Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 149, IS 26 ta´ Marzu 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

“Dinja ħielsa mit-TB” – nindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ gruppi vulnerabbli

minn Aljona Kurbatova, il-Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Mard Infettiv u tal-Abbuż mid-Droga, Istitut Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa

minn Aljona Kurbatova, il-Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Mard Infettiv u tal-Abbuż mid-Droga, Istitut Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa

Ħafna nies jaħsbu li t-tuberkulożi hija xi ħaġa tal-passat. Ir-realtà hija li ċ-ċansijiet li din il-marda tinqered f'dan is-seklu huma żgħar ħafna. Skont ir-Rapport Globali tat-Tuberkulożi tad-WHO tal-2014, fl-2013 din il-marda swiet il-ħajja ta' 1.5 miljun persuna, u l-fatt li dawn l-imwiet setgħu ġew evitati hu tabilħaqq devastanti.  

Huwa stmat li 9 miljun persuna żviluppaw it-TB fl-2013, inklużi 480 000 li żviluppaw TB reżistenti għal ħafna mediċini (MDR), li qed tkun ta’ theddida dejjem tikber. Fi 30 pajjiż tal-UE/ŻEE, ġew irrappurtati 64,844 każ ta’ TB, li kien 6.0% inqas mill-2012, iżda l-każijie [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

TUBIDU – Nagħtu s-setgħa lis-soċjetà ċivili u lis-sistemi tas-saħħa pubblika għall-ġlieda kontra l-epidemija tat-tuberkulożi fost gruppi vulnerabbli

Impatt - Proġett ta' Innovazzjonijiet u Sħubijiet Multisettorjali għall-Kisba ta' Kontroll tat-Tuberkulożi

Netwerk ta' Korrelazzjoni - Inklużjoni soċjali u Saħħa Ewropej

WHO: Skalar tat-Tnaqqis tal-Ħsara

Promozzjoni tas-Saħħa għall-Ħabsin Żgħażagħ

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Ministru tas-Saħħa tal-UE Andriukaitis iżur l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fl-20 anniversarju tagħha  »

Is-sena 2015 timmarka l-20 anniversarju tal-aġenzija u l-introduzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni unika għall-mediċini fl-UE kollha kif ukoll tiċċelebra 50 sena ta’ kollaborazzjoni u armonizzazzjoni tar-regoli u l-liġijiet li jirregolaw ir-Regolament tal-mediċini fl-UE.

L-ewwel Konferenza Ministerjali dwar Azzjoni Globali Kontra d-Demenzja organizzata mid-WHO  »

Fil-konferenza tas-16 – 17 ta’ Marzu attendew ministri minn mad-dinja kollha, esperti mill-komunitajiet tar-riċerka u dawk kliniċi u tal-NGOs, kif ukoll mill-Aġent Direttur Ġenerali ta' SANTE tal-Kummissjoni Ewropea Ladislav Miko, biex jiddiskutu l-problemi globali li ġejjin mid-demenzja.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Irlanda ħielsa mit-tabakk: firma tal-liġi dwar imballaġġ tas-sigaretti ġeneriku  [Iraq]  »

Il-President Higgins iffirma liġi li tintroduċi imballaġġ ġeneriku fuq il-pakketti tas-sigaretti u li tipprojbixxi lil dawk il-kumpaniji milli jipproduċu prodotti tat-tabakk tad-ditta għas-suq Irlandiż minn Mejju 2016 u milli jbigħuhom minn Mejju 2017.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

L-Esponiment għall-Qasam Elettromanjetiku jipperikola s-saħħa?  »

Din l-iskeda informattiva faċli għall-qari tiġbor fil-qosor l-Opinjoni l-ġdida dwar dan is-suġġett mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa Ambjentali Emerġenti Ġodda.

Rapport finali tal-konferenza dwar l-Istat tas-Saħħa tat-Tilqim fl-UE  »

Il-Ministru tas-Saħħa Taljana Beatrice Lorenzin u l-Aġent Direttur għas-Saħħa Pubblika ta' DĠ Sante John Ryan attendew il-konferenza tat-3 ta' Novembru 2014 f'Ruma, fejn is-suġġetti inkludew kollox mill-ħosba u l-influwenza sal-ostakli biex jiġi aċċettat it-tilqim.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Aktar minn 97% tal-ikel fl-UE huwa fi ħdan il-limiti legali għal residwi ta’ pestiċidi  »

Ir-rapport dwar ir-residwi ta’ pestiċidi fl-ikel tal-2013 tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel hu bbażat fuq 81,000 kampjun tal-ikel minn 27-il Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja. Aħbarijiet tajbin oħrajn: kważi 55% tal-kampjuni ma wrew l-ebda traċċa li setgħu jidhru ta’ sustanzi kimiċi.

Avvenimenti li ġejjin 

L-1 Konferenza Ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant dwar it-Tuberkulożi u t-Tuberkulożi reżistenti għal ħafna mediċini (Riga, il-Latvja, it-30-31 ta’ Marzu 2015)  »

Taħt il-Presidenza Latvjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Ministeru tas-Saħħa Latvjan, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u d-WHO Ewropa u Pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, f'din il-konferenza se jieħdu sehem istituzzjonijiet internazzjonali u korpi mhux governattivi bl-għan li tgħin fit-tnaqqis tal-piż tat-tuberkulożi u, fl-aħħar mill-aħħar, tiġi eliminata.

Ġimgħa tas-Saħħa-e (Riga, il-Latvja, il-11 – 13 ta’ Mejju)  »

Barra dawn iż-żewġ avvenimenti ewlenin, il-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar is-Saħħa-e u l-Konferenza Dinja ta' IT fis-Saħħa, din il-ġimgħa tinkudi wkoll Summit Ewropew dwar l-mSaħħa, Kompetizzjoni tal-SMEs tal-UE dwar is-Saħħa-e u esibizzjoni b’paviljuni minn madwar id-dinja.

Fl-edizzjoni li jmiss

Tessuti u Ċelluli

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk