Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 157, IS 23 ta´ Lulju 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Is-sistema onlajn il-ġdida tnaqqas il-burokrazija għall-applikanti tal-Programm tas-Saħħa

minn Jacques Remacle, il-Kap tal-Unità tal-Aġenzija Eżekuttiva dwar il-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

minn Jacques Remacle, il-Kap tal-Unità tal-Aġenzija Eżekuttiva dwar il-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

It-tielet Programm tas-Saħħa kien adottat f'Marzu 2014, u fl-istess ħin, ġiet introdotta sistema ġdida onlajn biex tiffaċilita l-applikazzjoni għall-finanzjament permezz tal-Programm u biex il-proċedura kollha - mis-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet sal-firma tal-għotjiet lill-benefiċjarji - tiqsar b'mod sinifikanti.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) tgħin timplimenta dan il-Programm għall-Kummissjoni u b'hekk tniedi sussegwentement sejħiet għal proposti għal proġetti u għotjiet operattivi.

Fil-passat, l-evalwazzjoni tal-proposti kienet tieħu tl [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Bażi tad-dejta tipprovdi informazzjoni dwar proġetti ffinanzjati permezz tal-Programm tas-Saħħa

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar Opinjoni Preliminari dwar l-Addittivi użati fil-prodotti tat-tabakk  »

Data ta' skadenza għall-kummenti: is-6 ta' Settembru 2015.

Logo ġdid tal-UE se jgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati meta jixtru l-mediċini onlajn  »

L-Ewropej li jikkunsidraw jixtru l-mediċini onlajn għandhom ifittxu l-logo l-ġdid fis-sit web tal-ispiżerija jew tal-bejjiegħ. Il-logo għandu proċess ta' verifikazzjoni f'żewġ passi biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ protezzjoni minn mediċini ffalsifikati, li jistgħu mhux biss ikunu ineffettivi iżda perikolużi.

L-Ewropa għadha lura fl-infiq fis-saħħa, skont l-aħħar statistika mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp  »

Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE rrapportaw infiq fis-saħħa per capita reali taħt il-livelli tal-2009. Barra mill-Ewropa, l-infiq fis-saħħa kiber b’rata ta’ madwar 2.5% fis-sena mill-2010 'l hawn, skont l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

Rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili: Hi miftuħa sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-Bord Maniġerjali tal-EMA  »

Il-Kummissjoni qed tniedi proċedura ta’ għażla għall-ħatra tal-erba’ rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili fuq il-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) f’Londra. Id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija l-20 ta' Settembru 2015.

Pariri dwar is-sindrome respiratorja tal-Lvant Nofsani (il-MERS) meta tivvjaġġa  »

Abbażi tal-informazzjoni attwali, ir-riskju għall-vjaġġaturi lejn il-pajjiżi milquta mill-MERS li jieħdu l-infezzjoni MERS-CoV huwa kkunsidrat baxx. Madankollu, iċ-ċittadini tal-UE li jivvjaġġaw lejn pajjiżi bi trasmissjoni għaddejja għandhom jipprattikaw iġjene tal-idejn u tal-ikel tajba u għandu jiġi evitat kuntatt ma’ persuni morda.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-UE twiegħed €450 miljun lill-pajjiżi li ġew milquta mill-Ebola  »

L-impenn li tipprovdi aktar appoġġ lill-pajjiżi l-aktar affettwati mill-Ebola tħabbar mill-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni ta’ Kriżi u l-Koordinatur tal-UE għall-Ebola Christos Stylianides waqt il-Konferenza Internazzjonali ta’ Rkupru mill-Ebola tan-NU fi New York.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ir-reklutaġġ u ż-żamma tal-ħaddiema tas-saħħa  »

Dan l-istudju għandu l-għan li jidentifika u janalizza strateġiji effettivi għar-reklutaġġ u ż-żamma ta’ professjonisti tas-saħħa li jservi bħala ispirazzjoni għall-iżvilupp ta’ strateġiji organizzattivi u politiki tar-riżorsi umani fl-Ewropa.

Pjattaforma tal-UE dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa - Rapport Annwali 2015  »

Dan ir-rapport annwali, mill-Pjattaforma tal-UE magħmul minn organizzazzjonijiet ewlenin f’livell Ewropew li jaħdmu fin-nutrizzjoni u l-attività fiżika, jiddeskrivi l-attivitajiet li saru fl-2014, jipprovdi ħarsa ġenerali u analiżi tar-rapporti ta’ monitoraġġ ta’ impenn individwali mill-2014 u jagħmel konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet għas-sena ta’ rappurtar li jmiss.

Mard kardjovaskulari u dijabete: politiki għal saħħa u kwalità tal-kura aħjar  »

Din il-pubblikazzjoni onlajn hija disponibbli għall-istituzzjonijiet b’abbonament mal-iLibrary tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

European Drug Report 2016: Trends and Development  »

What's happening in drug trends, prevention, treatment and policy? Read the European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction annual report for all the facts.

Avvenimenti li ġejjin 

It-tnax-il Laqgħa tal-Impatt tal-AIDS (Amsterdam, 28-31 ta’ Lulju 2015)  »

L-ewwel konferenza dwar id-Dipendenza (Lisbona, 23-24 ta’ Settembru 2015)  »

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Irlanda hija l-21 pajjiż tal-UE li ffirma l-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt għall-akkwist ta’ kontromiżuri mediċi  [Iraq]  »

Il-Ministru tas-Saħħa tal-Irlanda Leo Varadkar iffirma l-ftehim fil-preżenza tal-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis Andriukaitis u l-Ministru tas-Saħħa tal-Latvja Guntis Belēvičs bħala l-President tal-Kunsill EPSCO fid-19 ta’ Ġunju 2015.

L-Italja tuża l-internet u l-mużika pop biex tilħaq liż-żgħażagħ fil-kampanja tal-2015 kontra l-abbuż tal-alkoħol  [Italja]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa qed juża tnejn mill-aħjar għodod ta’ komunikazzjoni mmirati lejn iż-żgħażagħ – l-internet u l-mużika – biex iwassal messaġġ importanti dwar l-alkoħol. Fl-Italja, bħal fl-Ewropa kollha kemm hi, l-abbuż tal-alkoħol huwa l-kawża ewlenija ta’ mewt u diżabbiltà fost il-persuni ta’ taħt it-30 sena.

Ir-riformi ppjanati fis-sistema tal-kura tas-saħħa nazzjonali jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-UE  [Il-Bulgarija]  »

Il-Ministru tas-Saħħa Bulgaru Dr Petar Moskov iltaqa’ ma’ delegati mill-Kummissjoni u l-Bank Dinji fis-7 ta’ Lulju 2015 biex jiddiskutu r-riformi li għaddejjin bħalissa fis-settur tal-kura tas-saħħa fil-Bulgarija, li jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Dinji.

Il-Ġermanja tintroduċi karti tas-saħħa diġitali għall-ħażna ta’ dejta medika  [Ä ermanja]  »

Mill-2018 ’il quddiem, jekk il-pazjenti jixtiequ, id-dejta ta’ emerġenza tagħhom se tkun miżmuma fuq karta tas-saħħa diġitali. L-użu tal-medikazzjoni se jiġi mmonitorjat ukoll biex tkun żgurata s-sikurezza tal-pazjenti.

Fl-edizzjoni li jmiss

Il-kanċer

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk