Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 131, IS 5 ta´ Ġunju 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti

imressqa minn Nathalie Chaze, Kap tal-Unità tas-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa ta' DĠ SANCO

imressqa minn Nathalie Chaze, Kap tal-Unità tas-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa ta' DĠ SANCO

Is-sistemi tas-saħħa għandhom sehem ewlieni fis-soċjetajiet tagħna: jgħinu lil kull wieħed minna jmantni u jtejjeb saħħtu, biex b'hekk jagħmlu kontribut enormi għall-benessri tagħna lkoll.

Madanakollu, is-sistemi tas-saħħa qed jiġu aktar u aktar esposti għal bosta fatturi stressanti: il-popolazzjoni fl-Ewropa qed tixjieħ u teħtieġ aktar kura li tkun tajba; it-teknoloġiji moderni jipprovdu kura effettiva iżda din ma tiġix b'xejn; il-forza tax-xogħol tas-saħħa mhijiex imqassma tajjeb u tbati biex tlaħħaq mal-bżonnijiet, u bil-kriżi ekonomika il-gvernijiet qed ikollhom jieħdu deċiżjonijiet diffiċli b'baġit [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

L-Attivazzjoni ta’ Strateġiji ta' Stratifikazzjoni u r-Riżultati tal-interventi tas-Servizzi tal-Kura tas-saħħa fuq pazjenti fraġli

L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tas-Saħħa Pubblika fir-Reġjun Ewropew

Il-Forum Ewropew tal-Pazjenti

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

“It-Traffikanti tal-Pazjent”, imressqa minn Christiane Hawranek u Marco Maurer, ir-rebbieħa Ġermaniżi tat-tieni premju tal-2013

"Kif sirt membru ta’ netwerk dwar iċ-ċitostatiċi. Tixtieq tidħol membru int ukoll?", ta' Vlad Mixich, finalist tal-2013 mir-Rumanija.

“Iġsma Pprintjati”, ta' Marta Palomo de Udaeta, finalista tal-2013 minn Spanja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-pjan ta’ ħidma 2014 għall-implimentazzjoni tat-Tielet Programm tas-Saħħa ġie ppubblikat  »

Il-Pjan ta’ Ħidma tal-2014 jelenka l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tat-Tielet Programm tas-Saħħa 2014-2020. Il-baġit annwali huwa ta’ madwar 54 miljun euro.

Fadal żmien biex tipparteċipa: Ġurnata ta' informazzjoni dwar is-Sejħiet għat-Tielet Programm tas-Saħħa 2014  »

Il-Ġurnata ta' Informazzjoni dwar is-Sejħiet ġodda għal proposti għall- 2014, ippjanata għas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Lussemburgu, ġiet posposta għall-10 ta’ Ġunju 2014

Sejħa għal proposti: "Dieta tajba: Snin bikrin u Popolazzjoni li qed Tixjieħ"  »

Is-sejħa preżenti tal-Kummissjoni Ewropea għal proposti se tappoġġja interventi relatati ma’ dieta tajba għas-saħħa fis-snin bikrin u għall-popolazzjoni li qed tixjieħ.

Il-proġett Momentum jippubblika lista ta’ fatturi meħtieġa għas-suċċess tat-telemediċina  »

Il-proġett Momentum, parzjalment iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, ippubblika lista ta’ 18-il fattur li huma kruċjali biex jirnexxi l-iżvilupp tat-telemediċina fir-rutina tal-kura tas-saħħa. Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista tibda fażi ta’ konsultazzjoni pubblika.

L-Awtorità Ewropea dwar s-Sigurtà fl-ikel tistieden lix-xjentisti biex japplikaw għal sħubija  »

Xjentisti ta’ kalibru għoli b’għarfien espert f’oqsma inklużi l-bijoloġija, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, l-organiżmi ġenetikament modifikati, l-għalf, il-protezzjoni tal-pjanti, il-kontaminanti fil-katina alimentari, il-perikli bijoloġiċi u n-nutrizzjoni huma mistiedna japplikaw sat-18 ta’ Ġunju 2014.

Il-Kummissjoni tospita l-laqgħa ta' tnedija tar-rikostituzzjoni tal-Alleanza GAVI  »

L-avveniment kien it-tnedija tat-tħejjija tat-tieni Rikostituzzjoni tal-Alleanza GAVI biex inbeda l-proċess tad-donaturi għall-perjodu 2016-2020. Mill-2003, l-UE kkontribwiet madwar €83 miljun lill-Alleanza, li salvat 6 miljun ħajja mis-sena 2000.

Parir aġġornat dwar l-ivvjaġġar maħruġ għar-residenti u l-viżitaturi ta' pajjiżi infettati bil-polio (Poljomjelite)  »

miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ħareġ parir dwar l-ivvjaġġar b'rakkomandazzjonijiet ġodda bl-ilsna kollha tal-UE ġie ppubblikat.

Avvenimenti li ġejjin 

Kontribuzzjoni tal-UE għal prevenzjoni msaħħa u kura mtejba fi żminijiet ta’ qawmien mill-ġdid tal-epidemija tal-HIV/AIDS (Ateni, 12-13 ta’ Ġunju 2014)  »

Dan ir-raggruppament ta' avvenimenti tal-midja jindirizza ġurnalisti tal-midja tas-saħħa speċjalizzati u ta' artikli tas-saħħa fl-istampa ġenerali u se jiffoka fuq proġetti implimentati fil-kuntest ta’ programmi tas-saħħa tal-UE, ir-riżultati tagħhom u l-impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum.

Konferenza dwar il-fraġilità: Jiġu identifikati l-prijoritajiet għal politika tal-UE (Brussell, 18 ta’ Ġunju 2014)  »

Din il-konferenza, li hi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, se tiġbor flimkien dawk li jfasslu l-politika, l-organizzazzjonijiet tas-saħħa pubblika, il-professjonisti tas-saħħa, ir-riċerkaturi u l-organizzazzjonijiet ta’ pazjenti sabiex tlaħħam rakkomandazzjonijiet u linji gwida dwar il-bini ta’ politika Ewropea dwar il-fraġilità umana.

Konferenza tan-Netwerk ta’ Referenza Ewropea (Brussell, 23 ta’ Ġunju 2014)  »

Il-fornituri tal-kura tas-saħħa, l-esperti, l-awtoritajiet nazzjonali u oħrajn se jiddiskutu l-qagħda dwar l-organizzazzjoni ta’ netwerks speċjalizzati ħafna u l-membri tagħhom fl-UE bi tħejjija għas-sejħa għal Netwerks ta' Referenza Ewropej fl-2015. Irreġistra sal-10 ta’ Ġunju.

Avveniment ta' Orizzont 2020 dwar is-Senserija tas-Saħħa Ewropea (Lyon, Franza, 4 ta’ Lulju 2014)  »

F’dan l-avveniment sponsorjat mill-Kummissjoni Ewropea, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jressqu ideat għal proġetti, jfittxu msieħba għal proġetti u jieħdu sehem f’diskussjonijiet bilaterali maqbulin minn qabel. Talbiet għal dawn id-diskussjonijiet jistgħu jsiru ġimgħat bil-quddiem, għaldaqstant irreġistra issa.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-Kummissjoni tinsisti dwar il-ħtieġa għal effikaċja , aċċessibilità u reżiljenza akbar għas-sistemi tas-saħħa tal-UE  »

Il-Kummissjoni stabbilixxiet aġenda tal-UE li tagħmel is-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa tajbin biex jiffaċċjaw l-isfidi u l-pressjonijiet attwali. Din l-aġenda telenka għadd ta’ inizjattivi li l-UE tista’ tiżviluppa biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jiżguraw li ċ-ċittadini jirċievu l-kura ta’ kwalità għolja li jixtiequ.

L-istaġun tal-btajjel: pariri utli għal sajf mingħajr inkwiet  »

Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi suġġerimenti utli u f’waqthom, inkluż liema drittijiet għandek għal servizzi mediċi f'pajjiż ieħor, biex isserraħlek moħħok qabel tmur fuq btala dan is-sajf.

It-tniġġis tal-arja għadu ta' dannu għas-saħħa fl-Ewropa  »

Madwar 90% ta’ dawk li jgħixu fil-bliet fl-Unjoni Ewropea huma esposti għal waħda mis-sustanzi niġġiesa li l-iktar tikkawża ħsara fl-arja f’livelli meqjusa bħala ta’ ħsara għas-saħħa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

L-Ombudsman jinsab imħasseb dwar bidla ta' politika fl-Aġenzija tal-Mediċini fir-rigward tat-trasparenza tad-dejta tal-provi kliniċi  »

L-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly esprimiet tħassib dwar dik li tidher bħala bidla sinjifikanti fit-trasparenza dwar dejta ta’ provi kliniċi fl-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

L-UE toffri aktar għajnuna għall-vittmi tal-għargħar  »

Il-Kummissjoni tikkoordina għajnuna tal-UE u tmexxi ċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza, li bagħat madwar 400 ħaddiem tal-għajnuna mill-Istati Membri lejn is-Serbja u l-Bożnja u Ħerzegovina. Parti mix-xogħol li qed isir jinvolvi li nevitaw it-tixrid tal-mard.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Infografika: Kif l-Ewropa timmonitorja r-residwi tal-pestiċidi fl-ikel  »

Din l-infografika tenfasizza kif l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jimmonitorjaw ir-residwi ta’ pestiċidi.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Att ta' Kura 2014 sejjaħ l-akbar riforma tas-sistema tal-kura soċjali f’aktar minn 60 sena  [Renju Unit]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa jgħid li l-Att ta' Kura 2014 jagħti s-setgħa lill-pazjenti u dawk li jagħtu l-kura tagħhom u għall-ewwel darba, jqiegħed limitu fuq l-ammont li n-nies ikollhom iħallsu għall-ispejjeż tal-kura tagħhom.

Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn fost 40,000 parteċipant f'ġirja ta' 20km fi Brussell  [BelÄ¡ju]  »

Fit-18 ta’ Mejju, aktar minn 40,000 persuna ħadu sehem fil-35 edizzjoni tal-ġirja annwali ta’ 20 km fi Brussell. Il-Kummissjoni Ewropea sponsorjat it-tellieqa fi ħdan l-azzjoni ta' dawk li waqfu jpejpu u qassmet materjal maħsub biex jgħin lil min ipejjep jieqaf, u ma jwaqqafhom xejn.

Fl-edizzjoni li jmiss

Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt għall-akkwist ta' kontromiżuri mediċi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk