![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
Appendiċi D: Il-Kard Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Kimiċi (ICSC) |
| BENŻEN | ICSC: 0015 |
| Ċikloħessatrin Benżol | Novembru 2016 |
| CAS #: 71-43-2 UN #: 1114 numru EC: 200-753-7 |
| PERIKLI AKUTI | PREVENZJONI | TIFI TAN-NAR | |
| NAR U SPLUŻJONI | Jaqbad malajr. Taħlitiet ta’ fwar/arja huma splussivi. Riskju ta’ nar u splużjoni. Ara l-Perikli Kimiċi. | M’GĦANDUX IKUN HEMM fjammi fil-miftuħ, xrar u tipjip. Sistema magħluqa, ventilazzjoni, tagħmir elettriku li jiflaħ għall-isplużjonijiet u dawl. TUŻAX arja kkompressata biex timla, biex tiskarika, jew biex timmaniġġa. Uża għodod tal-idejn li ma jtajrux xrar. Evita l-akkumulazzjoni ta’ kargi elettrostatiċi (eż. bl-inkaljar). | Uża ragħwa, sprej tal-ilma, diossidu tal-karbonju, trab. F’każ ta’ nar: żomm iċ-ċilindri u tagħmir ieħor bierda billi tbexxixhom bl-ilma. |
| EVITA KULL KUNTATT! | |||
| SINTOMI | PREVENZJONI | L-EWWEL GĦAJNUNA | |
| Teħid man-nifs | Sturdament. Nagħas. Uġigħ ta’ ras. Dardir. Qtugħ ta’ nifs. Konvulżjonijiet. Telf mis-sensi. | Uża l-ventilazzjoni, protezzjoni kontra l-egżost lokali jew protezzjoni għan-nifs. | Arja friska, mistrieħ. Fittex l-attenzjoni medika. |
| Ġilda | JISTA’ JIĠI ASSORBIT! Ġilda xotta. Ħmura. Uġigħ. Ara wkoll Inalazzjoni. | Ingwanti protettivi. Ilbies protettiv. | Inża’ l-ħwejjeġ ikkontaminati. Laħlaħ il-ġilda sew bl-ilma/ħu doċċa. Fittex l-attenzjoni medika. |
| L-għajnejn | Ħmura. Uġigħ. | Ilbes maskra protettiva tal-wiċċ jew nuċċali protettiv tal-għajnejn flimkien ma’ protezzjoni għan-nifs. | L-ewwel laħlaħ b’ħafna ilma għal diversi minuti (neħħi l-lentijiet tal-kuntatt jekk tista’ tagħmel hekk faċilment), imbagħad fittex l-attenzjoni medika. |
| Inġestjoni | Uġigħ addominali. Uġigħ tal-gerżum. Rimettar. Ara wkoll Inalazzjoni. | Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt ix-xogħol. | Laħlaħ ħalqek. IĠĠEGĦILX lill-vittma tirremetti. Fittex l-attenzjoni medika. |
| RIMI TA’ LIKWIDU LI JIXXERRED | KLASSIFIKAZZJONI u TIKKETTAR |
| Eħles minn kull sorsi ta’ tqabbid. Evakwa ż-żona perikoluża! Ikkonsulta espert! Protezzjoni personali: Ilbies protettiv komplut inkluż apparat awtonomu għat-teħid tan-nifs. TITFAX is-sustanza u l-ilma tat-tlaħliħ fid-drenaġġ. TĦALLIX din is-sustanza kimika tidħol fl-ambjent. Kemm jista’ jkun iġbor il-likwidi li jnixxu u mxerrda f’kontenituri li jistgħu jiġu ssiġillati. Uża r-ramel jew assorbent inerti biex jassorbi l-likwidu li jifdal. Imbagħad aħżen is-sustanza li tkun ġbart u armiha skont ir-regolamenti lokali. |
Skont il-Kriterji tal-GHS tan-NU![]() Il-likwidu u l-fwar jieħdu n-nar malajr ħafna Jistgħu jkunu fatali jekk jinbelgħu u jidħlu fil-pajpijiet tan-nifs Jikkawżaw irritazzjoni tal-ġilda Jikkawżaw irritazzjoni serja tal-għajnejn Jistgħu jikkawżaw id-difetti ġenetiċi Jistgħu jikkawżaw il-kanċer Jagħmlu ħsara għall-mudullun tal-għadam u għas-sistema nervuża ċentrali b’esponiment fit-tul jew ripetut Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’effetti fit-tul Trasportazzjoni Klassifikazzjoni tan-NU Klassi ta’ Periklu tan-NU: 3; Grupp tal-Imballaġġ tan-NU: II |
| ĦŻIN | |
| Reżistenti għan-nar. Separati mill-ikel u l-għalf, ossidanti u aloġeni. Aħżen f’żona mingħajr drenaġġ jew mingħajr aċċess għad-drenaġġ | |
| IPPAKKJAR | |
| Tittrasportax mal-ikel u l-għalf. | |
| Imħejji minn grupp internazzjonali ta’ esperti f’isem l-ILO u d-WHO, bl-għajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni Ewropea. © ILO u WHO 2017 | |
| INFORMAZZJONI FIŻIKA u KIMIKA | |
| Stat Fiżiku; Dehra LIKWIDU BLA KULUR B’RIĦA KARATTERISTIKA. Perikli fiżiċi Il-fwar huwa itqal mill-arja u jista’ jinfirex fil-livell tal-art; jista’ jaqbad mill-bogħod. Jekk jinfirex jew jitħarrek, eċċ., jistgħu jiġu ġġenerati kargi elettrostatiċi. Perikli kimiċi Jirreaġixxi b’mod vjolenti mas-sustanzi ossidanti, mal-aċidu nitriku, mal-aċidu sulfuriku u mal-aloġeni. Dan jiġġenera periklu ta’ nar u splużjoni. Jiekol il-plastik u l-lastku. |
Formula: C6H6 Massa molekulari: 78.1 Punt tat-togħlija: 80 °C Punt tat-tidwib: 6 °C Densità relattiva (ilma = 1): 0.88 Solubbiltà fl-ilma, g/100ml f’ 25 °C: 0.18 Pressjoni tal-fwar, kPa f’ 20 °C: 10 Densità relattiva tal-fwar (arja = 1): 2.7 Densità relattiva tat-taħlita tal-fwar/arja f’ 20 °C (arja = 1): 1.2 Punt ta’ fjammabbiltà: -11 °C c.c. Temperatura ta’ tqabbid awtomatiku: 498 °C Limiti splussivi, % ta’ volum fl-arja: 1.2-8.0 Koeffiċjent tal-partizzjoni ottanol/ilma bħala log Pow: 2.13 |
| L-ESPONIMENT u L-EFFETTI FUQ IS-SAĦĦA | |
| Ir-Rotot tal-esponiment Is-sustanza tista’ tiġi assorbita fil-ġisem permezz tan-nifs, mill-ġilda u bl-inġestjoni. Effetti tal-esponiment għal żmien qasir Is-sustanza tirita l-għajnejn, il-ġilda u s-sistema respiratorja. Jekk jinbela’ dan il-likwidu, l-aspirazzjoni fil-pulmuni tista’ tirriżulta f’pulmonite kimika. Is-sustanza tista’ taffettwa s-sistema nervuża ċentrali. Dan jista’ jwassal biex wieħed jintilef minn sensih. L-esponiment ferm ogħla mill-OEL jista’ jwassal biex wieħed jintilef minn sensih u jista’ jikkawża l-mewt. Jekk tinbela’, is-sustanza tidħol faċilment fil-passaġġi tal-arja u tista’ twassal għall-pulmonite permezz tal-aspirazzjoni. |
Riskju ta’ inalazzjoni Meta din is-sustanza tevapora f’temperatura ta’ 20°C l-arja tista’ titniġġeż malajr ħafna b’sustanza dannuża. L-effetti tal-esponiment fit-tul jew ripetut Din is-sustanza tneħħi x-xaħam tal-ġilda u minħabba f’hekk il-ġilda tista’ tinxef u titqarqaċ. Is-sustanza tista’ taffettwa s-sistema nervuża ċentrali u s-sistema immunitarja. Is-sustanza tista’ taffettwa l-mudullun. Dan jista’ jirriżulta f’anemija. Din is-sustanza hija karċinoġenika għall-bnedmin. Tista’ tikkawża ħsara ġenetika li tintiret liċ-ċelloli ġerminali tal-bniedem. Ara n-Noti |
| LIMITI TAL-ESPONIMENT FUQ IX-XOGĦOL |
| TLV: 0.5 ppm bħala TWA; 2.5 ppm bħala STEL; (ġilda); A1 (karċinoġenu uman ikkonfermat); Inventarju ta’ bażi tal-emissjonijiet maħruġ UE-OEL: 3.25 mg/m3, 1 ppm bħala TWA; (ġilda). MAK: kategorija tal-karċinoġeni: 1; grupp tal-mutaġeni taċ-ċelloli ġerminali: 3A; assorbiment mill-ġilda (H) |
| AMBJENT |
| Is-sustanza hija tossika għall-organiżmi akkwatiċi. Is-sustanza tista’ tikkawża l-effetti fit-tul fl-ambjent akkwatiku. |
| NOTI |
| L-użu tax-xorb alkoħoliku jsaħħaħ l-effett dannuż. Huwa ssuġġerit eżami mediku perjodiku skont il-grad tal-esponiment. Mhuwiex biżżejjed li wieħed jinduna dwar l-esponiment mir-riħa meta jinqabeż il-valur limitu tal-esponiment. Il-benżen jikkawża l-lewċemija mijelojde akuta/il-lewċemija mhux limfoċitika akuta. Barra minn hekk, ġiet osservata rabta pożittiva bejn l-esponiment għall-benżen u l-lewċemija limfoċitika akuta, il-lewċemija limfoċitika kronika, il-mijeloma multipla, u l-linfoma mhux ta’ Hodgkin. |
| INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
| Is-simbolu tal-Klassifikazzjoni EC : F, T; R: 45–46–11–36/38–48/23/24/25–65; S: 53-45; Nota: E |
| Id-drittijiet kollha riżervati. Il-materjal ippubblikat qed jitqassam mingħajr garanzija ta’ ebda tip, la espressa u lanqas implikata. La l-ILO u lanqas id-WHO u l-Kummissjoni Ewropea m’għandhom ikunu responsabbli għall-interpretazzjoni u l-użu tal-informazzjoni li tinsab f’dan il-materjal. www.ilo.org |
| Reviżjonijiet | ||
| 10.02.2021 | ||