Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 115, IS 26 ta´ Settembru 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Antidiskriminazzjoni fis-saħħa

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Is-saħħa hi għal kulħadd. Kulħadd għandu jkollu aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità tajba, irrispettivament mis-sess, l-età, ir-razza, l-orjentazzjoni sesswali, it-tip ta' kundizzjoni, l-istatus soċjali, l-edukazzjoni, jew il-pajjiż ta' residenza. Biex dan isir realtà, jeħtiġilna niġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tas-saħħa.

Is-sena l-oħra impenjajt ruħi quddiem il-Parlament Ewropew li niġġieled kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tas-saħħa fil-forom kollha tagħha.

Minn dakinhar, impenjajt ruħi biex nisma' l-vuċi ta' kull min iħabbat wiċċu ma' diskriminazzjoni, jisfa vittma ta' st [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

BORDERNETwork

Network AVERROES

Korrelazzjoni II

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

21 jum, Cristian Delcea, ir-rebbieħ nazzjonali Rumen

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-kampanja ‘Aqta’ t-tipjip ma’ Barça' tirbaħ il-Premju EACA EURO EFFIES  »

Fiċ-ċerimonja tal-premju fi Brussell fit-18 ta’ Settembru, il-kampanja "Aqta' t-tipjip ma' Barça" rebħet premju tal-fidda.

Il-Jum Dinji tal-Alzheimer, 21 ta’ Settembru 2013  »

Personalment naħseb minn Tonio Borg, il-Kummissarju għas-Saħħa.

Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa - L-aħħar ċans biex tippartecipa  »

Baqa' biss erbat ijiem qabel l-iskadenza tas-sottomissjoni (30 ta’ Settembru 2013). Iddumx taħsibha, ibgħat l-artikli tiegħek!

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (EAHC) tniedi sejħiet għal offerti ġodda  »

Tnedew tliet sejħiet: prattiki tajbin fil-qasam tat-trasfużjoni tad-demm; kompetizzjoni biex tappoġġja l-politiki tat-tabakk u pakketti ta’ taħriġ għall-professjonisti tas-saħħa biex jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tas-servizzi tas-saħħa għall-migranti u l-minoritajiet etniċi, inklużi r-Roma

Sejħa għal espressjoni ta’ interess tal-Kummissjoni għall-kariga ta’ Membru għall-Kumitat Pedjatriku (PDCO)  »

Din is-sejħa hi għal membri u supplenti li jirrappreżentaw assoċjazzjonijiet tal-pazjenti u organizzazzjonijiet professjonali tas-saħħa.

Talba għal opinjoni xjentifika minn “Bord espert dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa”  »

Ġiet mitluba opinjoni dwar il-valutazzjoni tal-istudju dwar l-'Evalwazzjoni ta’ sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tal-kura tas-saħħa madwar l-UE'.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) b'sura ġdida għall-futur  »

L-EMA ħabbret id-dettalji tal-istruttura organizzattiva ġdida tagħha. Il-bidliet fundamentalment jorganizzaw mill-ġdid l-operazzjonijiet tal-Aġenzija biex tappoġġa aktar il-missjonijiet pubbliċi, tas-saħħa u tal-annimali.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar in-Nutrizzjoni (NAP.e)  [Awstrija]  »

L-għan ewlieni tal-pjan huwa li sal-2020 jitnaqqsu l-piż żejjed u l-obeżità fit-trabi, it-tfal, l-adolexxenti, in-nisa tqal u li jreddgħu kif ukoll l-iżvilupp ta’ għodda għall-komunikazzjoni u l-għoti tas-setgħa.

‘Il-ġestjoni tas-saħħa’ - ninkoraġġixxu lit-tfal isiru adulti aktar b’saħħithom  [Danimarka]  »

Il-proġett se jkompli għaddej sal-2016/17 u se joħloq kultura li tħeġġeġ lill-istudenti jiċċaqilqu, u jħeġġiġhom jagħmlu għażliet tal-ħajja iktar tajbin għas-saħħa.

Avvenimenti li ġejjin 

It-Tieni Kungress Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ħalib (EMBA), (Istanbul, 8-9 ta’ Novembru 2013)  »

Il-Konferenza intitolata ‘Kulturi u tradizzjonijiet differenti; l-istess banek tal-ħalib?' se tiddiskuti stħarriġ dwar id-donazzjoni tal-ħalib lill-banek, it-taqsim informali tal-ħalib tal-ommijiet u l-aġġornament tal-mappa tal-EMBA.

Is-sitt Forum Ewropew tal-Pazjenti (Żagreb, 28-29 ta’ Ottubru 2013)  »

Din is-sena l-Forum Ewropew tal-Pazjenti (EPF) se jipprovdi għodda għall-parteċipanti biex jiddefendu drittijiethom b’mod effettiv fil-livell Ewropew u nazzjonali.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Appoġġ tal-UE għal azzjonijiet konġunti għal inizjattivi ewlenin tas-saħħa pubblika, 2008-2011  »

Ippubblikati mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) 20 storja ta’ suċċess ippreżentati f’dan il-fuljett juru l-impatt pożittiv fuq is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE permezz ta’ azzjonijiet konġunti.

Rapport dwar is-Sistema ta’ Twissija Rapida għal Tessuti u Ċelloli tal-bniedem (RATC), 2010-2012  »

Is-sistema ta’ twissija rapida għal tessuti u ċelloli tal-bniedem (RATC) hi użata b’mod parallel ma’ sistemi ta’ viġilanza nazzjonali eżistenti li jiġbru u jimmaniġġaw twissijiet dwar tessuti u ċelluli tal-bniedem mogħtija u użati fi Stat Membru.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari dwar "Riskji ambjentali u effetti indiretti fuq is-saħħa tal-merkurju mill-amalgama dentali"  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent SCHER nedew konsultazzjoni dwar l-opinjoni preliminari: ir-riskji ambjentali u effetti indiretti fuq is-saħħa tal-merkurju mill-amalgama dentali

Fl-edizzjoni li jmiss

Is-saħħa mentali

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk