Tessuti, ġilda u ġlud tal-pelliċċerija
Definizzjoni

(lista ta’ kodiċijiet tas-SA koperti minn din l-iskeda)
Tessuti u fibri grezzi inkluż fibri staple; watta; feltru eċċ.

Raden; monofilamenti; ħajt tal-ħjata; stoppa tal-filamenti; ħajt u korda; spag; kurduni; ħbula; gumna eċċ.

Drappijiet minsuġin; drappijiet mhux minsuġin; Drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ

Ġilda, ġlud tal-pelliċċerija, ġlud ħoxnin u ġlud, fer artifiċjali

Għall-iskart tar-raden, tal-fibri, tad-drappijiet, tat-tessuti, tal-ġilda u tal-ġlud tal-pelliċċerija ara l-iskeda speċifika għal “Skart

Għall-prodotti ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u għall-oġġetti lesti, ara l-iskeda speċifika għal Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti


Tessuti, ġilda u ġlud tal-pelliċċerija
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun finali Fibri tat-tessuti: 150 g

Raden: 2 m (200 m għad-determinazzjoni tat-TEX)

Suf: 1 kg

Drappijiet Minsuġin Omoġeni: 15-il cm li jkopru l-wisa’ totali tal-biċċa

Drappijiet Minsuġin Eteroġeni: Tul sħiħ tad-disinn li jkopri l-wisa’ totali tal-biċċa

Drappijiet mhux minsuġin; drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ: 1 m2

Ġilda u ġlud tal-pelliċċerija: biċċa ta’ 50 x 50 cm

Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
  • ISO 1130 Fibri tat-tessuti – Xi metodi ta’ kampjunar għall-ittestjar
  • ISO 5086 Kisi tal-art tat-tessuti – Twapet innittjati bl-idejn – Kampjunar u għażla taż-żoni li jridu jiġu ttestjati
  • EN 12751 Tessuti - Kampjunar tal-fibri, tar-raden u tad-drappijiet għall-ittestjar
  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali ta’ pajjiżek rigward il-kampjunar.



Tagħmir meħtieġ
Għodda ssuġġerita għall-kampjunar skont il-metodu użat
  • Għodod ġenerali: sikkina, imqass, serrieq eċċ.
Kontenituri li għandhom jintużaw għall-kampjunar
  • Boroż tal-plastik, daqsijiet differenti, b’tikketta stampata fuqhom minn qabel jew le (P00).
  • Fliexken tal-plastik, daqsijiet differenti (P01, P03, P04).
  • Karta għat-tgeżwir, karta jew kaxxa tal-plastik.
  • Boroż tal-karta jew kaxxi tal-kartun, daqsijiet differenti, bit-tikketta stampata fuqhom minn qabel jew le (R00, R01).
Il-kontenituri għall-kampjuni għandhom ikunu nodfa u mingħajr ebda sustanza li tista’ tikkontamina l-materjal li minnu jrid jittieħed kampjun (bħal pereżempju l-ilma, il-ħmieġ, it-tentux, il-komposti tal-ħasil, il-fibri maħlulin, in-nafta u solventi oħrajn, il-flussi tal-issaldjar, l-aċidi, is-sadid, u ż-żejt).

Prekawzjonijiet ta’ sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.
  • Ara l-SDS jew l-ADR jekk ikunu disponibbli.
  • Oqgħod attent waqt il-kampjunar tal-prodotti li jkun fihom fibri tal-ħġieġ jew fibri minerali, ilbes ingwanti tal-idejn u pproteġi għajnejk; u evita l-kuntatt dirett!
  • Oqgħod attent għas-sinjali ta’ sikurezza u ta’ twissija.
  • Għandek tkun konxju minn kull struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki tax-xogħol mingħajr periklu b’rabta mal-post fejn ikunu se jittieħdu l-kampjuni, u ssegwihom.
  • Meta jkun possibbli, qabel jibda l-ħatt/il-kampjunar, għandha ssir spezzjoni viżwali preliminari tat-tagħbija għal sinjali ta’ infestazzjonijiet ta’ insetti jew vermini u/jew sinjali ta’ fungus jew moffa. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jittieħdu miżuri preventivi addizzjonali sabiex tevita l-inalazzjoni aċċidentali ta’ trab jew spori.
Tagħmir ta’ protezzjoni personali
  • Protezzjoni għall-għajnejn: goggles tas-sikurezza, jekk ikun hemm bżonn
  • Protezzjoni għall-idejn: jekk ikun hemm bżonn
  • Protezzjoni għar-ras: jekk ikun hemm bżonn
Twissija: Il-ġlud u l-ġlud tal-pelliċċerija friski jew mhux ittrattati jistgħu jkollhom pesti jew mard, b’mod partikolari l-ispori tal-Antraċe. Għandek taħdem fi spazju vventilat tajjeb. Għandu jintuża t-tagħmir ta’ protezzjoni personali addizzjonali li ġej:
  • Protezzjoni għan-nifs
  • Coveralls protettivi
Għandha tingħata attenzjoni addizzjonali meta jitneħħa t-tagħmir ta’ protezzjoni personali peress li jista’ jkun hemm il-possibbiltà li ġie kkontaminat.


Pjan għall-kampjunar
Tip ta’ konsenjaPjan għall-kampjunar
Konsenja għall-iżdoganar tal-merkanzija Kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali. Il-proċeduri għall-kampjunar imbagħad jiddependu mit-tip ta’ konsenja msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

Fibri sfużi Ħu kampjuni inkrimentali bl-idejn (20 troffa jew aktar ta’ 0,25-0,5 g kull waħda) minn partijiet differenti tal-konsenja magħżula b’mod aleatorju.

Balal ta’ fibri (<5 balal) Ħu żewġ kampjuni inkrimentali bl-idejn (wieħed minn barra l-balla, wieħed minn ġewwa l-balla) minn balla waħda jew aktar bl-użu tal-għodda xierqa (imqass jew sikkina).

Balal ta’ fibri (>5 balal) Ħu erba’ kampjuni inkrimentali bl-idejn (tnejn minn barra l-balal, tnejn minn ġewwa l-balal) b’għażla aleatorja, minn balal differenti tal-konsenja, bl-użu tal-għodda xierqa (imqass jew sikkina).

Pakketti ta’ materjali pproċessati eż. raden (<4 pakketti) Warrab l-ewwel 2 m u ħu 2 m minn kull pakkett bl-għodda xierqa (imqass jew sikkina), filwaqt li tuża tensjoni minima biex tevita li l-materjal jiġġebbed. Għall-kampjun ta’ riżerva, warrab iż-2 m li jmiss tal-istess pakkett u mbagħad aqta’ l-kampjuni l-oħra tar-raden.

Pakketti ta’ materjali pproċessati eż. raden (>4 pakketti) Għażel partijiet differenti tal-konsenja b’mod aleatorju, imbagħad warrab l-ewwel 2 m u ħu 2 m minn pakkett wieħed jew aktar, bl-għodda xierqa (imqass jew sikkina), filwaqt li tuża tensjoni minima biex tevita li l-materjal jiġġebbed. Għall-kampjun ta’ riżerva, warrab iż-2 m li jmiss tal-istess pakkett u mbagħad aqta’ l-kampjuni l-oħra tar-raden.

Rombli tad-drapp Warrab is-saff ta’ barra tar-romblu tad-drapp u aqta’ bejn wieħed u ieħor 1 m2 (biċċa ta’ 100 x 100 cm) bl-għodda xierqa (imqass jew sikkina) minn romblu wieħed jew aktar, minn partijiet differenti tal-konsenja magħżula b’mod aleatorju.

Oġġetti tal-ġilda jew tal-ġilda tal-pelliċċerija Jekk ma jkunx possibbli li tieħu l-biċċa jew l-oġġett kollu, aqta’ bejn wieħed u ieħor biċċa ta’ 50 x 50 cm bl-għodda xierqa (imqass jew sikkina) minn partijiet differenti tal-konsenja magħżula b’mod aleatorju.

Fil-każ ta’ fers għaljin fejn il-kampjunar jista’ jaffettwa l-valur jew l-użabbiltà tal-fer, ikkonsulta l-laboratorju. F’ċerti każijiet, jista’ jingħata permess li jittieħed kampjun ħafna iżgħar (2 g), iżda biss bi qbil mal-laboratorju.

Oġġetti individwali Skont il-kwantità fil-konsenja, il-valur u d-daqs tal-oġġett, in-numru minimu ta’ oġġetti li jrid isir kampjunar fuqhom huwa wieħed. Meta l-oġġetti jkunu żgħar (id-dimensjonijiet kollha sa 10 cm) kun żgur li l-kampjun finali jkun jikkonsisti minn tal-inqas 3 biċċiet.


Immaniġġjar tal-kampjuni
Kummenti ġenerali
  • Teħid tal-kampjuni: Għandek tiżgura li l-oġġetti li qed tiċċekkja jikkonsistu f’konsenja waħda. Jekk ikun hemm diversi konsenji, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod separat. Kampjun aggregat jista’ jiġi ffurmat biss minn oġġetti li jirrappreżentaw l-istess lott li jkun jinsab fl-istess konsenja. Il-kampjuni jintgħażlu b’metodu aleatorju jew b’mod sistematiku minn lott tal-konsenja. Kun żgur li ż-żona tkun nadifa minn fibri maħlulin.
    F’xi każijiet ta’ oġġetti magħmula mill-ġilda jew mill-ġlud tal-pelliċċerija, fejn il-kampjunar ma jkunx possibbli, l-evidenza fotografika meħuda mill-uffiċjali tal-kampjunar, u dokumenti, li jiddeskrivu l-oġġetti, id-dettalji u l-funzjoni tagħhom, jistgħu jkunu alternattiva sodisfaċenti għall-kampjunar. Jekk ikollok xi dubju, ikkonsulta lil-laboratorju tiegħek.
  • Ippakkjar tal-kampjuni. Il-kampjuni finali għandhom ikunu ssiġillati f’imballaġġ sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni u għandhom jinżammu barra mid-dawl tax-xemx dirett, sabiex tiġi ppreservata l-karatteristika tal-kampjuni.
Formola tal-kampjunar
  • Imla l-formola tal-kampjunar. Kopja waħda għandha tinhemeż mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
Trasport
  • Kun żgur li l-kundizzjonijiet ta’ trasport jiggarantixxu l-integrità u l-karatteristiċi tal-kampjun ittrasportat.
Ħżin
  • Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott u vventilat tajjeb. Għandhom ikunu protetti mill-esponiment għal kundizzjonijiet li jistgħu jbiddlu l-proprjetajiet rilevanti tagħhom bħal pereżempju d-dawl tax-xemx.
  • Il-kampjuni fejn il-kontenut ta’ ndewwa jista’ jaffettwa l-analiżi, għandhom jiġu ppakkjati f’kontenituri li ma jħallu la ndewwa u lanqas arja tgħaddi minnhom.

Tessuti, ġilda u ġlud tal-pelliċċerija (kabbar il-lista)
Intestatura tas-SA Deskrizzjoni


Reviżjonijiet
VerżjoniDataBidliet
1.130.03.2019L-ewwel verżjoni
1.1.101.11.2019Aġġornament - modifika żgħira tat-test
1.215.07.2021Aġġornament - reviżjoni totali tat-test