Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 118, IS 7 ta´ Novembru 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Id-dijabete: il-ħtieġa għal rispons intersettorjali tal-politika tal-UE

Minn João Manuel Valente Nabais, il-President tal-IDF Ewropa

Minn João Manuel Valente Nabais, il-President tal-IDF Ewropa

M’hemm ebda dubju li d-dijabete laħqet proporzjonijiet epidemiċi fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha. Fl-2012, madwar 32 miljun ruħ kienu qed jgħixu bid-dijabete fl-UE. L-Istati Membri jonfqu ċifra medja xokkanti ta’ 10% mill-spejjeż ta’ kura tas-saħħa tagħhom biex jittrattaw id-dijabete u l-kumplikazzjonijiet relatati magħha. F’xi pajjiżi, din iċ-ċifra hi għolja sa 20%.

 

Matul l-aħħar għaxar snin, iż-żieda fir-rati tal-obeżità, il-ħajja sedentarja u l-popolazzjoni li qed tixjieħ kienu l-muturi ewlenin tal-epidemija tad-dijabete. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja ripetutament ukoll ikkontestat [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

L-Aħjar Informazzjoni Ewropea permezz ta’ Riżultati Reġjonali fid-Dijabete (EUBIROD)

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Twissijiet Mediċi għad-dijabetiċi u l-awtisti, mir-rebbieħa nazzjonali għal Spanja Melisa Tuya Sánchez

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Jum Internazzjonali tad-Dijabete 14 ta' Novembru 2013  »

Għal din l-okkażjoni IDF Ewropa ppubblikat stħarriġ dwar l-aċċess għal kura tad-dijabete fl-Ewropa u biex tibni fuq il-kampanja tas-sena l-oħra, se jkun hemm kampanja ta' ġimgħa (mill-11-11-2013 sal-15-11-2013) fil-Parlament Ewropew fi Brussell b'diversi attivitajiet dwar l-ikel u l-attività fiżika

Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari fuq il-"Proteżi tal-Poli Implant (PIP) l-Implants tas-Silikon għas-Sider (aġġornar 2013)"  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Xjentifiku tagħha dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement, SCENIHR nedew konsultazzjoni dwar l-opinjoni preliminari: L-Opinjoni Preliminari dwar il-"Proteżi tal-Poli Implant (PIP) l-Implants tas-Silikon għas-Sider (aġġornar 2013)"

Vidjow ġdid disponibbli onlajn biex jispjegalek il-kura bejn il-fruntieri  »

Taf li tista’ tagħżel li tikseb il-kura tas-saħħa tiegħek f’pajjiż ieħor?

Il-Panel Espert dwar Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa: L-elezzjoni ta’ President u Viċi-President  »

Il-Panel Espert hu multidixxiplinari u grupp indipendenti ta’ esperti mwaqqaf mill-Kummissjoni (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/C 198/06) biex jipprovdi konsulenza xjentifika siewja u f’waqtha sabiex jiġu segwiti sistemi ta' saħħa moderni, reattivi u sostenibbli.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-Liġi ġdida dwar is-Saħħa Pubblika (Alkoħol)  [Iraq]  »

Il-pakkett ta’ miżuri estensiv, li se jgħinna nindirizzaw l-impatt tal-użu ħażin tal-alkoħol fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji.  

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Id-dikjarazzjoni mill-Kummissarju għas-Saħħa, Tonio Borg, dwar id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-qasam tal-Kura tas-Saħħa Bejn il-Fruntieri  »

"Għall-pazjenti, din id-Direttiva tfisser setgħa: issa għandhom għażla akbar ta' kura tas-saħħa, aktar informazzjoni, u rikonoxximent aktar faċli ta' preskrizzjonijiet bejn fruntiera u oħra."

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Forum Litwan dwar is-Saħħa 2013 – Sistemi tas-Saħħa Sostenibbli għal Tkabbir Inklużiv fl-Ewropa (Vilnus, Novembru 19-20)  »

Organizzat mill-Alleanza Ewropea għas-Saħħa Pubblika, (EPHA) li sar taħt l-awspiċi tal-Presidenza Litwana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, hu identifika l-evidenza eżistenti dwar it-trawwim tal-iżvilupp ta’ Sistemi tas-Saħħa sostenibbli madwar l-Ewropa kollha.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Anzjanità b'Ħajja Tajba? Il-Monitoraġġ u t-Titjib tal-Kwalità fil-Kura fit-Tul, ippubblikat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)  »

Dan il-ktieb joffri evidenza u eżempji ta’ esperjenzi utli biex jgħinu lil dawk li jfasslu l-politika, il-provvedituri u l-esperti jkejlu u jtejbu l-kwalità ta’ servizzi ta’ kura fit-tul.

Fl-edizzjoni li jmiss

L-għarfien dwar l-antibijotiċi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk