Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 126, IS 13 ta´ Marzu 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

It-Tielet Programm tas-Saħħa jippromwovi l-aqwa kooperazzjoni

Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Bl-adozzjoni tat-Tielet Programm tas-Saħħa għall-2014-2020, qed nidħlu f'fażi ġdida għal azzjoni ta' appoġġ fis-saħħa pubblika fl-Unjoni Ewropea. Il-programm hu l-għodda ewlenija biex jingħata appoġġ lill-politika tal-UE dwar is-saħħa, biex titrawwem il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati tas-saħħa u biex jgħin ħalli jittejbu r-riżultati mal-Unjoni Ewropea kollha. Il-programm hu maħsub biex jappoġġa u jikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri f'oqsma fejn il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE hi indispensabbli jew inkella tipprovdi valur miżjud importanti.

Din il-kooperazzjoni ssir [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Proġetti ffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa 2008-2013

Azzjoni Konġunta dwar it-Tnaqqis tal-Ħsara Relatata mal-Alkoħol (RARHA).

Anzjanità f'Saħħitha Appoġġata mill-Internet u l-Komunità

In-Netwerk Ewropew ta' Referenza għall-Onkoloġija Pedjatrika ta' Esperti għad-Dijanjosi u l-Kura

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Premjijiet Ewropej għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa: sors mimli informazzjoni dwar is-saħħa

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Konsultazzjoni mnedija dwar l-opinjoni preliminari dwar il-bdil tal-ġogi b'metall fuq metall  »

Tnediet il-konsultazzjoni dwar l-Opinjoni preliminari dwar il-Ġogi b'metall fuq metall, b’enfasi partikulari fuq l-impjanti tal-metall tal-ġenbejn.

Tiltaqa' għall-ewwel laqgħa tagħha l-Azzjoni Konġunta dwar il-kontroll komprensiv tal-kanser  »

L-Azzjoni Konġunta dwar il-kontroll komprensiv tal-kanser (CANCON) kellha l-ewwel laqgħa tagħha f'nofs Marzu.

Hemm bżonn ta’ sforz akbar mill-Unjoni Ewropea biex tinqered it-tuberkulożi sal-2050  »

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Tuberkulożi fl-24 ta’ Marzu, id-WHO/Ewropa qed tħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikabbru l-isforzi tagħhom biex tintlaħaq il-mira tal-qerda tat-TB mad-dinja kollha sal-2050.

L-approċċ ippjanat u determinat tal-Istati Membri biex tinsab soluzzjoni għall-Obeżità fit-Tfal  »

Fil-konferenza reċenti f’Ateni dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, l-Istati Membri ħabbru l-ftehim tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika rigward Pjan ta’ Azzjoni Ewropew immirat lejn l-obeżità fit-tfal.

Il-Kummissjoni Ewropea u d-WHO jippubblikaw il-profili tal-pajjiż dwar l-obeżità  »

Il-profili tal-pajjiżi li għadhom kif ġew ippubblikati dwar in-nutriment, l-attività fiżika u l-obeżità jipprovdu ħarsa ġenerali lejn id-dejta tal-pajjiżi dwar lista magħżula ta’ indikaturi ta’ monitoraġġ u ta' sorveljanza.

L-Ewropa naqqset il-konsum tal-melħ tagħha?  »

Il-Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-inizjattivi nazzjonali volontarji dwar il-melħ kien stabbilit fl-2008 u stabbilixxa livell b'minimu ta’ 16% fit-tnaqqis tal-melħ matul erba’ snin. Stħarriġ ġdid jiżvela kemm sar progress.

X'inhuma jagħmlu l-pajjiżi Ewropej biex ma jħallux li ssir ħsara intenzjonata fuq it-tfal?  »

Dan ix-xahar, l-Alleanza Ewropea għas-Sikurezza tat-Tfal tniedi rapport dwar Azzjoni Nazzjonali għall-Indirizzar tal-Ħsara Intenzjonata fuq it-Tfal, li jeżamina miżuri ta’ sikurezza fis-seħħ biex tiġi indirizzata l-ħsara intenzjonata fuq it-tfal f’aktar minn 25 Stat Membru.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Italja tniedi portal ġdid għas-servizzi tas-saħħa  [Italja]  »

Għadu kif tnieda portal ġdid biex jipprovdi informazzjoni dwar servizzi tal-kura tas-saħħa fl-Italja, li jinkludi t-tipi ta’ attivitajiet li jitwettqu, l-iskeda, kif isiru r-riżervi u l-valutazzjoni mill-pazjenti.

Studenti, għalliema u skejjel qed jaħdmu flimkien għal Irlanda f'Saħħitha  [Iraq]  »

Il-Ministeru għas-Saħħa approva l-pubblikazzjoni tal-istħarriġ "Lifeskills" tal-2012, li sab li l-iskejjel għandhom rwol importanti fil-promozzjoni ta' Irlanda b'Saħħitha permezz ta’ inizjattivi dwar ikel li ma jagħmilx ħsar lis-saħħa fil-livell tal-iskejjel primarji.

It-tnaqqis tax-xogħol amministrattiv tal-infermieri jista’ jħalli aktar ħin għal kura  [Ä ermanja]  »

Ħafna infermieri mhumiex kuntenti bil-medda tal-piż amministrattiv f'xogħolhom, li tnaqqsilhom il-ħin milli jagħtu l-kura. Il-Ministeru Federali tas-Saħħa ilu jifli modi kif jistgħu jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ dokumentazzjoni tax-xogħol tal-infermieri.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Forum tal-Politika dwar is-Saħħa Dinjija rigward l-Aċċess għall-Mediċini (Brussell, 20 ta’ Marzu 2014)  »

Id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi qed jorganizza Forum tal-Politika dwar is-Saħħa Dinjija rigward l-Aċċess għall-Mediċini bħala parti minn serje ta’ ħames avvenimenti li se jiġu organizzati fl-2014.

Id-Disa’ Simpożju Bjennali dwar il-Lewkimja fit-Tfulija (Praga, 28-29 ta’ April 2014)  »

Dan l-avveniment fir-Repubblika Ċeka se joffri lill-parteċipanti opportunità unika biex jiddiskutu l-aħħar progress fil-Lewkimja fit-Tfulija f’forum miftuħ ta’ ermatoloġisti u onkoloġisti pedjatriċi minn madwar id-dinja kollha.

Il-Konferenza Ewropea dwar il-Mard Rari u l-Prodotti Orfni (Brussell, 8-10 ta' Mejju 2014)  »

Din il-konferenza tal-ECRD tiffoka fuq “L-Enimma tal-Mard Rari” u tkopri kull mard rari fl-Ewropa, billi tlaqqa’ flimkien rappreżentanti tal-pazjenti, akkademiċi, professjonisti fil-kura tas-saħħa, l-industrija, ir-regolaturi u dawk li jfasslu l-politika.

It-Tieni Simpożju dwar Mogħdijiet għal Tul ta' Ħajjiet Indefiniti, (Nikosija, Ċipru, 24-26 ta’ Mejju 2014)  »

Modi bijomediċi u nonbijomediċi tat-tneħħija tax-xjuħija se jiġu diskussi, billi jiffokaw fuq ipoteżijiet u suġġerimenti dwar l-eliminazzjoni totali tal-patoloġiji deġenerattivi dipendenti fuq l-età.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Skema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità esterna għan-Neisseria meningitidis 2012  »

Is-sorveljanza tal-mard meninġokokkoli hi ta’ importanza kbira u kruċjali fl-iskoperta bikrija ta’ każijiet sabiex jiġu attivati r-rispons tas-saħħa pubblika, is-sorveljanza għal finijiet ta’ tilqim, u l-istima tal-piż tal-mard meninġokokkoli.

Fl-edizzjoni li jmiss

Mard Kroniku

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk