Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 146, IS 5 ta´ Frar 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Lejn sistemi tas-saħħa aħjar: aktar aċċessibbli, effettivi u reżiljenti

minn Maria Iglesia Gomez, il-Kap tal-Unità “Is-sistemi tal-kura tas-saħħa”, Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari

minn Maria Iglesia Gomez, il-Kap tal-Unità “Is-sistemi tal-kura tas-saħħa”, Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari

Liema hu l-aktar assi prezzjuż tiegħek? Xi wħud minna huma sodisfatti ħafna bil-karozza, id-dar, jew forsi d-dgħajsa tagħna. Iżda nemmen li jekk nieqfu ftit u nirriflettu b'mod sinċier, probabbilment se naqblu li dak li napprezzaw l-aktar hija s-saħħa: saħħitna u dik tal-persuni li nħobbu.

Huwa għalhekk li nonfqu ħafna flus biex nieħdu ħsiebha. Fil-fatt, il-gvernijiet tagħna stabbilixxew sistemi kumplessi biex tingħatalna l-aħjar kura. F'DĠ SANTE aħna impenjati li kontinwament intejbu s-sistemi tas-saħħa tagħna.

F’Komunikazzjoni adottata s-sena l-oħra, il-Kummissjoni tipproponi aġenda sabiex ik [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ICARE4EU - Innovazzjoni fil-kura għal nies b'kundizzjonijiet kroniċi multipli fl-Ewropa

ACT - L-Avvanz tal-Koordinazzjoni tal-Kura u l-Programm għall-Iskjerament tat-TeleSaħħa

EUCERD - Il-Kumitat ta' Esperti tal-UE dwar il-Mard Rari

EPF - Forum Ewropew tal-Pazjenti

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

L-Ewropa, bl-ambulanza: l-artiklu minn Elina Heino, rebbieħa nazzjonali għall-Finlandja 2012

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

"Mhux lil Hinn Minna" hi t-tema tal-Jum Dinji tal-Kanser 2015 fl-4 ta' Frar  »

Il-Jum Dinji kontra l-Kanser jipprovdi l-opportunità li titqajjem kuxjenza li hemm ħafna li jista' jsir fil-livell individwali, tal-komunità u governattiv li jikkonċerna lill-kanser. Billi naħdmu flimkien, kapaċi nuru li nsibu soluzzjonijiet mhux lil hinn minnha.

Il-Jum Dinji Kontra l-Kanser kif l-UE tgħin fil-ġlieda kontra l-kanser  »

Il-kanser huwa t-tieni l-aktar kawża komuni ta’ mewt fl-Unjoni Ewropea – ċifra li mistennija tiżdied minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea. L-UE hi attiva ħafna fir-riċerka dwar il-kanser u reċentement ippubblikat u aġġornat il-Kodiċi Ewropea Kontra l-Kanser.

L-UE tikkonferma mill-ġdid l-impenn tagħha biex tipproteġi l-itfal permezz tat-tilqim  »

Fil-konferenza tas-26-27 ta' Jannar 2015 tal-Alleanza tat-Tilqim GAVI, il-Kummissarju Neven Mimica tkellem dwar l-azzjoni tal-UE u qal li l-UE rduppjat l-appoġġ finanzjarju tagħha mill-aħħar perjodu ta' erba' snin 'l hawn, billi wiegħdet €200 miljun għall-perjodu 2016-2020.

Ir-rapport ġdid li għadu kif ġie ppubblikat dwar ir-Resistenza Antimikrobika għandu l-ewwel jinkludi dejta dwar il-bnedmin, l-annimali u l-ikel.  »

Mitlub mill-Kummissjoni, dan ir-rapport konġunt mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jipprovdi ħarsa globali bla preċedent lejn it-theddida magħmula mir-reżistenza antimikrobika.

Il-Programm Ewropew FOOD li rnexxa hu implimentat attwalment fi tmien Stati Membri.  »

Il-programm, ikkofinanzjat minn DĠ SANCO tnieda fl-2009 biex jippromwovi drawwiet ta' ikel tajbin għas-saħħa fil-post tax-xogħol u biex jinkuraġġixxi lir-restoranti joffru ikel itjeb għas-saħħa. Għalkemm issa qiegħed viċin biex jagħlaq, tmien Stati Membri implimentaw l-istrateġiji tiegħu.

50 sena anniversarju għal-leġiżlazzjoni PHARMA fl-UE  »

L-2015 timmarka l-50 anniversarju tal-introduzzjoni tal-ewwel leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-mediċina għall-bniedem. Id-Direttiva tal-Kunsill 65/65 adottata fis-26 ta' Jannar 2015 introduċiet regoli ċari dwar l-awtorizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali u xi prinċipji bażiċi li għadhom validi sal-lum il-ġurnata.

L-ajruporti internazzjonali fil-pajjiżi milqutin mill-Ebola jikkonformaw mal-proċeduri tal-iskrining tal-ħruġ  »

Novembru li għadda l-Kummissjoni, bi sħab mad-WHO, organizzat żjara ta' rieżaminazzjoni fl-ajruporti tal-pajjiżi milqutin biex tiżgura dwar il-konformità attwali mal-linji gwida eżistenti tal-iskrining tal-ħruġ, l-effettività tat-tfassil u tal-livell tal-implimentazzjoni tagħhom.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tikkonkludi li m'hemmx riskju għas-saħħa tal-konsumaturi mill-esponiment għall-bisfenol A  »

L-evalwazzjoni mill-ġdid komprensiva tal-esponiment għall-bisfenol A (BPA) u t-tossiċità tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ikkonkludiet li l-BPA mhux ta' riskju għas-saħħa tal-konsumaturi ta' kwalunkwe grupp ta' età (inklużi tfal li għadhom ma twildux, tfal żgħar u adolexxenti) fil-livelli ta' esponiment attwali.

L-Awtorità Medika Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar ir-regoli tat-trasparenza tal-bażi tad-dejta tat-Provi Kliniċi  »

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini qed tħejji l-bażi ta’ dejta skont ir-Regolament il-ġdid dwar il-Provi Kliniċi. Il-konsultazzjoni pubblika li se tikkontribwixxi għar-regoli tat-trasparenza hi miftuħa sat-18 ta' Frar 2015.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-isforzi tal-UE fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-Ebola  »

Fit-18 ta’ Jannar, il-Kummissjoni ħabbret €215-il miljun f’fondi għal tmien proġetti ta’ riċerka dwar l-Ebola. Tilqim u testijiet dijanjostiċi rapidi se jiġu żviluppati, u proġett fil-Ginea qed jissorvelja l-kriżi li għaddejja bħalissa biex isir magħruf kif l-aħjar issir it-tħejjija għal inċidenzi simili fil-futur.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Skeda informattiva dwar il-Kromju VI fil-ġugarelli  »

Il-ġugarelli manifatturati bil-kromju VI huma sikuri għat-tfal? Din hi l-mistoqsija magħmula u mwieġba fit-taqsira faċli għall-qari tal-Opinjoni ppubblikata reċentement dwar il-Kromju VI fil-ġugarelli tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa u Ambjentali.

Skeda informattiva dwar it-tibdil tal-ġog tal-koxxa Metall fuq Metall  »

Impjanti tal-ġog tal-koxxa jistgħu jgħinu biex tkun restitwita l-mobilità, iżda wħud minnhom huma riskjużi? Aqra t-taqsira faċli għall-qari tal-Opinjoni dwar "Is-sikurezza tat-tibdil tal-ġoġ Metall fuq Metall b'enfażi partikulari fuq l-impjanti tal-ġoġ tal-koxxa", mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Regolament ġdid b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015 għandu l-għan li jiskopri l-kanser kemm jista' jkun malajr u jiġu salvati l-ħajjiet  [Polonja]  »

Dan ir-regolament, il-"Pakkett onkoloġiku", għandu l-għan li jgħin sabiex jitħaffu d-dijanjosi u l-kura tal-kanser biex jagħtu l-pazjenti bil-kanser l-aħjar opportunitajiet għal irkupru totali. Aktar informazzjoni dwar il-pakkett onkoloġiku tista' tinsab fis-sit web tal-Ministeru tas-Saħħa Pollakk.

Id-"Djar tas-Saħħa" l-ġodda jagħmlu l-kura primarja tas-saħħa aktar aċċessibbli u li wieħed jista' jħallas għaliha  [Italja]  »

Ir-Reġjun tal-Lazjo reċentement waqqaf dawn il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa biex iwieġeb għall-ħtiġijiet tan-nies u jgħinhom jevitaw żjarat għaljin fl-isptar. In-nies jistgħu jirċievu sa15-il tip ta' servizzi komuni tas-saħħa f'dawn il-lokalitajiet, inklużi t-testijiet tad-demm, l-ekografija u r-radjografija.

Avvenimenti li ġejjin 

Programm tas-Sessjoni ta' Ħidma tas-Saħħa tal-UE dwar il-Mard Kroniku u t-Tixjiħ f'Saħħtu (L-Aja, in-Netherlands, 12-13 ta’ Frar 2015)  »

Se jingħataw ir-riżultati minn proġetti u azzjonijiet konġunti kkofinanzjati taħt it-2 Programm tas-Saħħa u tmien Stati Membri se jaqsmu l-aħjar prattiki. Is-sessjoni ta' ħidma hi organizzata mill-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikultura u l-Ikel u l-Ministeru tas-Saħħa Olandiż.

Il-Konferenza tal-Presidenza tal-Latvija "Stili ta' Ħajja Tajbin għas-Saħħa: in-nutrizzjoni u l-attività fiżika għat-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel” (Riga, il-Latvja, 23 – 24 ta  »

Din il-konferenza, appoġġjata mill-Programm għas-Saħħa Pubblika, għandha l-għan li tivvaluta u tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dokumenti strateġiċi dwar in-nutriment u l-attività fiżika fl-Istati Membri tal-UE sabiex titnaqqas l-obeżità fit-tfal u jiġu promossi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa.

Fl-edizzjoni li jmiss

Ambjenti Tajbin għas-Saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk