Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 129, IS 8 ta´ Mejju 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Inwasslu s-Saħħa elettronika minn wegħda għar-realtà

Dr. Clemens Martin Auer, Ko-President tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika u Direttur Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Awstrija

Dr. Clemens Martin Auer, Ko-President tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika u Direttur Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Awstrija

Il-politika tas-Saħħa elettronika riċenti fl-Unjoni Ewropea bil-mod il-mod qed timxi minn tamiet u wegħdiet kbar għal realtà konkreta u n-Netwerk tas-Saħħa elettronika qed jibda jindirizza l-kwistjonijiet reali fit-triq twila lejn l-interoperabbiltà transkonfinali fl-iskambju ta’ dejta tas-saħħa.

Pass kbir 'il quddiem kienet l-adozzjoni tal-“Linji gwida dwar Sett ta' Dejta Minimu fil-Qosor tal-Pazjent għall-Iskambju Elettroniku”. Dawn il-Linja Gwida jmorru lil hinn minn ftehim dwar sett tad-dejta minimu. Huma jidentifikaw b’mod eżawrjenti prerekwiżiti organizzattivi, tekniċi u legali li għandhom jiġu ss [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Il-Kodiċi ta' Prattika għas-Servizzi tat-Telesaħħa tal-Ewropa (TeleSCoPE)

Inizjattiva Transkonfinali tar-Reġistri tal-Pazjenti (PARENT)

Metodi għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa tal-Apparati Mediċi

HASIC - Anzjanità f'Saħħitha Appoġġjata mill-Internet u l-Komunità

Programm ta' Implimentazzjoni għat-Telesaħħa u l-Avvanz tal-Koordinazzjoni tal-Kura

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

"'Dawk li jipprovdu l-kura 3D jgħinu lill-pazjenti bl-Alzheimer’s" ta' Maria Litou, finalista tal-2013 mill-Greċja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-Ebola fil-Punent tal-Afrika: L-UE żiedet l-assistenza immedjata tagħha tas-saħħa għal €1.1 miljun  »

L-Unjoni Ewropea qed iżżid l-isforzi sabiex twaqqaf it-tixrid tal-ebola fil-Punent tal-Afrika u bagħtet laboratorji mobbli minbarra li pprovdiet il-finanzjament, l-esperti, it-tagħmir u l-valutazzjonijiet. Il-Kumitat dwar is-Sigurtà tas-Saħħa ukoll qabel dwar il-messaġġi ta' informazzjoni pubbliċi.

L-opinjoni ta' SCCS dwar il-kożmetiċi li fihom l-aluminju  »

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur tal-Unjoni Ewropea indipendenti ippubblika l-Opinjoni tiegħu dwar is-sikurezza tal-aluminju fil-prodotti kożmetiċi.

Il-Parlament japprova r-regolament dwar ir-regolazzjoni tat-tariffi għall-attivitajiet ta' Farmakoviġilanza tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.  »

Il-Parlament ivvota favur Regolament tal-UE dwar it-tariffi li jridu jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-kondotta tal-attivitajiet ta' farmakoviġilanza għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, li jistabbilixxi l-livell u l-istruttura ta' dawn it-tariffi.

Il-Kummissjoni tissupplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-istudji ta' effikaċja ta' wara l-awtorizzazzjoni għall-mediċini  »

Il-qafas legali għall-istudji ta' wara l-awtorizzazzjoni għall-prodotti mediċinali fl-UE stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-2010 u l-2012 issa ġie ssupplimentat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika sitwazzjonijiet li fihom huma meħtieġa dawn l-istudji.

Pjan ta' Azzjoni dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant tal-Organi jgħaddi mill-eżaminazzjoni ta' nofs il-proċess  »

Il-Kummissjoni eżaminat il-progress u l-iżviluppi li jirriżultaw mill-inizjattivi tal-UE u dawk nazzjonali, bl-għan li jkun hemm aktar organi disponibbli għall-pazjenti, li jitjiebu is-sistemi tat-trapjant, li tiżdied il-kwalità u s-sikurezza tat-trapjani u li jiġu salvati aktar ħajjiet.

Il-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa ikollu laqgħa plenarja  »

L-14-il laqgħa plenarja tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa saret fid-9 ta' April 2014 fi Brussell u kienet ippreseduta minn John F. Ryan, Aġent Direttur għad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur.

Il-Kummissjoni tippubblika l-Gwida dwar l-Investimenti fis-Saħħa  »

Bħala reazzjoni għal rikjesti għal aktar aċċess għall-informazzjoni, il-Kummissjoni ippubblikat u l-pakkett tagħha ta' gwida tematika għall-Fondi ta' Investimenti u dawk Strutturali Ewropej, inkluża l-Gwida għall-Investimenti fis-Saħħa.

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istudenti tal-Mediċina tikseb l-esperjenza fis-saħħa pubblika.  »

Studenti fl-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istudenti tal-Mediċina dan l-aħħar żaru DĠ Sanco u Chafea biex jitgħallmu aktar dwar il-politiki tal-UE tas-saħħa pubblika. L-assoċjazzjoni hija attiva fis-saħħa pubblika, b'attivitajiet bħas-"sistema tal-aqwa ħabib" li tagħti appoġġ liż-żgħażagħ b'diżabilitajiet.

Jum tad-Donazzjoni tal-Ħalib Uman  »

Il-Jum tad-Donazzjoni tal-Ħalib Uman se jinżamm fid-19 ta' Mejju u se jqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-banek tal-ħalib uman u l-bżonn tad-donazzjonijiet. Hawn 203 bank tal-ħalib uman fl-Ewropa, fejn donaturi li jkunu skrinjati bir-reqqa jagħtu l-ħalib għat-trabi tat-twelid li jkunu twieldu qabel iż-żmien jew twieldu morda.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Konferenza Ewropea dwar il-Mard Rari u l-Prodotti Orfni (Berlin, 8 - 10 ta' Mejju, 2014)  »

B'aktar minn 100 kelliema u għadd kbir ta' professjonisti jattendu għaliha, din il-konferenza tkopri l-aħħar riċerka, l-iżviluppi fit-trattamenti l-ġodda u l-innovazzjonijiet fil-kura tas-saħħa, il-kura soċjali u l-appoġġ fil-livelli Ewropej u nazzjonali.

It-8 Ġurnata Ewropea tad-Drittijiet tal-Pazjenti (Brussell, 12 ta' Mejju 2014)  »

Dan l-avveniment, li hu organizzat min-Netwerk għal Ċittadinanza Attiva u appoġġjat mill-Programm tas-Saħħa Pubblika tal-Kummissjoni, hu opportunità għall-assoċjazzjonijiet nazzjonali u tal-UE li jaħdmu fis-settur tal-mard kroniku biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jtejbu l-kollaborazzjoni bejniethom.

Forum dwar is-Saħħa elettronika 2014 ( Ateni, 12 - 14 ta' Mejju 2014)  »

Dan l-avveniment jiġbor flimkien l-Avveniment u l-Wirja ta' Livell Għoli dwar is-Saħħa elettronika, il-Laqgħa tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika u ħafna avvenimenti oħrajn u jaspira li jsir forum ġenwin għall-iskambju tal-esperjenza, l-appoġġ reċiproku, il-prattiki tajbin u l-innovazzjoni.

Id-19-il Konferenza tal-Assoċjazzjoni Ewropea dwar is-Saħħa Dentali Pubblika (Gothenburg, 12 - 14 Ġunju 2014)  »

Din il-konferenza annwali tipprovdi opportunità għall-iskambju tal-informazzjoni bejn ir-riċerkaturi, il-prattikanti, u dawk li jfasslu l-politika.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Lx-xiri konġunt ta' tilqim u mediċini jsir realtà fl-UE  »

Il-Kummissjoni approvat Ftehim Konġunt tal-Akkwist, li se jippermetti lill-pajjiżi kollha tal-UE biex fuq bażi volontarja jiksbu t-tilqim pandemiku u kontromiżuri oħra mediċi b'mod kollettiv u mhux b'mod individwali.

Jum Dinji għas-Sensibilizzazzjoni tal-Awtiżmu: Il-proġetti tal-UE jgħinu lin-nies bl-awtiżmu sabiex jistabbilixxu ruħhom fuq is-sellum tal-impjiegi  »

Serje ta' proġetti pilota tal-Kummissjoni Ewropea għenu madwar 100 Ewropew bl-awtiżmu minn ħames pajjiżi tal-UE sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol, kif muri minn rapport ġdid rilaxxat fil-Jum Dinji għas-Sensibilizzazzjoni tal-Awtiżmu (it-2 ta' April).

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Valutazzjoni Rapida tar-Riskju: Tixrid tal-marda bil-virus tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika  »

Din il-valutazzjoni mill-ECDC teżamina r-riskju tal-introduzzjoni u t-trażmissjoni tal-virus tal-Ebola fl-UE fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Punent tal-Afrika. Din il-valutazzjoni ffurmat il-bażi ta' diskussjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju fil-Kumitat tas-Sikurezza tas-Saħħa u l-informazzjoni pubblika sussegwenti.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-ministru tas-saħħa Franċiż ivara l-kalendarju tat-tilqim għall-2014  [Franza]  »

Għall-Ġimgħa Ewropea tat-Tilqim f'April, il-Ministru tas-Saħħa Marisol Touraine varat il-kalendarju l-ġdid tat-tilqim filwaqt li fakkret lin-nies li t-tilqim mhuwiex xi ħaġa tal-passat, iżda protezzjoni għall-futur. Hi ddikjarat, "It-tilqim huwa wieħed mill-ikbar stejjer ta' suċċess tal-politika tas-saħħa pubblika."

Il-Belġju joffri t-taħriġ lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa fil-mediċina ambjentali  [BelÄ¡ju]  »

Il-Belġju qed isaħħaħ l-għarfien u l-kapaċitajiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa dwar il-mediċina ambjentali: tobba, infermiera, qwiebel, fiżjoterapisti u oħrajn daqt se jkunu jistgħu jirċievu diploma/ċertifikat tat-taħriġ fil-mediċina ambjentali.

Fl-edizzjoni li jmiss

Id-Direttiva Riveduta dwar il-Prodotti tat-Tabakk

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk