Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 110, IS 28 ta´ Mejju 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Id-dritt għas-saħħa, id-dritt għall-ħajja – l-HIV u d-drittijiet tal-bniedem

Minn Henning Mikkelsen, Uffiċjal ta’ Kollegament tal-UE, il-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS (UNAIDS)

Minn Henning Mikkelsen, Uffiċjal ta’ Kollegament tal-UE, il-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS (UNAIDS)

Fl-Ewropa l-għadd ta' nies li jgħixu bl-HIV kull ma jmur qed jikber, u issa laħaq total ta' 2.3 miljuni. L-għadd ta' infezzjonijiet ġodda tal-HIV għadu qed jogħla, speċjalment fil-pajjiżi ġirien.

 

Illum ftit nies qed imutu bl-AIDS fil-pajjiżi tal-UE fejn hu disponibbli trattament effettiv. Fil-pajjiżi ġirien tal-UE, madankollu, l-imwiet relatati mal-AIDS qed ikomplu jiżdiedu - fl-2011 kien hemm 92,000 persuna li mietu bl-AIDS.

 

Fir-reġjun, popolazzjonijiet speċifiċi bħall-irġiel li jkollhom sess ma' rġiel oħra u nies li jinjettaw id-drogi għadhom affettwati b'mod sproporzjon [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

BORDERnetwork

SIALON

Korrelazzjoni II - Netwerk Ewropew għall-inklużjoni soċjali u s-saħħa

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

21 jum, Ta' Cristian Delcea rebbieħa nazzjonali, ir-Rumanija

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Newsletter Saħħa-UE stħarriġ - Għidilna x’taħseb  »

Biex tgħinna nkompli ntejbu n-newsletters jekk jogħġbok ħu sehem fl-istħarriġ tal-2013

L-10 Anniversarju tal-Forum Ewropew tal-Pazjenti u x-Xahar Ewropew tal-Moħħ  »

Tonio Borg, il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Konsumaturi jagħmel diskors tal-għeluq f’Dublin.

Tonio Borg, il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Konsumaturi fil-Jum DInji tat-Talassemija  »

Personalment naħseb..., mill-Kummissarju Borg, it-Talassemija - Meta l-ġisem jispiċċalu l-ossiġnu

Rapport Annwali 2011: l-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa 2011  »

Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-azzjonijiet u l-proġetti kollha ffinanzjati fl-2011, il-baġit rilevanti u l-eżekuzzjoni tiegħu flimkien ma’ eżempji ta’ riżultati ewlenin miksuba fl-2011 ta’ azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Programm.

Il-bord ta’ esperti jipprovdi parir dwar l-investiment fis-saħħa  »

12 membru ta’ bord ta’ esperti indipendenti ġew maħtura minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea

"X'inhu l-Motto tiegħek?" - Il-Jum Dinji tal-Isklerosi Multipla - id-29 ta' Mejju 2013  »

Il-kampanja tal-2013 se taqsam il-mottos ta’ sitt żgħażagħ għall-identità, ir-relazzjonijiet u l-futur, u se tistieden lill-pubbliku u lin-nies li jbatu mill-Isklerosi Multipla biex jaqsmu l-mottos tagħhom stess fuq il-websajt tal-kampanja.

Noqorbu lejn mediċini personalizzati għal mard kumpless  »

Jeżistu xi problemi li huma iktar ikkumplikati minn oħrajn, u xi problemi li huma iktar komuni minn oħrajn. Sfortunatament, meta niġu għall-mard, il-mard kumpless hu wkoll l-iktar komuni.

L-iżvilupp ta' mezzi ġodda għall-ġlieda kontra l-kanċer  »

Il-kanċer hu responsabbli għal madwar 13% tal-imwiet madwar id-dinja. Fost dawn l-imwiet, madwar 90% mhumiex ikkawżati mill-kanċer oriġinal, iżda mit-tixrid tiegħu lejn partijiet oħra tal-ġisem. Dawn il-kanċrijiet sekondarji, magħrufa bħala metastasi, ta’ spiss huma kkawżati minn “ċelloli tat-tumur li jiċċirkolaw”.

RareConnect tħabbar l-40 komunità tal-mard rari  »

RareConnect.org, il-pjattaforma maħluqa, immonitorjata u mmexxija mill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti EURORDIS u NORD, tkompli l-missjoni tagħha billi tgħaqqad flimkien lill-pazjenti li jbatu minn mard rari, bejn il-fruntieri u lil hinn mill-ostakli lingwistiċi.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Iċ-Ċentru Federali għall-Edukazzjoni dwar is-Saħħa jniedi websajt ġdid għall-kontroll tal-infezzjonijiet  [Ä ermanja]  »

Il-websajt fih informazzjoni estensiva dwar mard infettiv, it-trasmissjoni tiegħu u l-għażliet ta' protezzjoni.

Is-saħħa fil-platt tiegħek bi ftit klikks!  [Franza]  »

L-Istitut Nazzjonali għall-Prevenzjoni u l-Edukazzjoni dwar is-Saħħa (INPE) iniedi websajt ġdid b’2300 riċetta għal ikliet tajbin għas-saħħa skont il-Programm Nazzjonali dwar in-Nutrizzjoni u s-Saħħa (NFHP).

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ir-riċerka dwar il-moħħ appoġġata mill-Unjoni Ewropea 2007-2012 - Impenn uniku  »

Ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea, jinkludi d-deskrizzjonijiet ta’ aktar minn 1,200 proġett.

Ir-reviżjonijiet tal-OECD dwar il-Kwalità tal-Kura tas-Saħħa: id-Danimarka 2013 - Ngħollu l-istandards  »

Din ir-reviżjoni dwar il-kwalità tal-kura tas-saħħa fid-Danimarka ppubblikata mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) teżamina l-politiki relatati mal-kwalità u tkopri l-kura primarja u l-kura integrata, l-ispeċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u l-ekwità.

Ir-rwol nazzjonali li qed jinbidel fil-governanza tas-sistema tas-saħħa - studju tal-każ ta' 11-il pajjiż Ewropej u l-Awstralja  »

Ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), dan l-istudju ta’ 12-il pajjiż jipprovdi ħarsa ġenerali tat-tibdil reċenti fir-rwol tal-gvernijiet nazzjonali fil-governanza tas-sistemi tas-saħħa.

Avvenimenti li ġejjin 

It-23 Konferenza Ewropea dwar il-marda tal-Alzheimer (San Ġiljan, Malta, l-10 ta’ Ottubru 2013)  »

It-23 Konferenza Ewropea dwar il-marda tal-Alzheimer f’Malta, kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea, Programm tas-Saħħa. Tmiem għar-reġistrazzjoni bikrija fit-30 ta’ Ġunju 2013.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Miftiehem pjan ta’ azzjoni ġdid għall-kura tas-saħħa innovattiva bejn il-fruntieri  »

Id-dikjarazzjoni hija mmirata lejn il-prijoritizzazzjoni tal-użu tal-ICT fis-saħħa fost l-Istati Membri biex jikkontribwixxu aħjar, b’mod aktar sigur, sostenibbli u innovattiv is-sistemi tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej kollha.

Il-Kummissjoni tagħti premjijiet għall-aħjar Intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs) tas-Saħħa-e  »

Ir-rebbieħa tat-tieni kompetizzjoni tas-Saħħa-e tal-SMEs tal-UE ħarġu b’innovazzjonijiet f’oqsma bħat-titjib tat-terapija tal-imġiba konjittiva għall-kura mentali, it-titjib tal-monitoraġġ fiżjoloġiku u n-nies li qed jiffaċċjaw emerġenzi.

Il-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti: il-15 ta’ Mejju 2013  »

Għaxar benefiċċji li l-UE ġġib lill-pazjenti - agħti ħarsa lejn il-benefiċċji tal-pazjenti li huma ċittadini tal-UE.

Finanzjament ta' €150 miljun għar-riċerka dwar il-moħħ iniedi l-inizjattiva tal-UE “Ix-Xahar tal-Moħħ"  »

Fil-bidu tal-inizjattiva tagħha tax-“Xahar Ewropew tal-Moħħ,” il-Kummissjoni Ewropea warrbet madwar €150 miljun għall-finanzjament ta' 20 proġett internazzjonali ġdid ta’ riċerka dwar il-moħħ. L-investiment totali tal-UE fir-riċerka dwar il-moħħ b'hekk se jkun tela' għal aktar minn €1.9 biljun mill-2007 'l hawn.

Riforma tas-sistemi tas-saħħa milqugħa mill-Kummissjoni Ewropea  »

Il-Viċi President għall-Aġenda Diġitali Neelie Kroes u l-Kummissarju tas-Saħħa Tonio Borg laqgħu tajjeb il-kontribuzzjoni tal-ICT fir-riforma tas-sistemi tas-saħħa.

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk