Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 114, IS 12 ta´ Settembru 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-obeżità u għall-promozzjoni ta' stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa

Minn, Philippe Roux, Kap tal-Unità, DĠ SANCO, Unità C4, Determinanti tas-Saħħa

Minn, Philippe Roux, Kap tal-Unità, DĠ SANCO, Unità C4, Determinanti tas-Saħħa

Biżżejjed inħarsu lejn iċ-ċifri u ż-żaqq dejjem tikber tal-Ewropej biex naraw li l-obeżità qed tiżdied. L-obeżità fit-tfal hi xejra partikolarment inkwetanti, li tista' twassal għal ħajja mimlija problemi tas-saħħa bħad-dijabete, il-mard tal-qalb u mard kroniku ieħor.

Bħala medja fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, 17% tal-popolazzjoni adulta hi obeża. 52% tal-popolazzjoni adulta hi meqjusa li għandha piż żejjed jew li hi obeża. Dan ifisser li wieħed minn kull żewġ adulti u kważi wieħed minn kull tlett itfal għandhom piż żejjed jew huma obeżi.

L-Unjoni Ewropea hija impenjata b’mod attiv fil-ġl [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Sħubija, ikel tajjeb għas-saħħa u tmexxija innovattiva bħala għodod biex jiġġieldu kontra l-obeżità u l-piż żejjed (governanza tal-obeżità)

Tfal f’Saħħithom f’Familji f’Saħħithom (Tfal f’Saħħithom)

Animazzjoni għat-tfal biex tgħallem u tinfluwenza l-valuri u l-fehmiet dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa u l-attività fiżika (ACTIVE)

Il-Ġlieda Kontra l-Obeżità permezz tal-Offerta u d-Domanda (FOOD)

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

“Klieb li jagħtu twissijiet mediċi lil persuni dijabetiċi u awtistiċi", mir-rebbieħa nazzjonali għal Spanja Melisa Tuya Sánchez

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni Ewropea – il-websajt dwar is-Saħħa Pubblika kullimkien fl-Ewropa  »

Id-DĠ Saħħa u Konsumaturi għandu l-pjaċir jippreżenta verżjoni ġdida tal-websajt dwar is-Saħħa Pubblika tal-Kummissjoni, adattat għal apparat ġdid tal-internet, partikolarment in-navigazzjoni fuq smartphones u tablets u l-integrazzjoni tal-Portal Saħħa-UE u n-newsletter tiegħu.

'Aqta' t-Tipjip mal-Barça' tirbaħ il-Premju tal-Fondazzjoni Ewropea tal-Pulmun (ELF) għat-titjib tas-saħħa tal-pulmun  »

Il-premju ġie ppreżentat fil-Kungress Annwali tas-Soċjetà Ewropea Respiratorja li jiġbor madwar 20,000 professjonist tal-kura tas-saħħa biex jiddiskutu l-aħħar avvanzi fil-mediċina respiratorja.

'Rapport dwar l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fl-UE'  »

Dan ir-rapport jiddeskrivi l-azzjonijiet ewlenin li ħadet il-Kummissjoni Ewropea biex timplimenta l-Komunikazzjoni tal-2009 dwar l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa. Jagħti wkoll ħarsa ġenerali lejn id-daqs u x-xejriet tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fl-UE mis-sena 2000.

Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa  »

L-aħħar xahar biex tissottometti artikli ppubblikati għall-ħames edizzjoni tal-Premju tal-UE għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa: Skadenza t-30 ta’ Settembru 2013.

Simbolu ġdid biex jiġu identifikati l-mediċini li fuqhom ikunu qed isiru kontrolli addizzjonali  »

Mill-1 ta’ Settembru, simbolu ġdid (▼) se jippermetti l-pazjenti u l-professjonisti mediċi biex jidentifikaw prodotti mediċinali suġġetti għal kontrolli addizzjonali.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ġdid ta’ esperti dwar il-mard rari  »

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet adottata fit-30 ta’ Lulju 2013 - Ġew ippubblikati sejħiet għal espressjoni ta’ interess.

'Nofs Punteġġ'  »

Filmat li jippromwovi r-reġistrazzjoni ta’ pazjenti b’mard rari, magħmul minn EPIRARE (Pjattaforma Ewropea għar-Reġistri tal-Mard Rari) u ffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa tal-UE.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Kampanja nazzjonali dwar il-kura palljativa u t-terapija għall-uġigħ  [Italja]  »

Inizjattiva biex iċ-ċittadini Taljani jsiru jafu dwar l-eżistenza ta’ stat tad-dritt li jiggarantixxi u jipproteġi l-aċċess għall-kura tas-saħħa għall-pazjenti b’mard u mard terminali.

Rakkomandazzjonijiet ġodda dwar it-tilqim għar-rotavirus fit-trabi  [Ä ermanja]  »

STIKO, il-Kumitat Permanenti dwar it-Tilqim fl-Istitut Robert Koch, ippubblika skeda ġdida tal-immunizzazzjoni. Seħħew ukoll bidliet fir-rakkomandazzjonijiet għall-epatite B u t-tilqima kontra l-influwenza.

Change4Life – Kul sew, Iċċaqlaq aktar, Għix fit-tul  [Renju Unit]  »

Kampanja biex tinkoraġġixxi bidliet fl-istil tal-ħajja. 'Il-ħajja moderna' tista' twassalna biex inkunu ferm inqas attivi. B’tant opportunitajiet li naraw it-TV jew nilagħbu logħob tal-kompjuter, u b’tant ikel ippreparat minn qabel u disponibbli ta' malajr, m'għadnhiex niċċaqlqu daqs qabel, jew nieklu kif konna qabel.

Avvenimenti li ġejjin 

L-applikazzjoni tal-imġiba għat-tfassil tal-politiki (Brussell, it-30 ta’ Settembru 2013)  »

Id-diskussjonijiet li jseħħu matul dan l-avveniment se jgħinuna nifhmu aħjar kif l-ekonomija tal-imġiba tista’ tintuża biex tinfluwenza l-politika pubblika madwar il-Kummissjoni Ewropea.

Grupp ta' ħidma dwar l-esponiment tal-popolazzjoni umana għall-EMF  »

Jeżisti dibattitu kbir dwar il-kampijiet elettromanjetiċi mill-mowbajls u l-istazzjonijiet bażi. Il-proġett LEXNET hu ddedikat biex jimminimizza l-esponiment minn netwerks futuri. Il-grupp ta' ħidma se jippreżenta r-riżultati preliminari miksuba f'dan il-proġett u se jiġbor kummenti u xewqat.

Is-sitt Konferenza Ewropea dwar is-Saħħa Pubblika - ‘Is-saħħa fl-Ewropa, wasalna fejn ridna? Nitgħallmu mill-passat, nibnu l-futur' (Brussell, 13-16 ta’ Novembru 2013)  »

Il-konferenza għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa pubblika fl-Ewropa billi toffri mezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u pjattaforma għad-dibattitu lir-riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika, u l-prattikanti fil-qasam tas-saħħa pubblika.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

'Xjenza li tinqara faċilment' dwar l-ossidu taż-żingu fil-krims tax-xemx  »

Xi prodotti għall-ħarsien mix-xemx issa fihom nanopartikoli ta' ossidu taż-żingu, iżgħar minn 100 nanometru f’mill-inqas waħda mid-dimensjonijiet. Dan in-nanomaterjal jista’ jkollu proprjetajiet fiżiċi u kimiċi differenti mill-preparazzjonijiet ta’ qabel għall-istess sustanza. Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) dan l-aħħar għamel reviżjoni ta' dan is-suġġett fid-dettall.

Valutazzjoni tal-valur miżjud tal-Istrateġija tal-UE biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol  »

Ir-rapport ta’ valutazzjoni jikkonkludi li x-xogħol imwettaq s’issa ta riżultati ċari f’termini ta’ sostenn lill-azzjoni tal-Istati Membri u li t-tkomplija tal-koordinazzjoni u l-azzjoni fil-livell tal-UE tista’ żżomm u ssaħħaħ il-metodu komuni.

Fl-edizzjoni li jmiss

Diskriminazzjoni fil-qasam tas-saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk