Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 128, IS 10 ta´ April 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Nuru l-aqwa ġurnaliżmu fil-qasam tas-saħħa fl-Ewropa

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Interessanti ħafna, oriġinali u intensi huma aġġettivi li bihom nixtieq niddeskrivi t-tliet artikli rebbieħa li kelli l-unur li nippremja waqt iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet tal-5 edizzjoni tal-Premju tal-UE għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa fi Brussell fit-8 ta’ April. Dawn l-artikli kienu magħżula fost aktar minn 850 artiklu sottomess minn ġurnalisti minn madwar l-UE.

Fost lista qasira ta’ 28 artiklu eċċellenti spikka dak tar-rebbieħ tal-ewwel premju, Henk Blanken mill-Pajjiżi l-Baxxi b'artiklu li jżommok "Ir-Ras ta' Carel". L-istorja tiegħu ssegwi żagħżugħ bil-marda tal-Parkinson mid-dijanj [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

In-Netwerk Ewropew ta' Referenza għall-Onkoloġija Pedjatrika ta' Esperti għad-Dijanjosi u l-Kura

Nipprevjenu d-Dipressjoni u Ntejbu l-Għarfien permezz tan-Netwerking fl-UE

CHRODIS-JA - Azzjoni Konġunta li tindirizza l-mard kroniku u l-promozzjoni ta' anzjanità f’saħħitha matul iċ-ċiklu tal-ħajja

ProYouth - Inizjattiva Ewropea dwar il-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni ta’ diżordnijiet fl-ikel fost iż-żgħażagħ.

Viġilanza u Sorveljanza ta’ Sustanzi ta’ Oriġini Umana

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Premju tal-UE għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa jippromwovi ġurnaliżmu ta’ kwalità għolja li jqajjem kuxjenza

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni tadotta r-Rapport tar-Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali ta’ Terapija Avvanzata  »

Fir-Rapport tar-Regolament, il-Kummissjoni tikkunsidra s-sitwazzjoni ta’ prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata fl-UE u tanalizza l-impatt tar-Regolament dwar terapiji avvanzati.

Smigħ pubbliku u workshop dwar il-kampijiet elettromanjetiċi li saru f’Ateni  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Griega organizzaw seduta pubblika dwar l-Opinjoni Xjentifika dwar il-kampijiet elettromanjetiċi u l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa f’Ateni fis-27 ta’ Marzu, segwita l-għada minn workshop relatat. Aqra preżentazzjonijiet.

L-Alleanza Saħħa u Ambjent tniedi mill-ġdid Sorveljanza tal-Kimiċi fuq is-Saħħa  »

L-Alleanza nediet mill-ġdid il-websajt u Newsletter onlajn tagħha u nediet għodod ta' midja soċjali ġodda bl-għan li ttejjeb is-saħħa pubblika billi tippromowovi appoġġ għal aktar regolamentazzjoni protettiva minn kimiċi perikolużi fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete Ewropa tirrapporta dwar l-aċċess għal kura tad-dijabete  »

Dan l-istudju hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu dwar id-dijabete, hu jagħti ħarsa lejn l-isfidi li d-djabetiċi jiffaċċjaw meta jippruvaw jiksbu l-kura li jeħtieġu. Hu janalizza l-aċċess għal għażliet ta’ kura fil-livell nazzjonali, jagħti perspettiva reġjonali u jista' jkun ta’ ispirazzjoni għal soluzzjonijiet ġodda.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Ewrobarometru dwar l-isport juri livelli għolja ta’ inattività fl-UE  »

Skont ir-riżultati tal-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-isport u l-attività fiżika, 59% taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea qatt jew kważi qatt ma jagħmlu eżerċizzju jew jieħdu sehem f’xi sport, filwaqt li 41% minnhom jipprattikaw xi tip ta' attività fiżika mill-inqas darba fil-ġimgħa. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-pubbliku biex ikun aktar attiv.

Tobba Estonjani abbord u onlajn, użaw b'mod sħiħ ir-Riċetta elettronika  »

Tobba ġeneralisti jagħmlu biss użu limitat tar-Riċetta elettronika (32 %), iżda l-Estonja laħqet il-quċċata tal-lista tal-pajjiżi tal-UE għall-persentaġġ ta’ tobba li jieħdu vantaġġ sħiħ minnha, b'parteċipazzjoni ta' 100%. Aqra aktar dwar kif l-Ewropa qed tuża l-għażliet tas-Saħħa elettronika.

Kumpanija Ġermaniża tirbaħ il-premju ta' inċentiv ta' €2 miljun għal teknoloġija innovattiva fil-qasam tal-vaċċini.  »

CureVac GmbH kumpanija bijofarmaċewtika Ġermaniża rebħet l-ewwel premju ta' inċentiv għall-innovazzjoni li qatt kien hawn s'issa, offrut mill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi l-inventuri sabiex jegħlbu wieħed mill-akbar ostakli għall-użu tal-vaċċini fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Forum tas-Saħħa Elettronika 2014, (Ateni, 12-14 ta’ Mejju 2014)  »

Organizzat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Presidenza Griega tal-UE, dan il-forum se juri prattiki innovattivi li taw prova tal-impatt tagħhom kemm fuq is-saħħa kif ukoll fuq aspetti soċjali u ekonomiċi u li għandhom potenzjal veru għar-replikazzjoni u li jiżdiedu fil-għadd.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Il-kumpilazzjoni tal-Opinjonijiet tal-kumitati xjentifiċi tal-2013 attwalment jinsabu disponibbli fuq CD  »

Din is-CD fiha l-Opinjonijiet u l-memoranda tal-kumitati xjentifiċi tal-2013 dwar is-sikurezza tal-konsumatur, dwar is-saħħa u r-riskji ambjentali u emerġenti għas-saħħa u dwar ir-riskji tas-saħħa li għadhom kif ġew identifikati.

Ippubblikata folja informattiva dwar l-amalgama dentali  »

Din il-folja informattiva reċentement aġġornata hi bbażata fuq l-opinjoni finali dwar l-amalgama dentali, kif adottata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali f’Marzu 2014.

Komunikazzjoni dwar is-saħħa u r-rwol tagħha fil-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed fl-Ewropa  »

Din il-pubblikazzjoni tirriżulta mill-proġett ta' riċerka tal-Komunikazzjoni Nittraduċu s-Saħħa li jappoġġa l-attivitajiet ta' komunikazzjoni dwar is-saħħa għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li jittieħed.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

“B’għajnejk”, storja fuq vidjow, tispjega mard rari għat-tfal  [Italja]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa pproduċa vidjow u kitt didattiku biex jispjega mard rari għat-tfal fl-iskejjel primarji.

L-Irlanda tiċċelebra l-10 anniversarju tal-Projbizzjoni tat-Tipjip fuq il-Post tax-Xogħol  [Iraq]  »

“Il-Projbizzjoni tat-Tipjip fuq il-Post tax-Xogħol fl-2004 kienet inizjattiva ta' suċċess," qal Dr James Reilly, T.D., il-Ministru tas-Saħħa, "u kellha impatt enormi”. Ir-riċerkaturi sabu 3,726 mewt anqas relatata mat-tipjip milli kienu mistennija li kieku l-projbizzjoni ma kinitx fis-seħħ.

Fl-edizzjoni li jmiss

Saħħa elettronika

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk