-Dimenzja.

“50 Sena ta’ leġiżlazzjoni Farmaċewtika fl-UE: konferenza dwar il-kisbiet u l-perspettivi futuri” (Brussell, 28 ta’ Settembru 2015)  »

Segwi l-avvenimenti live fuq @EU_Health u ingħaqad mal-konverżazzjoni fuq #EUpharma50.

Il-Forum Gastein dwar is-Saħħa Ewropea 2015 (30 ta’ Settembru – 2 ta’ Ottubru 2015)  »

L-avveniment annwali ewlieni dwar il-politika tas-saħħa fl-UE, il-forum joffri pjattaforma għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kura tas-saħħa.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Kampanja għad-donazzjoni tad-demm tħeġġeġ liż-żgħażagħ jagħtu d-demm regolarment  [Italja]  »

Elementi viżwali effettivi kienu parti minn din il-kampanja, li tilħaq żgħażagħ matul ix-xhur meta d-donazzjonijiet tad-demm ikunu meħtieġa l-aktar. Agħti ħarsa!

Fl-edizzjoni li jmiss

50 snin ta’ leġiżlazzjoni PHARMA fl-UE

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk