Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 142, IS 11 ta´ Diċembru 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Is-Saħħa Mentali: Ejjew ndawwru l-pjanijiet f'azzjoni

ta' José Miguel Caldas de Almeidam, Koordinatur, Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali

ta' José Miguel Caldas de Almeidam, Koordinatur, Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali

Il-ħtieġa li s-saħħa mentali tkun inkluża fost l-ewwel prijoritajiet tal-aġenda tas-saħħa pubblika qed tiġi rikonoxxuta dejjem aktar fl-Ewropa f’dawn l-aħħar għexur ta’ snin u ilha prijorità tal-Kummissjoni Ewropea.  Aktar minn għaxar snin ilu, id-Direttorat għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni ppubblika Green Paper dwar l-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE dwar is-saħħa mentali, u aktar reċentement, fl-2008, nieda l-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali, li issa jinsab bi 22 lingwa. 

Abbażi tal-ħidma li saret s’issa, tnediet Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali fl-2013. L-għan h [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Azzjoni Konġunta tal-UE dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali

PRO-YOUTH

Euregenas - Reġjuni Ewropej Jinfurzaw Azzjonijiet Kontra s-Suwiċidju

PREDI-NU - Nipprevjenu d-Dipressjoni u Ntejbu l-Għarfien permezz tan-Netwerking fl-UE

Il-Fondazzjoni Eurasia għall-Olimpijadi Speċjali tal-Ewropa

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

'Żgħar fl-età, f'kundizzjoni fiżika tajba, f'saħħithom, u jbatu bid-dimenzja', ta' Els Verweire, 2013 rebbieħ mill-Belġju

“Ras Carel”, ta' Henk Blanken, 2013 ir-rebbieħ tal-ewwel premju u rebbieħ globali mill-Pajjiżi l-Baxxi

'L-orħos mediċina kontra d-dipressjoni', ta' Rita Makarész, finalista u rebbieħa tat-tieni Premju Globali 2011 mill-Ungerija

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Sejħa għall-esperti għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ prodotti kosmetiċi miftuħa sal-11 ta’ Jannar, 2015  »

Id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi nieda sejħa għall-espressjoni ta’ interess biex jinħatru esperti li se jassistu l-ħidma tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS).

Id-Danimarka u l-Litwanja jiffirmaw il-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt  »

Il-Viċi Rappreżentant Permanenti Daniż Ole Toft u l-Ministru tas-Saħħa tal-Litwanja Rimante Šalaševičiūtė ffirmaw il-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt għall-Akkwist ta’ Kontromiżuri Mediċi (JPA) fl-1 ta’ Diċembru fi Brussell. Aqra aktar dwar il-JPA hawnhekk.

Il-kontribuzzjoni tal-Programm tas-Saħħa għall-ġlieda kontra l-HIV/AIDS  »

Ara l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm tas-Saħħa biex itejbu l-prevenzjoni u t-trattament tal-HIV f'reġjuni prijoritarji u gruppi prijoritarji fl-UE f’din il-ħarsa ġenerali mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (CHAFEA).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tilqim bħala għodda effettiva tas-saħħa pubblika  »

Il-konklużjoni milħuqa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Impjiegi, Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur fi Brussell fl-1 ta’ Diċembru 2014, jikkonfermaw li sistema ta' immunizzazzjoni bbażata fuq l-evidenza, kosteffettiva, sikura u effiċjenti hija parti integrali ta’ sistema tas-saħħa li tiffunzjona tajjeb

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-Ewropa u l-Afrika jaqblu fuq €2 biljun ta’ fondi għar-riċerka biex jindirizzaw l-AIDS, l-Ebola u mard infettiv ieħor  »

Sħubija ġdida bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani tnediet fit-2 ta’ Diċembru 2014 f’Cape Town, l-Afrika t’Isfel, bl-għan li jiġu żviluppati mediċini ġodda u aħjar għal mard infettiv bħall-AIDS, it-tuberkolożi, il-malarja, id-dud parassit tal-intestini u l-Ebola.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ħarsa fuq fuq lejn is-Saħħa: Ewropa 2014  »

Din it-tielet edizzjoni tippreżenta l-aħħar informazzjoni dwar is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa f’35 pajjiż Ewropew. L-għażla tal-indikaturi hija bbażata l-aktar fuq lista qasira ta' Indikaturi Prinċipali tas-Saħħa Ewropea, żviluppata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Spanja tħeġġeġ lin-nies jagħmlu testijiet tal-HIV u jieħdu l-prekawzjonijiet  [Spanja]  »

Kampanja ġdida tfakkar lin-nies li l-AIDS mhix marda tal-passat. Bejn 130,000 u 160,000 persuna fi Spanja huma pożittivi għall-HIV u madwar 30% ma jafux b'dan, li jfisser li dawn mhumiex jibbenefikaw minn trattament bikri u jistgħu jittrażmettu l-infezzjoni lil oħrajn.

Sistema ta' Informazzjoni dwar it-Telemediċina ttejjeb il-kura tas-saħħa f’żoni rurali  [Ir-Rumanija]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa Rumen nieda l-proġett “Intejbu l-kwalità tal-kura tas-saħħa f’żoni rurali permezz tal-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar it-telemediċina”, iffinanzjat permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali b’kontribuzzjonijiet mingħand il-Gvern Rumen.

Fl-edizzjoni li jmiss

Ħarsa fuq fuq lejn is-Saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk