1. Għal xiex qiegħed?

It-tagħmir ta’ protezzjoni tal-ġisem huwa primarjament iddisinjat sabiex jipproteġi t-torso, jiġifieri s-sider u ż-żaqq, minn:
Huwa importanti ħafna li tagħżel it-tip adattat ta’ protezzjoni. Il-valutazzjoni tar-riskju tal-maniġer għandha tidentifika liema perikli aktarx li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom.



2. X’tipi huma disponibbli?

L-ilbies b’viżibbiltà għolja:
Dan huwa mfassal sabiex jassigura li inti tkun tidher sew meta tkun qed taħdem fit-traffiku, pereżempju f’portijiet jew fit-toroq. Dan l-ilbies jiġi fi tliet forom bażiċi, li kull waħda għandha mwaħħla magħha strixxi fluworexxenti sabiex inti tkun tidher sew jekk ma jkunx hemm ħafna dawl:
Is-sdieri bil-kmiem fihom strixxi fluworexxenti żejda u huma maħsuba għall-użu fi traffiku li jkun għaddej b’veloċità kbira (eż. minn uffiċjali jew timijiet li jkunu qegħdin jaħdmu f’toroq pubbliċi) kif ukoll fiż-żoni kollha tal-port. Għal ċerti kompiti f’żoni b’dawl baxx tista’ tiġi pprovdut ukoll b’qalziet b’viżibilità għolja jew bi strixxi riflettivi. Għandek tassigura li tilbes it-tip adattat ta’ lbies b’viżibbiltà għolja.

L-ilbies kollu ta’ viżibbiltà għolja għandu jissodisfa l-istandard nazzjonali jew l-ekwivalenti Ewropew tiegħu.

L-ilbies b’viżibbiltà għolja għandu jinżamm nadif jekk tridu jibqa’ effettiv billi jintmesaħ regolarment bl-ilma sħun u s-sapun — dan japplika b’mod partikolari għall-istrixxi fluworexxenti.

Coveralls li jintremew:

a) riskju żgħir: Dan huwa bħal ġagaga tal-karti jew tal-plastik maħsuba għan-nies li jkunu qegħdin jittrattaw xi suspett ta’ ħabi intern ta’ drogi (min jaħbi d-droga f’ġismu jew jiblagħha), sabiex inaqqsu r-riskju ta’ infezzjoni minn mikroorganiżmi li jinsabu fil-ħmieġ tal-bniedem (ir-riskju ta’ infezzjoni normalment ikun żgħir jekk it-toilets għall-iżolament tal-kampjuni jintużaw kif suppost). Hemm ukoll disponibbli maskri tal-wiċċ u ngwanti li jintremew wara l-użu.

b) riskju għoli: Ġagagi magħmula minn laminati mikroporużi bi ħjatat inkullati li jipproteġu lill-uffiċjali mir-riskju ta’ esponiment meta jimmaniġġaw sustanzi perikolużi/tossiċi ħafna kif ukoll aġenti infettivi, demm u fluwidi tal-ġisem.

Il-coveralls li jintremew għandhom jintużaw kull meta tkun qed tittratta l-ħabi intern ta’ drogi (min jaħbi d-droga f’ġismu jew jiblagħha), fejn inti tista’ tkun f’riskju ta’ kontaminazzjoni mill-ħmieġ tal-bniedem. Il-coveralls li jintremew huma prinċipalment iddisinjati għall-protezzjoni kontra perikli bijoloġiċi u sustanzi tossiċi, madankollu, joffru ftit jew l-ebda protezzjoni kontra sustanzi kimiċi korrużivi.

Għandhom jintlibsu coveralls sħaħ tal-ġisem flimkien ma’ ingwanti protettivi u protezzjoni respiratorja meta jiġu mmaniġġati oġġetti perikolużi jew sustanzi kimiċi b’kompożizzjoni mhux magħrufa.

Il-coveralls li jintremew għandhom jintrefgħu f’post nadif u xott sakemm jiġu biex jintużaw. Ladarba jintużaw, dawn għandhom jintremew — iżda tinsiex li aktarx ikun jeħtieġ li jiġu ttrattati bħala skart perikoluż. Għandek tqiegħed il-coveralls maħmuġin f’borża separata ssiġillata tajjeb sabiex tinġabar għall-inċinerazzjoni minn kumpanija tar-rimi tal-iskart approvata.

Coveralls reżistenti għaż-żejt:
Dawn huma mfassla sabiex jintużaw waqt ix-xogħol f’żoni fejn hemm ħafna żejt/ħmieġ. Dawn jipproteġu kemm lil ġismek kif ukoll lill-ħwejjeġ normali tax-xogħol tiegħek.

Kurazza għall-ġisem:
Il-persunal li jiġi f’kuntatt dirett ma’ membri tal-pubbliku potenzjalment perikolużi jistgħu jinħarġulhom kurazzi tal-ġisem. Dawn għandhom jintlibsu kif suppost u l-uffiċjali għandhom jirċievu taħriġ xieraq qabel jużawhom.



Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u kampjunar u t-tagħmir ta’ sikurezza li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.


Reviżjonijiet
10.02.2021