Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 100, IS 22 ta´ Novembru 2012

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Edizzjoni speċjali: nikbru fl-età u nibqgħu f'saħħitna.

Minn Paola Testori, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea

Minn Paola Testori, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea

Hu bi pjaċir kbir li nistgħu niċċelebraw magħkom il-mitt edizzjoni ta' din in-newsletter li bdiet 5 snin ilu. Minn dakinhar 'l hawn kibret għal kważi 14,000 abbonament mill-Ewropa kollha, bi 22 lingwa. Hi wkoll opportunità kbira li nintroduċu ma' din il-ħarġa l-format u t-tqassim ġdid tagħha, li nittama se jżidu l-gost tal-qari tagħkom.

 

Billi l-għadd ta' Ewropej bl-età ta' 65 sena u aktar se jirdoppja f'dawn l-aħħar 50 sena, hu importanti li l-Kummissjoni Ewropea tkompli tindirizza l-kwistjoni tal-anzjanità attiva u f'saħħitha. Li nikbru fl-età llum il-ġurnata ma għadux l-istess bħal snin ilu [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Studju Ġerjatriku fl-Ewropa dwar l-effetti tal-kwalità tal-arja fid-djar għall-kura tal-anzjani (GERIE)

Is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar is-Saħħa u l-Istennija ta' Għajxien (EHLEIS)

In-Netwerk Ewropew għal Azzjoni dwar l-Anzjanità u l-Attività Fiżika (EUNAAPA)

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Segwi l-Premju f'Facebook u aqra l-kontribuzzjonijiet tal-finalisti nazzjonali

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Ippubblikat ir-rapport dwar is-sikurezza tal-pazjent  »

Dan jiffoka fuq l-istat ta' implimentazzjoni ta' għadd ta' azzjonijiet biex tiżdied is-sikurezza tal-pazjent mill-pajjiżi tal-UE fl-2009.

Il-Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir (2014-2020): Stat preżenti  »

Il-Kummissjoni tippubblika aġġornament dwar il-passi li jmiss għat-tielet Programm tas-Saħħa.

L-aħħar tendenzi fil-problema tad-drogi tal-Ewropa  »

L-aġenzija għad-drogi (EMCDDA) tal-UE ppubblikat ir-rapport Annwali 2012 li fih l-aħħar statistika, tendenzi u analiżi dwar id-drogi fl-Ewropa.

Vidjow biex jitqajjem l-għarfien dwar ulied dawk ivvizzjati bid-droga  »

L-Assoċjazzjoni għal problemi tal-Alkoħol u Drogi oħrajn (VAD) nediet kampanja b'vidjow li jimpressjona, li għandha bħala mira t-tfal ta' ġenituri bi problema ta' alkoħol jew tad-drogi.

Il-pjan ta' azzjoni ġdid tad-WHO jiffoka fuq il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa  »

Hu jippreżenta 10 operazzjonijiet essenzjali għas-saħħa pubblika li l-pajjiżi jistgħu jadattaw u jaħdmu flimkien dwarhom, bit-tmexxija teknika u l-appoġġ tad-WHO biex jippjanaw servizzi u kapaċità aktar b'saħħitha għas-servizzi tas-saħħa pubblika.

Mogħti l-premju għall-aħjar film dokumentarju tas-sena relatat max-xogħol  »

"Ix-Xitwa ta' Pablo" minn Chico Pereira ta' Spanja hu r-rebbieħ għas-sena 2012. Id-dokumentarju jirrakkonta l-ġrajja ta' ħaddiem tal-minjieri rtirat fi Spanja. Il-Premju għall-Films relatati mal-Post tax-Xogħol mingħajr Perikli għas-Saħħa, ippreżentat mill-EU-OSHA, jagħti ġieħ lill-aħjar dokumentarju b'temi relatati max-xogħol.

Imniedi l-ewwel Ċentru Internazzjonali għad-Dijanjosi tal-Ewropa  »

Iċ-Ċentru Internazzjonali għad-Dijanjosi li jinsab f'The London School of Hygiene & Tropical Medicine se jkun punt fokali, forum u ċentru għat-tagħlim, li jindirizza l-prijoritajiet u l-isfidi tad-dijanjosi li r-riċerkaturi tad-dijanjosi qed jiffaċċjaw illum il-ġurnata.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

"Saħħti tiddependi minni" – Kampanja ġdida biex tiġi promossa saħħet in-nisa  [Italja]  »

Il-kampanja tal-Gvern Taljan għandha l-għan li tinkuraġġixxi u tappoġġa nisa ta' kull età biex jiddraw jieħdu ħsieb aħjar ta' saħħithom.

Att ġdid biex tkun salvagwardjata l-kwalità tas-servizzi tas-saħħa għall-anzjani  [Finland]  »

L-"Att dwar is-Servizzi għaċ-Ċittadini Anzjani",li għandu jidħol fis-seħħ f'Jannar 2013, għandu japplika għall-popolazzjoni b'età tal-pensjoni li l-kapaċità li jfendu għal rashom hi mfixkla b'mod sinifikattiv minħabba l-anzjanità.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE 

SHIPSAN TRAINET – Krużis mingħajr ħsara għas-saħħa fl-Ewropa  »

Dan il-proġett jipproponi qafas komuni Ewropew għar-regolament tal-iġjene fuq il-vapuri tal-krużis.

Frott b'xejn għat-tfal!  »

Il-valutazzjoni tal-Iskema Ewropea Frott għall-Iskejjel turi impatt pożittiv fuq d-dieta tat-tfal.

Avvenimenti li ġejjin 

Is-Simpożju EHTEL 2012 – Fatti jew Ħrejjef, il-ġejjieni tas-Saħħa elettronika diġà jinsab magħna (Brussell, 6-7 ta' Diċembru 2012)  »

Illum il-ġurnata għas-saħħa kulħadd qed juża xi forma ta' komunikazzjoni diġitali. Waqt din il-konferenza l-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Telematika tas-Saħħa se tindirizza dak li diġà qed ikun implimentat u dawk l-isfidi li għad jinsabu quddiemna.

Is-Simpożju Ewropew dwar l-Anzjanità f'Saħħitha – Epoka ġdida għal saħħa fit-tul taż-żmien u l-ħajja fit-tul (Brussell, 12-14 ta' Diċembru 2012)  »

Il-konferenza organizzata mis-Soċjetà għall-Estensjoni ta' Ħajja f'Saħħitha għandha l-għan li turi kif jistgħu jiżdiedu bosta snin ta' ħajja f'saħħitha permezz ta' innovazzjonijiet ibbażati fuq il-bijoloġija u x-xjuħija u kif dawn jistgħu jikkontribwixxu biex tittejjeb il-ħajja mingħajr ħsara għas-saħħa b'mod tassew sinifikanti.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Is-Saħħa f'Ħakka t'Għajn: Ewropa 2012  »

Ir-rapport konġunt mill-OECD u mill-Kummissjoni Ewropea jippreżenta l-indikaturi ewlenin tal-istatus tas-saħħa, tad-determinanti tas-saħħa, tar-riżorsi u l-attivitajiet tas-saħħa, tal-kwalità tal-kura, tan-nefqa u l-iffinanzjar tas-saħħa f'35 pajjiż Ewropew.

L-Anzjanità fis-Seklu Wieħed u Għoxrin – Ċelebrazzjoni u Bidla  »

Din il-pubblikazzjoni, maħruġa mill-UNFPA u HelpAge International, li tirrappreżenta kollaborazzjoni ta' aktar minn 20 entità tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani, tirrivedi l-politiki u l-azzjonijiet meħudin mill-gvernijiet u minn partijiet interessati oħrajn mill-2002 'l hawn.

L-immaniġġjar ta' kuntatti tal-pazjenti bl-MDR TB u XDR TB  »

Din il-pubblikazzjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) tagħti gwida dwar il-kwistjonijiet kollha rilevanti relatati mal-immaniġġjar tal-kuntatti ta' persuni milqutin mit-tuberkulożi reżistenti għal diversi mediċini (MDR TB) jew tuberkulożi reżistenti b'mod estensiv għall-mediċina (XDR TB).

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-EFSA u d-DĠ SANCO organizzaw avveniment ta' livell għoli biex jiddiskutu "l-isfidi ta' għada"  »

Biex tiċċelebra l-10 anniversarju tal-Liġi dwar l-Ikel Ġenerali u t-twaqqif tal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (EFSA), iltaqgħet konferenza konġunta f'Parma, l-Italja.

Fl-edizzjoni li jmiss

Ir-Rapport 2012 Ħarsa ħafifa lejn is-Saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk