Taxation and Customs Union

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE

Български | čeština | dansk | Deutsch | eesti | ελληνικά | English | español | français | Gaeilge | hrvatski | italiano | latviešu | lietuvių | magyar | malti | Nederlands | polski | português | română | slovenčina | slovenščina | suomi | svenska



Kif issir il-preparazzjoni għall-Brexit

Gwida doganali għan-negozji


Fin-nuqqas ta’ Ftehim dwar il-Ħruġ, li jagħti bidu għal perjodu ta’ tranżizzjoni sal-aħħar tal-2020 (bil-possibbiltà ta’ estensjoni prevista fil-Ftehim dwar il-Ħruġ), mit-13 ta’ April 2019 ir-Renju Unit se jiġi ttrattat bħala pajjiż li mhuwiex tal-UE għall-finijiet doganali.

Issa wasal iż-żmien li n-negozji fl-UE jibdew jippreparaw għall-ħruġ tar-Renju Unit, jekk għadhom m’għamlux dan.

Il-Brexit se jaffettwa lill-kumpanija tiegħek jekk...

  • … tbigħ il-merkanzija jew tipprovdi is-servizzi lir-Renju Unit, jew
  • … tixtri l-merkanzija jew tirċievi s-servizzi mir-Renju Unit, jew
  • … tittrasporta l-merkanzija fir-Renju Unit.

Dan xi jfisser?

Mingħajr perjodu tranżizzjonali (kif ippreżentat fil-Ftehim dwar il-Ħruġ) jew arranġament definittiv, mit-13 ta’ April 2019 ir-relazzjonijiet kummerċjali mar-Renju Unit se jiġu rregolati mir-regoli ġenerali tad-WTO, mingħajr ma jiġu applikati preferenzi.

Dan ifisser b’mod partikolari li:

  • Se japplikaw il-formalitajiet doganali, se jkollhom jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet, u l-awtoritajiet doganali jistgħu jirrikjedu garanziji għal djun doganali potenzjali jew eżistenti.
  • Id-dazji doganali se japplikaw għall-merkanzija li tidħol fl-UE mir-Renju Unit, mingħajr preferenzi.
  • Il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll għal xi merkanzija li tidħol fl-UE mir-Renju Unit, li jfisser li jistgħu jkunu meħtieġa liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni.
  • Il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni maħruġa mir-Renju Unit mhux se jibqgħu validi fl-UE (EU27).
  • L-awtorizzazzjonijiet għas-simplifikazzjonijiet jew għall-proċeduri doganali, bħall-proċedura tal-ħżin doganali, maħruġa mir-Renju Unit mhux se jibqgħu validi fl-UE (EU27).
  • L-awtorizzazzjonijiet tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) maħruġa mir-Renju Unit mhux se jibqgħu validi fl-UE (EU27).
  • L-Istati Membri se jimponu l-VAT fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija li tidħol fl-UE mir-Renju Unit. L-esportazzjonijiet lejn ir-Renju Unit se jkunu eżentati mill-VAT.
  • Ir-regoli għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT (għall-provvista ta’ servizzi bħas-servizzi elettroniċi), u għar-rifużjonijiet transfruntiera tal-VATse jinbidlu.
  • It-trasport tal-merkanzija lejn ir-Renju Unit se jirrikjedi dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. It-trasport ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa lejn ir-Renju Unit jista’ jirrikjedi wkoll dokument amministrattiv elettroniku (eAD).
  • It-trasport ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa mir -Renju Unit lejn l-UE (EU27) se jkollu jiġi rrilaxxat mill-formalitajiet doganali qabel ma jkun jista’ jibda t-trasport skont is-Sistema ta’ Kontroll tat-Trasport ta’ Merkanzija Soġġetta għas-Sisa (EMCS).

X’għandek tagħmel?

In-negozji kollha kkonċernati jridu jippreparaw, jieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa kollha u jlestu l-azzjonijiet amministrattivi meħtieġa kollha, qabel it-13 ta’ April 2019, sabiex jevitaw it-tfixkil.

Agħti titwila lejn il-lista ta’ kontroll ta’ hawn taħt u kun af liema passi prattiċi jeħtieġ li tieħu mill-iktar fis biex tkun ippreparat.

 

Lista ta’ kontroll tal-Brexit għall-kummerċjanti


  • Ivvaluta jekk in-negozju tiegħek jagħmilx kummerċ mar-Renju Unit jew jittrasportax il-merkanzija fir-Renju Unit. 

Jekk iva:

  1. ir-riżorsi umani  meħtieġa (il-persunal imħarreġ f’materji doganali);  
  2. il-kapaċità teknika  meħtieġa (is-sistemi tal-IT u oħrajn); kif ukoll
  3. l-awtorizzazzjonijiet doganali meħtieġa, bħal fil-każ ta’ proċeduri speċjali (għall-ħżin, għall-ipproċessar jew għal merkanzija soġġetta għar-regola tal-“użu speċifiku”).
  • Staqsi lill-awtorità doganali nazzjonali tiegħek dwar is-simplifikazzjonijiet u l-faċilitazzjonijiet doganali eżistenti disponibbli għan-negozju tiegħek, pereżempju:
  1. is-simplifikazzjonijiet għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali;
  2. il-garanziji komprensivi, b’ammonti mnaqqsa jew b’eżenzjonijiet; 
  3. is-simplifikazzjonijiet għall-proċeduri ta’ tranżitu. 
  • Ikkunsidra  li tapplika għall-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat(AEO, por sus siglas en inglés).
  • Jekk inti rreġistrat għall-VAT Mini-One-Stop-Shop fir-Renju Unit, irreġistra  fi Stat Membru tal-EU27.
  • Jekk fl-2018 ħallast il-VAT fir-Renju Unit,  ibgħat  it-talbiet tiegħek għar-rifużjoni tal-VAT bil-quddiem biżżejjed qabel id-13 ta’ April​ 2019 sabiex jiġu pproċessati qabel dik id-data.
  • Tkellem mas-sħab tan-negozju tiegħek (il-fornituri, l-intermedjarji, it-trasportaturi, eċċ.) peress li l-Brexit jista’ jkollu impatt ukoll fuq il-katina tal-provvista tiegħek.
  • Żur  il-paġna tagħna li fiha moduli tal-apprendiment elettroniku (eLearning) dwar id-Dwana u t-Taxxa abiex tara jekk inti jew il-persunal tiegħek għandkomx bżonn taħriġ addizzjonali.
  • Għal informazzjoni teknika iktar dettaljata, tista’ tikkonsulta l-paġna web tal-Kummissjoni Ewropea li fiha “avviżi ta’ tħejjija” dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti, inkluż id-Dwana u t-Taxxa.

Sabiex tikseb iktar informazzjoni u assistenza, ikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali tiegħek, lill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija lokali tiegħek, jew lill-assoċjazzjoni tal-industrija tiegħek.

Noti ta’ gwida u linji gwida dwar Brexit


Nota ta’ gwida dwar kwistjonijiet Doganali fil-każ li ma jseħħ ebda ftehim

Nota ta’ gwida dwar is-sisa għall-moviment tal-merkanzija fil-każ li ma jseħħ ebda ftehim

Nota ta’ gwida dwar kooperazzjoni amministrattiva u għajnuna għall-irkupru tal-VAT fil-każ li ma jseħħ ebda ftehim

Nota ta’ gwida tal-Kumitat tal-VAT fil-każ li ma jseħħ ebda ftehim

Kuntatt


https://customs.gov.mt/bus/what-does-brexit-mean-for-my-business-