Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 148, IS 5 ta´ Marzu 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Kif il-ġdid jista' jgħin lill-qadim - inħaddmu l-innovazzjoni biex tgħin il-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-Ewropa

minn Peter Portheine, Direttur ta' Briainport Health Innovation

minn Peter Portheine, Direttur ta' Briainport Health Innovation

Matul l-aħħar Spettaklu tal-Elettronika tal-Konsumatur f’Las Vegas, aktar minn nofs il-prodotti l-ġodda kienu relatati mas-saħħa. Aktar u aktar kumpaniji kbar qed isiru konxji tal-valur tal-aktar assi importanti tagħna u d-dejta assoċjata.

 Matul dawn l-aħħar snin tajna ħafna attenzjoni, fi ħdan is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f’Saħħtu, fuq l-ostakli li joħonqu innovazzjonijiet promettenti fil-kura tas-saħħa milli jsiru applikazzjonijiet fuq skala kbira. Dawn il-linji ta' azzjoni qed jiffukaw fuq l-implimentazzjoni ta’ innovazzjonijiet għaliex dan hu l-uniku mod kif is-suq ji [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ACT - Il-Programm għall-Avvanz tal-Koordinazzjoni tal-Kura u għall-Mobilizzazzjoni tat-TeleSaħħa

MPI-AGE – Indiċi tal-Pronjożi Multidimensjonali

ASSEHS - Attivazzjoni ta’ Strateġiji ta’ Stratifikazzjoni u r-Riżultati

FRAILCLINIC

Ċentri tas-Saħħa Urbana Ewropa 2.0

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

"Il-villaġġ tal-anzjani fuq il-gżira tal-immortali”, minn Henrik Ennart, finalist għall-Isvezja fl-2013

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Konferenza internazzjonali ta’ livell għoli tqis is-sitwazzjoni attwali tal-Ebola  »

L-UE u msieħba ewlenin li organizzaw konferenza internazzjonali ta’ livell għoli dwar l-Ebola fit-3 ta’ Marzu 2015 biex iqisu s-sitwazzjoni tal-ġlieda attwali kontra l-Ebola and jikkoordinaw aktar azzjoni.

Ippubblikata l-opinjoni finali dwar il-bisfenol A (BPA) li jintuża f’apparati medikali  »

Din l-Opinjoni tiddeskrivi l-valutazzjoni tar-riskju tal-esponiment għall-bisfenol A (BPA) permezz tal-mezzi medikali mmanifatturati minn materjali li potenzjalment inixxu l-BPA inkluż permezz tal-esponiment orali (dentali), minn taħt il-ġilda u minn ġol-vina (eż. matul l-emodijalisi).

Il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tad-WHO tiċċelebra 10 snin minn meta bdew jiġu salvati l-ħajjiet  »

L-UE u 179 pajjiż b’kollox huma partijiet għall-konvenzjoni li għandha l-għan li ssalva l-ħajjiet permezz tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-użu ta’ prodotti tat-tabakk. Fl-10 snin ta’ eżistenza tagħha, hija żammet il-kontroll tat-tabakk fuq quddiem tal-aġenda globali, salvati il-ħajjiet u tejbed is-saħħa globali.

Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar Opinjoni Preliminari dwar il-Kompetizzjoni fost il-fornituri tal-kura tas-saħħa tal-UE  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bord ta’ Esperti indipendenti tagħha nedew il-konsultazzjoni, miftuħa sat-8 ta’ April 2015, dwar opinjoni preliminari li tesplora għażliet ta’ politika dwar il-kompetizzjoni fost il-fornituri ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri tal-UE.

Laqgħa Konġunta tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u l-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa li saret fit-18 ta'  »

Il-laqgħa ffukat fuq il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Obeżità fit-Tfal, l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa u r-riformulazzjoni tal-ikel. Fost il-parteċipanti ta’ livell għoli kien hemm il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis andriukaitus u uffiċjali oħra tal-Kummissjoni.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Ungerija u d-Danimarka jiffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni dwar is-saħħa  [Ungerija]  »

Il-Ftehim itejjeb il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-Ungerija u d-Danimarka rigward l-iskambju ta’ esperjenzi, l-iżvilupp ta’ sistemi tas-saħħa elettronika u l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ programmi u proġetti ta’ żvilupp.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Trattament tal-Ebola iffinanzjat mill-UE jagħti riżultati inkoraġġanti  »

B'riżultat tal-finanzjament tal-UE mill-programm ta’ riċerka u innovazzjoni Orizzont 2020, l-Istitut Nazzjonali Franċiż għas-Saħħa u r-Riċerka Medika ħabbar l-evidenza inkoraġġanti li d-droga antivirali favipiravir tista’ tkun trattament effettiv kontra l-marda Ebola fl-istadju bikri tagħha.

Avvenimenti li ġejjin 

Ir-4 laqgħa tan-Netwerk dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (Brussell, it-23 ta’ Marzu, 2015)  »

Fost il-ħafna għanijiet ta' din il-laqgħa kien hemm id-diskussjoni u l-adozzjoni tad-dokument ta' riflessjoni dwar “L-Użu mill-Ġdid ta’ Ħidma Konġunta f’Attivitajiet Nazzjonali għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġiji tas-Saħħa (HTA)” u l-eżaminazzjoni ta' kif il-ħidma konġunta u l-kooperazzjoni tal-UE b’mod ġenerali jistgħu jintużaw f’attivitajiet nazzjonali.

Il-15-il Konferenza Internazzjonali dwar il-Kura Integrata (Edinburgu, 25-27 ta’ Marzu 2015)  »

Din il-konferenza organizzata mill-Fondazzjoni Internazzjoni għall-Kura Integrata se tiffoka dwar "Ħtiġijiet Kumplessi, Soluzzjonijiet Integrati: l-involviment, l-għoti ta’ setgħa u ta' kapaċita lin-nies għal ħajja attiva u b’saħħitha”.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Rapport ta’ progress ippubblikat dwar il-Pjan ta’ Azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied mir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi  »

Ir-rapport tal-Kummissjoni jippreżenta fil-qosor il-progress li sar taħt kull waħda mit-12-il azzjoni deskritti fil-Pjan ta' Azzjoni ta' ħames snin dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi.

Fl-edizzjoni li jmiss

Tuberkolożi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk