Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 137, IS 2 ta´ Ottubru 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Sar progress kbir fis-Sikurezza tal-Pazjenti, iżda fadal ħafna iktar x'isir

Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Madwar 8-12 % tal-pazjenti fl-isptarijiet tal-UE jbatu mingħajr bżonn minn konsegwenzi mhux mixtieqa meta jkunu l-isptar, u madwar 4.1 miljun pazjent fl-UE jieħdu infezzjoni assoċjata mal-kura tas-saħħa kull sena. Minn dawn imutu 37,000.

Rapport riċenti dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2009 dwar is-sikurezza tal-pazjenti, inkluż il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, juri kif il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE għamlu progress sinifikanti fl-indirizzar tal-isfidi tas-sikurezza tal-pazjenti. Għarfien bħal dan bejn il-pajjiżi dwar is-sikurez [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Azzjoni Konġunta għas-Sikurezza tal-Pazjenti u l-Kwalità tal-Kura

Intejbu s-Sikurezza tal-Pazjenti fil-Kura fl-Isptarijiet permezz ta' Kirurġija li titlesta f'Ġurnata (DAYSAFE)

Nimplimentaw Bundles Strateġiċi għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Infezzjonijiet (IMPLEMENT)

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

"Tojlits tal-isptar mhux imnaddfa ġimgħa wara, kif żvelat minn marker inviżibbli", mill-finalisti tal-2013 tar-Repubblika Slovakka

"Pazjenti tat-talassemija jressqu lment kontra Ċipru mal-Ewropa", minn Sophia Theodosiou, finalista tal-2010 minn Ċipru

"L-isptarijiet - il-pazjenti qegħdin f'riskju li jmutu bil-ġuħ?", minn Eva Boburkova, finalista tal-2011 mir-Repubblika Ċeka

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-Ewropa tirriafferma s-sħubija u s-solidarjetà tagħha mal-Afrika tal-Punent.  »

Il-Kummissarji tal-UE dan l-aħħar iltaqgħu mal-Ministri tal-UE biex jiddiskutu kif jikkoordinaw aktar passi fir-reazzjoni Ewropea għall-epidemija tal-Ebola. Huma taw ir-responsabbiltà lill-Istati Membri biex ikomplu jagħtu l-appoġġ tagħhom u jsaħħuh u biex jiffaċilitaw ir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini Ewropej kif meħtieġ.

L-ECDC jirrilaxxa definizzjoni tal-każ għall-mard bil-virus tal-Ebola  »

Id-definizzjoni rilaxxata miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jikklassifika każijiet għar-rappurtar epidemjoloġiku u jappoġġja lill-Istati Membri fit-tħejjija tagħhom għal reazzjoni effettiva għal kull sitwazzjoni li tista' tinvolvi l-Ebola. Din id-definizzjoni ġiet diskussa u approvata mill-kumitat tas-sikurezza tas-saħħa tal-EU.

Il-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer ikollu l-ewwel laqgħa f'Milan  »

Dan il-grupp ta' esperti ġdid, ippresedut mill-Kummissjoni, jgħaqqad rappreżentanti minn awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, gruppi ta' pazjenti, assoċjazzjonijiet xjentifiċi u mediċi speċjalizzati fil-kanċer, organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-prevenzjoni tal-kanċer u l-industrija.

Imbassra żieda qawwija ħafna fl-iskrinjar għall-kanċer tas-sider, ċervikali u kolorettali fl-UE bejn l-2010 u l-2020  »

Kooperazzjoni b'saħħitha bejn l-UE u l-Istati Membri fil-qasam tal-kanċer wasslet għal rati mtejba ta' skrinjar skont rapport dwar is-Sħubija Ewropea dwar il-Kanċer u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2003 dwar l-iskrinjar tal-kanċer.

Approvat il-Pjan ta' Azzjoni l-Ġdid dwar ix-Xorb miż-Żgħażagħ u ix-Xorb Qawwi ta' Kultant  »

Dan il-Pjan ta' Azzjoni ġdid jiffoka fuq il-prevenzjoni ta' ħsara relatata mal-alkoħol fl-oqsma tax-xorb fost iż-żgħażagħ u l-binge drinking. Il-pjan fuq sentejn (2014-2016) hu mfassal biex jappoġġja lill-Istati Membri sabiex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol.

Il-proġett "Inħobbu Nieklu" jiċċelebra l-ikel tajjeb għas-saħħa bħala parti minn stil ta' ħajja b'saħħtu  »

F'dan il-proġett iffinanzjat mill-UE, li hu adattat għal ħtiġijiet speċjali u jieħu approċċ entużjast lejn l-ikel tajjeb għas-saħħa, qed jipparteċipaw sebat ibliet minn seba' pajjiżi. Il-persuni fil-mira huma t-tfal, in-nisa tqal u l-anzjani iżda kulħadd jista' jgawdi mir-riċetti onlajn, pariri u aktar.

Il-Konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni Farmaċewtika tal-UE issa saret saħansitra aktar faċli  »

Eudralex V29 tal-Kummissjoni tippermettilek tikkonsulta l-leġiżlazzjoni farmaċewtika umana u veterinarja f'magna tat-tfittix integrata. Id-dokumenti kollha huma f'format pdf u jistgħu jiġu dduplikati, maqsuma ma' ħaddieħor u stampati għal finijiet mhux kummerċjali.

Nieħdu passi 'l quddiem fl-appoġġ tal-pazjenti bl-Atassija ta' Friedreich u mard ieħor rari  »

Id-Direttorat tas-Saħħa Pubblika tal-Kummissjoni Ewropea ltaqa' ma' Christian Baucheron meta dan waqaf il-Lussemburgu waqt il-mixja tiegħu ta' 500km biex jiġbor il-fondi għar-riċerka għall-Atassija ta' Friedreich. Aqra dwar il-ħidma tal-UE fil-qasam tal-mard rari hawnhekk.

Il-programm "Il-Familja Tiegħi b'Saħħitha" jħeġġeġ lin-nies jieklu aktar frott u ħaxix  »

Dan il-proġett, varat f'żewġ reġjuni fil-Polonja u tnejn oħra fl-Ungerija, hu mmirat b'mod partikolari lejn in-nisa tqal, it-tfal u l-anzjani. Se jingħata frott u ħaxix b'xejn lil parteċipanti magħżula u koki magħrufa sew se jqajmu l-entużjażmu billi jaqsmu r-riċetti tagħhom.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-UE tibqa' attenta ferma fil-ġlieda kontra l-Ebola u saħansitra żżid aktar l-assistenza  »

Hekk kif l-agħar epidemija tad-dinja tal-Ebola tkompli tinfirex b'mod esponenzjali, l-appoġġ tal-EU jkompi jiżdied f'reazzjoni għal dan.

Il-Kummissjoni tadotta proposti biex ittejjeb is-saħħa tal-annimali u dik umana  »

Il-proposti dwar il-prodotti mediċinali veterinarji u l-ikel medikat huma intenzjonati sabiex itejbu s-saħħa tal-annimali, jindirizzaw ir-reżistenza antimikrobijali u jrawmu l-innovazzjoni. Se jibbenefikaw ukoll l-ispeċijiet akkwatiċi, is-sidien tal-annimali domestiċi, il-veterinarji u n-negozji fl-UE.

Avvenimenti li ġejjin 

Is-17-il Forum Ewropew dwar is-Saħħa, Gastein (Gastein, l-Awstrija, 1-3 ta' Ottubru, 2014)  »

L-EHFG huwa l-avveniment ewlieni dwar il-politika tas-saħħa fl-UE u jsir kull sena. Jipprovdi pjattaforma ewlenija għal min jieħu d-deċiżjonijiet f'diversi oqsma tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa u jipprovdi opportunità għall-iskambju ta' informazzjoni għal diversi kwistjonijiet.

Konferenza Ewropea dwar it-Telemediċina (Ruma, 7-8 ta' Ottubru, 2014)  »

Rappreżentanti mill-qasam tal-kura tas-saħħa, il-gvern, l-unitajiet ta' riċerka u l-universitajiet se jevalwaw applikazzjonijiet tat-telemediċina u t-telekura, jivvalutaw is-sostenibbiltà tas-servizzi u jiddiskutu dwar l-infrastruttura, ir-riċerka u t-telemediċina b'mod ġenerali, fost suġġetti oħrajn.

Ġimgħa Ewropea tal-Biotech (Brussell, 6-12 ta' Ottubru)  »

Dan l-avveniment li għandu l-appoġġ tal-UE hu ddedikat sabiex jissaħħaħ il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-bjioteknoloġija permezz tal-promozzjoni u l-għoti ta' setgħa lil SMEs innovattivi. Flimkien mal-avvenimenti fi Brussell, mal-Ewropa kollha se jkun hemm avvenimenti relatati mal-bioteknoloġija.

L-24 Konferenza Ewropea dwar l-Alzheimer (Glasgow, 20 - 22 ta' Ottubru 2014)  »

It-tema ta' din is-sena hi "Dinjità u awtonomija fid-dimenzja", u l-avveniment se jesplora kif ir-rikonoxximent tad-drittjiet umani tan-nies bid-dimenzja, ta' dawk li jieħdu ħsiebhom, tal-partners u l-familji tagħhom hu element essenzjali biex ikunu żgurati d-dinjità u r-rispett. Se jintwerew ukoll l-aqwa prattiki.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

L-implimentazzjoni tal-azzjoni mit-tieni Programm ta' Komunità fil-qasam tas-saħħa fl-2012  »

It-tieni Programm tas-Saħħa dam għaddej mill-2008 sal-2013 biex jiffinanzja l-azzjonijiet li jikkumplementaw, jappoġġjaw u jżidu l-valur tal-politiki nazzjonali tas-saħħa fl-UE. Il-Kummissjoni ntalbet tirrapporta kull sena fuq l-azzjonijiet u l-proġetti ffinanzjati permezz tal-Programm, li qed tagħmel hawnhekk.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-Ministeru tas-Saħħa u awtoritajiet oħra jippreżentaw abbozz ta' programm nazzjonali għall-mard rari  [Kroazja]  »

Fkonformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE, il-programm ikopri diversi oqsma ta' attività, inkluż l-edukazzjoni tal-professjonisti, tal-pazjenti u tal-pubbliku inġenerali, il-prevenzjoni u d-dijanjosi kmieni ta' mard rari, saħħa integrata u kura soċjali u l-promozzjoni tar-riċerka.

Fl-edizzjoni li jmiss

Anzjanità attiva u f'saħħitha

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk