Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 145, IS 22 ta´ Jannar 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Is-Saħħa Globali – aħseb globali, aġixxi lokali, x'nagħmlu fil-livell tal-UE?

minn Andrzej Rys, id-Direttur tas-Sistemi u tal-prodotti tas-saħħa, DĠ Sante

minn Andrzej Rys, id-Direttur tas-Sistemi u tal-prodotti tas-saħħa, DĠ Sante

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2010 dwar is-saħħa globali ddikjarat li s-saħħa dinjija hija dwar it-titjib dinji tas-saħħa, it-tnaqqis tad-differenzi, u l-protezzjoni kontra t-theddid tas-saħħa globali; ikkunsidrat il-kunċett permezz ta’ diversi lentijiet inkluż l-iżvilupp, il-kummerċ, is-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza. X’inhu r-rwol tal-politiki tal-UE u l-istrumenti xierqa f’din il-paradigma?

L-UE tappoġġja multilateraliżmu u governanza tas-saħħa globali u tagħti ħarsa ġenerali tad-WHO għal tmexxija globali tas-saħħa. Il-Kummissjoni u d-WHO jikkooperaw fuq għadd kbir ta’ kwis [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ECHEMNET - Netwerk Ewropew għall-Emerġenza Kimika

EpiSouth+

SHIPSAN

AIRSAN

REACT – Rispons għal Mard infettiv emerġenti: Valutazzjoni u żvilupp ta’ kapaċitajiet ewlenin u għodod

Eżerċizzji ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità u Netwerking dwar l-Iskoperta ta' Patoġeni Infettivi Ħafna

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-Opinjoni Preliminari dwar il-Bijoloġija Sintetika II - Metodoloġiji ta’ valutazzjoni tar-riskju u aspetti ta’ sigurtà  »

Din l-opinjoni teżamina l-implikazzjonijiet tal-iżviluppi probabbli f’SynBio fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent. Hi tħares ukoll lejn jekk ir-riskji eżistenti għas-saħħa u ambjentali tal-UE u l-prattiki ta’ valutazzjoni humiex xierqa għal Synbio.

Studju tal-Kummissjoni lejn kif l-għażliet tal-pazjenti huma influwenzati mid-disponibilità tal-informazzjoni  »

Dan l-istudju kkummissjonat mill-KE jeżamina kif id-disponibilità tal-informazzjoni taffettwa l-għażliet tal-pazjenti dwar il-kura tas-saħħa fi Stat Membru tal-UE ieħor fil-kontest tad-Direttiva adottata fl-2011.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-privatezza u s-sigurtà meħtieġa biex tingħata spinta lis-saħħa mobbli  »

Skont ir-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea, għodod ta' privatezza u ta' sigurtà b'saħħithom (bħall-encryption tad-dejta) huma essenzjali biex jgħinu lis-Saħħa mobbli (kura tas-saħħa mobbli) tifjorixxi fl-Ewropa.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Kard tas-Saħħa elettronika meħtieġa bħala prova ta' intitolament għas-servizzi mediċi u dentali mill-1 ta' Jannar 2015 'l hawn.  [Ä ermanja]  »

Bdew jinħarġu kards tas-saħħa elettroniċi biex jgħinu fit-twettiq ta’ dejta tas-saħħa meħtieġa għal trattament b’mod sikur u faċilment disponibbli u biex itejbu l-kwalità tal-kura, isaħħu r-rwol tal-pazjenti u jnaqqsu l-ispejjeż. Il-kards għandhom ukoll jipprovdu prova tal-kopertura tal-benefiċċji tas-saħħa.

Gwida ġdida tagħti pariri lill-ġenituri dwar kif jgħinu lil uliedhom jevitaw problemi ta' piż u ta' obeżità  [Italja]  »

L-obeżità hi fattur ta’ riskju importanti għas-saħħa fi kwalunkwe età, iżda hu partikolarment importanti għat-tfal li jżommu piż tajjeb sabiex jiġi evitat l-iżvilupp tad-dijabete tat-tip 2, il-mard kardjovaskulari, il-pressjoni għolja u anke l-kanser f’età aktar avvanzata.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Studju ġdid dwar l-iżvilupp professjonali u t-tagħlim tul il-ħajja għal professjonisti tas-saħħa tal-UE  »

Dan l-istudju, iffinanzjat mill-Programm tas-Saħħa tal-UE, hu magħmul minn immappjar u reviżjoni uniċi ta’ żvilupp professjonali u t-tagħlim tul il-ħajja kontinwu għal tobba, infermieri, dentisti, qwiebel u spiżjara fi 28 pajjiż membru tal-UE u fil-pajjiżi tal-EFTA.

Sommarju Eżekuttiv u rapport finali - Identifikazzjoni tal-aħjar prattiki f'azzjoni fuq it-tipjip tat-tabakk biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa  »

Ħafna riskji għas-saħħa huma aktar komuni fost gruppi soċjoekonomiċi baxxi, u ġew murija li jikkawżaw inugwaljanzi kunsiderevoli fil-qasam tas-saħħa. Dan l-istudju jiddeskrivi l-impatt tal-politiki ta’ kontroll tat-tabakk fuq gruppi soċjodemografiċi fl-Ewropa.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Konferenza tal-Presidenza Latvjana "Stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa: nutrizzjoni u attività fiżika għat-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel" (Riga, 23 – 24 ta' Frar)  »

Din il-konferenza, appoġġjata mill-Programm għas-Saħħa Pubblika, għandha l-għan li tivvaluta u tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dokumenti strateġiċi dwar in-nutriment u l-attività fiżika fl-Istati Membri tal-UE sabiex titnaqqas l-obeżità fit-tfal u jiġu promossi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa.

Fl-edizzjoni li jmiss

Health Systems

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk