Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 106, IS 14 ta´ Marzu 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

L-investiment fis-saħħa huwa prijorità fil-Pakkett ta’ Investiment Soċjali

Minn Paola Testori Coggi, Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Minn Paola Testori Coggi, Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Pakkett ta’ Investiment Soċjali tagħha għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Koeżjoni fl-20 ta’ Frar 2013. Kif enfasizzat fid-dokument tal-Kummissjoni dwar l-Investiment fis-Saħħa inkluż fil-pakkett, is-saħħa hija parti integrali mill-istrateġija Ewropa 2020.

Id-dokument jirrakkomanda riforma tas-sistemi tas-saħħa biex jiġi żgurat li jintleħqu żewġ miri: li jiġi pprovdut aċċess għas-servizzi tas-saħħa ta’ kwalità għolja u li r-riżorsi pubbliċi jintużaw b'mod aktar effiċjenti. Id-dokument ikompli jimxi fuq l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, li jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni tas-sa [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Azzjoni Konġunta tal-UE dwar l-Ippjanar tal-Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa

Euregio III

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Medical geneticist: A rare disease is a real disaster in Estonia. Silja Paavle, ir-rebbieħa nazzjonali tal-Estonja

Alen can finally move his little arms. Meta Černoga, ir-rebbieħa nazzjonali tas-Slovenja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-farmaċewtiċi: Simbolu ġdid biex jiġu identifikati l-mediċini li jkunu għaddejjin minn monitoraġġ addizzjonali  »

Is-simbolu se jippermetti lill-pazjenti u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa biex jidentifikaw faċilment il-prodotti mediċinali li jkunu għaddejjin minn monitoraġġ addizzjonali, u se jħeġġiġhom biex jirrapportaw kwalunkwe reazzjoni kuntrarja mhux mistennija permezz ta’ sistemi nazzjonali ta’ rappurtar.

Nindirizzaw l-iżbalji fil-medikazzjoni: Il-grupp ta' ħidma tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini jitlob metodu koordinat tal-UE  »

Proposti ġodda biex itejbu r-rappurtar u l-prevenzjoni ta' żbalji fil-medikazzjoni.

Il-Jum Dinji kontra t-Tuberkulożi  »

L-2013 hija t-tieni sena ta' kampanja ta' sentejn tal-Jum Dinji kontra t-Tuberkulożi "Inwaqqfu t-TB f'ħajti"

Nagħmlu r-rabta xjentifika bejn l-ambjent naturali u l-kundizzjoni tajba tas-saħħa tal-bniedem  »

Il-proġett ta' riċerka ffinanzjat mill-UE PHENOTYPE qed jinvestiga r-rabta bejn l-esponiment għall-ambjent naturali ta' barra u t-titjib fis-saħħa u l-benessri tal-bniedem.

Il-Kompetizzjoni 2013 għaż-Żgħażagħ tal-Ġimgħa Ewropea kontra l-Kanċer (EWAC)  »

Iż-żgħażagħ bejn 10 u 18-il sena huma mħeġġa jibagħtu powster ċar u kreattiv li jikkomunika dak li jistgħu jagħmlu issa biex jipprevjenu l-kanċer aktar tard fil-ħajja. Data tal-għeluq id-19 ta' April.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Istħarriġ Ewropew dwar l-Eżami tas-Saħħa fil-Lussemburgu  [Lussemburgu]  »

Kampjun ta' 13,400 persuna se jiġu mistiedna jieħdu sehem fl-Istħarriġ dwar l-Eżami tas-Saħħa tal-Lussemburgu

Ħidma biex jiżdiedu d-donazzjonijiet tal-organi  [Il-Bulgarija]  »

Bħalissa għaddej pjan ta' azzjoni fi tliet stadji mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Aġenzija Eżekuttiva għat-Trapjanti biex jiżdiedu d-donazzjonijiet tal-organi madwar il-pajjiż.

It-tielet pjan dwar il-kanċer - 2014  [Franza]  »

Qed jintlaqgħu l-kontribuzzjonijiet għat-tħejjija tal-pjan li jmiss dwar il-kanċer. Skadenza l-20 ta’ Mejju 2013.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE 

L-investiment fis-saħħa huwa prijorità fil-Pakkett ta’ Investiment Soċjali  »

Strateġiji biex jitjiebu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tas-saħħa b'baġits iktar ristretti għas-servizzi pubbliċi tas-saħħa

Il-proġett PHGEN II  »

Inħejju lill-UE għall-mediċina personalizzata – dijanjostika u terapija individwalizzati skont min ikun il-pazjent, li jagħtu kas tad-differenzi ġenetiċi.

Avvenimenti li ġejjin 

Is-Servizzi Innovattivi tas-Saħħa u l-Benessri, il-ġimgħa tas-Saħħa-e 2013 (Dublin, 13-15 ta' Mejju 2013)  »

Iż-żewġ avvenimenti ewlenin huma l-Konferenza ta' Livell Għoli dwar is-Saħħa-e organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u WoHIT (World of Health IT Conference & Exhibition) organizzata minn HIMSS Ewropa

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Nibnu netwerks ta' referenza Ewropej fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa. Nesploraw kunċetti u prattiki nazzjonali fl-Unjoni Ewropea  »

Dan l-istudju, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), jagħti ħarsa lejn l-implikazzjonijiet u l-isfidi ewlenin biex jiġi żviluppat il-kunċett ta' netwerks ta' referenza fil-livelli nazzjonali u Ewropej.

"Il-Piż tal-Mard tal-Fwied fl-Ewropa: Reviżjoni ta’ Dejta Epidemjoloġika Disponibbli ppubblikata mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-istudju tal-fwied (EASL)  »

Ir-rapport huwa r-riżultat ta' reviżjoni ta' 260 studju epidemjoloġiku ppubblikati fl-aħħar ħames snin biex tiġi studjata l-qagħda attwali ta’ evidenza dwar il-piż tal-mard tal-fwied fl-Ewropa u l-kawżi tiegħu.

JAMIE (Azzjoni Konġunta dwar il-Monitoraġġ tal-Korrimenti fl-Ewropa) toħroġ ir-raba’ edizzjoni ta’ "Il-korrimenti fl-Unjoni Ewropea"  »

Id-dejta f'din il-pubblikazzjoni hija derivata mill-Bażi tad-Dejta Ewropea tal-Korrimenti (IDB),b'iktar dejta mill-Eurostat u d-WHO-Ewropa. L-Azzjoni Konġunta hi appoġġata mill-Programm tas-Saħħa tal-UE.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Mistoqsija u tweġiba dwar 26 proġett ta' riċerka tal-UE dwar il-mard rari  »

Il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi €144 miljun f’finanzjament ġdid għal 26 proġett ta' riċerka, bl-għan li jkun hawn 200 terapija ġdida għall-mard rari sal-2020.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE dwar l-obeżità fit-tfal – Nadottaw Metodu Preventiv  »

Il-mard relatat mal-obeżità hu responsabbli għal madwar 5 darbiet iktar mill-għadd ta’ ħajjiet mitlufa minħabba s-suwiċidju u l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq magħdudin flimkien.

Fl-edizzjoni li jmiss

Is-sikurezza tal-pazjenti

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk