Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 132, IS 24 ta´ Ġunju 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Ix-xiri konġunt ta' tilqim u mediċini jsir realtà fl-UE

minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur

minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur

L-iffirmar mill-Ministri tas-Saħħa waqt il-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju fil-Lussemburgu tal-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt għall-Kontromiżuri Mediċi jimmarka kisba ġdida fil-ħidma tagħna biex nipproteġu liċ-ċittadini Ewropej minn theddid transkonfinali għas-saħħa bħal mard li jittieħed. Il-Ftehim ta’ akkwist konġunt jiddefinixxi l-qafas ta’ xiri komuni u jagħmilha possibbli għall-pajjiżi tal-UE li jakkwistaw tilqim pandemiku u kontromiżuri mediċi oħrajn bħala grupp, pjuttost milli individwalment.

Permezz tas-saħħa kollettiva tal-firmatarji, l-Akkwisti Konġunti jagħmluha possibbli għall-Istati Membri biex jiżgur [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Valutazzjoni kosteffettiva tal-istrateġiji Ewropej ta' twissija u rispons għal influwenza pandemika li taffettwa l-bniedem

FASTVAC - Qafas ġeneriku għall-produzzjoniu l-evalwazzjoni ta' MALAJR ta’ tilqim ta’ emerġenza

Eżerċizzji ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità u Netwerking dwar l-Iskoperta ta' Patoġeni Infettivi Ħafna

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

“Rapport speċjali - Kif il-biża' mit-tilqim jitfa' dell fuq ix-xjenza," minn Kate Kelland, il-finalista mir-Renju Unit tal-2013

"It-tfal jistgħu jfittxu għad-danni lill-ġenituri tagħhom jekk huma jiċċappsu b'mard li jittieħed", minn Ljerka Bratonja Martinović il-finalista mill-Kroazja tal-2013

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni tintroduċi lowgow komuni għal spiżeriji onlajn approvati  »

Bl-Ewropej jixtru aktar u aktar mediċini onlajn, l-ispiżeriji onlajn jeħtiġilhom li jkunu awtentiċi u sikuri. Il-Kummissjoni adottat Regolament ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva dwar il-Prodotti Mediċinali Ffalsifikati li tintroduċi lowgow komuni għal spiżeriji onlajn.

Il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni japprova l-Opinjoni preliminari dwar il-Bijoloġija Sintetika għal konsultazzjoni pubblika  »

Din l-opinjoni ta' SCENIHR għandha l-għan li tipprovdi linji gwida għall-istabbiliment ta’ definizzjoni ta' operazzjoni fuq bażi xjentifika tal-Bijoloġija Sintetika. Infetħet konsultazzjoni pubblika, b’kummenti bil-miktub jintlaqgħu sal-21 ta’ Lulju, 2014.

L-Inizjattiva tal-Programmazzjoni Konġunta tal-UE dwar ir-Reżistenza Antimikrobika tiltaqa’ mad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika  »

Il-laqgħa saret sabiex tiżviluppa aktar il-kooperazzjoni bejn il-qasam tas-saħħa pubblika u l-komunità tar-riċerka dwar il-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika fl-UE. L-Inizjattiva tikkoordina l-attivitajiet nazzjonali ta’ riċerka u hi appoġġjata finanzjarjament mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta’ esperti dwar il-kontroll tal-kanser  »

Il-grupp ta’ esperti se jgħin fit-tfassil ta’ strumenti legali, dokumenti ta’ politika, linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar il-kontroll tal-kanser, u wkoll fuq talba tal-Kummissjoni, jgħin biex jitħejjew linji gwida għad-dejta dwar il-kanser u l-informazzjoni dwar il-prevenzjoni u r-riċerka tal-kanser.

Is-skurezza tal-pazjenti: 53% taċ-ċittadini tal-UE għadhom jaħsbu li l-kura tas-saħħa hi riskju għall-pazjenti  »

Pakkett dwar is-sikurezza tal-pazjent, ippubblikat illum mill-Kummissjoni Ewropea, jenfasizza t-tħassib u l-esperjenzi bħala pazjenti taċ-ċittadini tal-UE, kif il-KE u l-pajjiżi tal-UE qed jindirizzaw l-isfida tas-sigurtà tal-pazjenti, u ostakli li jridu jingħelbu.

Il-Kumitat dwar il-Politika u l-Azzjoni Nazzjonali dwar l-Alkoħol jippubblika rapport fil-qosor dwar l-aħħar laqgħa  »

Il-Kumitat organizza t-13-il laqgħa tiegħu fil-Lussemburgu f’Marzu li għadda, u ddiskuta l-Abbozz tal-Pjan dwar l-alkoħol, l-iżviluppi reċenti relatati mal-alkoħol, l-Azzjoni Konġunta dwar it-Tnaqqis tal-Ħsara relatata mal-Alkoħol u l-iżvilupp ġejjieni tal-politika tal-UE dwar l-alkoħol.

Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm jiffoka fuq “Demm sikur biex jiġu salvati l-ommijiet"  »

Din is-sena, l-għan ta’ dan l-avveniment annwali fl-14 ta’ Ġunju kien li jiżdied l-għarfien dwar għaliex aċċess f’waqtu u sikur ta’ prodotti tad-demm hu essenzjali għall-pajjiżi kollha, bħala parti minn approċċ komprensiv għall-prevenzjoni tal-imwiet tal-ommijiet.

L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar in-Nanofidda ġiet ippubblikata  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) li ma għandux x'jaqsam mal-ikel għadhom kif ippubblikaw l-opinjoni finali dwar in-Nanofidda: l-effetti u r-rwol tas-sikurezza, is-saħħa u l-ambjent fir-reżistenza antimikrobika.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Imnedija kampanja nazzjonali dwar serħan mill-allerġija u l-prevenzjoni tagħha  [Italja]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa Taljan qed jgħin lin-nies jiffaċċjaw l-allerġiji bil-kampanja ta' informazzjoni ġdida onlajn tiegħu, "L-Arja fir-Rebbiegħa", li tagħti parir dwar kif wieħed jieqaf jagħtas u jibda' jieħu gost bl-attivitajiet fil-beraħ. Inklużi wkoll, punti dwar kif jitnaqqsu l-pollutanti.

“Stupidu? – Li tibda tpejjep hu anki aktar stupidu!"  [Lussemburgu]  »

Il-Lussemburgu beda kampanja kontra t-tipjip immirata għaż-żgħażagħ u li tinvolvi powsters komiċi dwar żagħżugħ b'sigaretti ħerġin minn widnejh. Hu jidher stramb, iżda l-kampanja tgħid, li hu aktar stupidu li wieħed ipejjep is-sigaretti.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

It-tiswir tat-tkabbir: Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2014  »

Il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjonijiet tal-politika ekonomika għall-Istati Membri individwali biex jissaħħaħ l-irkupru li beda sena ilu. Ibbażati fuq analiżi dettaljata, huma jipprovdu gwida dwar kif jissaħħaħ it-tkabbir, tiżdied il-kompetittività u jinħolqu l-impjiegi.

M u T: Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2014  »

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż joffru lill-Istati Membri pariri adatti għat-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, filwaqt li jżommu finanzi pubbliċi tajba. Dawn huma ppubblikati kull rebbiegħa, wara xhur ta’ analiżi mill-Kummissjoni. Aqra aktar hawnhekk:

L-UE impenjata bi sħiħ biex tipproteġi persuni b’diżabilitajiet, jgħid ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Konvenzjoni tan-NU  »

Il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rapport tagħha dwar kif l-UE qed timplimenta l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, li hi l-ewwel strument internazzjonali legalment vinkolanti li jistabbilixxi drittijiet minimi għal persuni b’diżabilità.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ir-rapport globali tad-WHO dwar ir-reżistenza antibijotika juri theddid serju għas-saħħa pubblika mad-dinja kollha  »

Rapport ġdid tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jipprovdi l-aktar stampa komprensiva ta’ reżistenza għall-antibijotiċi sal-lum, flimkien ma’ dejta minn 114-il pajjiż.

Gwida ta’ valutazzjoni tar-riskju għal mard infettiv trasmess fuq inġenji tal-ajru  »

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard u l-Kontroll Nazzjonali jipprovdi dawn il-linji gwida biex tgħin lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jivvalutaw ir-riskji assoċjati ma’ trasmissjoni ta’ aġenti infettivi abbord ajruplani u biex jiddeċiedu dwar miżuri għat-trażżin.

Il-faqar tat-tfal u l-Esklużjoni Soċjali fl-Ewropa - Kwistjoni tad-drittijiet tat-tfal  »

Dan ir-rapport Save the Children jgħid li bejn l-2008 u l-2012, l-għad ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-Ewropa kważi tela' b'miljun. L-organizzazzjoni qed issejjaħ lil dawk li jfasslu l-politika u lil min jieħu d-deċiżjonijiet biex jgħinu permezz tal-allokazzjoni tar-riżorsi u tal-infiq.

Skeda informattiva dwar in-Nanofidda tinsab attwalment disponibbli  »

In-Nanofidda toħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent? Aqra l-iskeda informattiva, li għadha kif ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR).

Fl-edizzjoni li jmiss

Edizzjoni Speċjali: Kumitati Xjentifiċi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk