Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 135, IS 4 ta´ Settembru 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

L-Unjoni Ewropea impenjata bis-sħiħ fl-isforz globali kontra l-Ebola

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Matul is-sajf, il-Kummissjoni Ewropea kienet qed taħdem fil-qrib mal-Istati Membri tal-UE fi ħdan il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa sabiex iżżommhom infurmati dwar l-aħħar żviluppi u biex tikkoordina l-metodi dwar il-prevenzjoni u t-tħejjija tal-Ebola. Il-kwistjonijiet diskussi fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa inkludew evakwazzjonijiet mediċi, il-faċilitajiet tal-isptar fl-UE, pariri għall-vjaġġaturi, id-definizzjonijiet tal-każ, il-kooperazzjoni tal-laboratorji u t-trattamenti.

Għal disa’ xhur issa d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u l-Konsumaturi kien qed jissorvelja mill-qrib is-sitwa [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Valutazzjoni kosteffettiva tal-istrateġiji Ewropej ta' twissija u rispons għal influwenza pandemika li taffettwa l-bniedem

FastVac: Qafas ġeneriku għall-produzzjoni u l-evalwazzjoni rapida ta’ tilqim ta’ emerġenza

AIRSAN

SHIPSAN

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-ewwel każi ta’ Deni tal-Punent tan-Nil irrapportat fl-UE fil-perjodu ta’ trażmissjoni tal-2014  »

Fil-ħin tal-pubblikazzjoni, id-deni tal-Punent tan-Nil li ġej min-nemus kien irrappurtat fil-Greċja u l-Awstrija. Mappa ta’ każijiet ikkonfermati hija aġġornata kull ġimgħa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.

Ir-Rapport il-Ġdid dwar is-Saħħa tar-Roma jikkonferma l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa  »

Ir-rapport iffinanzjat mill-UE jeżamina d-dejta eżistenti dwar is-saħħa tal-akbar minoranza etnika tal-Ewropa u jikkonferma l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, bħall-fatt li r-Roma għandhom stennija tal-għomor iqsar. Ir-rapport jeżamina wkoll kif din id-dejta mill-Istati Membri ġiet ikkumpilata.

Il-konsultazzjoni pubblika dwar in-nanomaterjali użati f’apparat mediku miftuħa sat-3 ta’ Ottubru  »

Il-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa Emerġenti Identifikati Reċentement nedew konsultazzjoni pubblika dwar l-Opinjoni Preliminari 'Gwida dwar id-Determinazzjoni ta’ Effetti Potenzjali fuq is-Saħħa tan-Nanomaterjali Użati fl-Apparat Mediku'.

Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari dwar il-kromju VI fill-ġugarelli  »

L-għan ta’ din l-opinjoni huwa li tikkunsidra jekk reviżjoni tal-limiti tal-migrazzjoni għall-kromju VI fill-ġugarelli jew komponenti ta’ ġugarelli hix meħtieġa fid-dawl ta’ evidenza ġdida disponibbli. Il-konsultazzjoni pubblika se tkun miftuħa sat-28 ta' Settembru.

Konsultazzjoni pubblika miftuħa biex tgħin l-UE tfassal aġenda dwar is-sikurezza tal-pazjent u l-kura  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bord Espert dwar Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa nedew konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari dwar 'L-Aġenda Futura tal-UE dwar il-kwalità tal-kura tas-saħħa b’enfasi speċjali fuq is-sikurezza tal-pazjent', miftuħa sal-21 ta’ Settembru.

Il-konferenza annwali tal-Alleanza tas-Saħħa Pubblika Ewropea teżamina l-prijoritajiet tas-saħħa  »

Parteċipanti ta’ livell għoli mill-Kummissjoni, id-WHO u l-gvernijiet nazzjonali jiltaqgħu din il-ġimgħa fi Brussell biex jiddiskutu l-prijoritajiet tas-saħħa pubblika tal-UE għall-ħames snin li ġejjin, hekk kif jibdew termini ta’ negozju ġdid għall-Kummissjoni u l-Parlament Ewropej il-ġodda.

Bord ta' Esperti dwar l-investiment fis-saħħa jadotta l-opinjoni finali dwar id-definizzjoni tal-kura primarja  »

L-opinjoni dwar id-definizzjoni tal-kura primarja (b’enfasi speċjali fuq is-sistemi ta' riferiment u finanzjament) ġiet adottata fil-laqgħa plenarja tal-Bord ta’ Esperti f’Lulju. L-opinjoni kienet miftuħa għall-kummenti għal tmien ġimgħat.

Sejħa għall-offerti dwar għodod għall-valutazzjoni ta’ Netwerks ta’ Referenza Ewropej  »

Is-sejħa għall-offerti tista’ tinsab fuq il-websajt tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kummissjoni tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (CHAFEA) u hija miftuħa sat-12 ta’ Settembru 2014.

Avvenimenti li ġejjin 

L-Innovazzjoni fis-Servizzi għall-Anzjani - Triqat lejn il-Ġejjieni (Amsterdam, 25-26 ta’ Settembru 2014)  »

Din il-konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Djar u Servizzi għall-Anzjani se tgħaqqad flimkien riċerkaturi, esperti, dawk li jfasslu l-politika, fornituri ta’ servizzi u netwerks Ewropej biex jaqsmu u jiddiskutu ideat innovattivi u juru l-prattiki tajbin.

Kungress 2014 tas-soċjetà Ewropea għall-Onkoloġija Medika, (Madrid, 26-30 ta’ Settembru 2014)  »

“Mediċina ta’ Preċiżjoni fil-Kura tal-Kanċer” hija t-tema ta’ din is-sena, u l-parteċipanti jistgħu jistennew esplorazzjoni dettaljata tal-kwistjonijiet prattiċi, politiċi, u finanzjarji li jintervjenu bejn l-ideali u r-realtà tal-implimentazzjoni tal-aħjar kura għall-persuni li jsofru minn kanċer.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Identifikat każ ta’ infezzjoni tal-Punent tan-Nil permezz tal-iskrinjar ta’ donazzjoni tad-demm  [Awstrija]  »

Wara każi kkonfermati ta’ deni ta-Punent tan-Nil irrappurtati fil-Greċja, ir-Russja, is-Serbja, il-Bosnja u Ħerzegovina u l-Iżrael, l-Awstrija imponiet skrinjar tad-donazzjoni tad-demm, li wassal għall-identifikazzjoni tal-marda li tiġi min-nemus fl-Awstrija.

Il-Ministeru tas-Saħħa jawtorizza l-ħolqien ta’ fondazzjonijiet tal-isptarijiet  [Franza]  »

Franza issa se tippermetti lill-isptarijiet jistabbilixxu fondazzjonijiet li jiġbru u jimmaniġġjaw donazzjonijiet u fondi oħra li jistgħu jintużaw għar-riċerka u l-iżvilupp. Din iċ-ċaqliqa hija mistennija li tagħti spinta lir-riċerka, tgħin biex il-pazjenti jkollhom aċċess għall-aħħar innovazzjonijiet u toħloq l-impjiegi.

Fiera tas-sajf tagħti pariri għal stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa  [Litwanja]  »

Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa pubblika qassmu riċetti u pariri għal stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa f'fiera popolari fl-aħħar ta' Awwissu f’Trakai.

Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar standards ġodda għal djar tal-kura u l-kura residenzjali  [Iraq]  »

L-Istandards attwali ġew introdotti għall-ewwel darba fl-2009 u se jiġu riveduti sabiex jgħinu jiggarantixxu kura tal-ogħla kwalità possibbli. Il-fornituri tal-kura u r-residenti tad-djar tal-kura u l-membri tal-familja tagħhom huma mistiedna jipprovdu rispons dwar il-kura u s-servizzi.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

It-tixrid tal-informazzjoni dwar ir-riskju tal-użu tad-drogi: sfida Ewropea  »

Stħarriġ ġdid tal-Ewrobarometru juri li ż-żgħażagħ Ewropej huma inqas infurmati dwar l-effetti u r-riskji ta’ drogi minn ftit snin ilu, u dan huwa inkwetanti meta aktar minnhom jidhru li qed jużaw ‘legal highs’ minn qatt qabel. L-UE qed tiffinanzja għadd ta’ proġetti ta’ għarfien.

Il-ħsieb imexxi l-ġisem: Ir-riċerkaturi tal-UE jużaw il-qawwa tal-intelliġenza biex jimxu  »

Proġetti ffinanzjati mill-UE bħal Għodod għal Interazzjoni bejn il-Moħħ u l-Kompjuters qed jaħdmu fuq teknoloġiji li jistgħu jgħinu lin-nies b’diżabilitajiet fiżiċi jerġgħu jiksbu kontroll fuq ir-riġlejn tagħhom jew biex iwettqu funzjonijiet oħrajn bħall-użu tal-kompjuters permezz tal-qawwa tal-moħħ.

Għodda ffinanzjata mill-UE li tgħin biex moħħna jleħħaq ma' ammont kbir ta' dejta  »

Ir-riċerkaturi tal-UE qed jiżviluppaw sistema interattiva li mhux biss tippreżenta d-dejta kif togħġbok, imma wkoll tibdel il-preżentazzjoni kostantement sabiex jiġi evitat piż eċċessiv fuq il-moħħ.

Il-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja: Id-WHO tappella għal protezzjoni ta’ ħaddiema tas-saħħa f’kunflitti, diżastri  »

Fil-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja, fid-19 ta’ Awwissu, id-WHO għamlet appell biex jintemm l-immirar ta’ ħaddiema tas-saħħa f’kunflitti u fi kriżijiet umanitarji oħrajn. Id-WHO ġibdet l-attenzjoni lejn l-attakki riċenti fuq il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, l-isptarijiet, il-kliniki u l-ambulanzi f’żoni ta’ kriżi.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Il-Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi jippubblika rapport annwali interattiv  »

Ir-Rapport Annwali interattiv 2013 tal-Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi tal-Ewropa u tal-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw jagħti ħarsa ġenerali lejn il-proġetti kollha tal-programm li bdew qabel il- 31 ta’ Diċembru 2013.

Ir-Rapport 2013 dwar is-Sistema ta' Twissija Rapida għat-Tessuti u ċ-Ċelluli Umani  »

Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor l-attivitajiet tas-sistema fl-2013. Is-sistema tipprovdi lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri tat-Tessuti u ċ-Ċelluli u lill-Kummissjoni b’mezz biex jiskambjaw l-informazzjoni kull meta jkun hemm riskji ta’ saħħa assoċjati ma’ trasferimenti transkonfinali ta’ tessuti u ċelluli.

Rapport tal-2014 dwar l-aħħar żviluppi tal-Attivitajiet dwar il-Mard Rari fl-Ewropa  »

'L-Ewwel Parti – Ħarsa ġenerali lejn l-Attivitajiet tal-Mard Rari fl-Ewropa' ta’ dan ir-rapport għadha kif ġiet ippubblikata. Ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali informattiva tal-attivitajiet ta’ mard rari fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri fil-qasam tal-mard rari u l-prodotti mediċi orfni sa tmiem l-2013.

Fl-edizzjoni li jmiss

Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk