Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Sit web uffiċjali tal‑UE

Din il-paġna hija disponibbli b’dawn il-lingwi:

SOLVIT

Soluzzjonijiet għall-problemi li jista’ jkollok bi drittijietek fl‑UE

Eżempji ta’ problemi solvuti ›
L-għarfien tal-kwalifiki professjonali

Fiżjoterapist Awstrijak awtorizzat li jipprattika fil-Portugall

Fiżjoterapist Awstrijak applika għar-rikonoxximent professjonali fil-Portugall. Sena wara kien għadu bla tweġiba mill-awtoritajiet Portugiżi. Meta staqsa kif l-affarijiet kienu għaddejjin, qalulu biex jstenna sakemm isejħulu lura.

Dan id-dewmien kien qed inaqqas l-opportunitajiet tiegħu tax-xogħol fil-Portugall. Kien ġie offrut xi xogħol iżda ma setax jaċċetta mingħajr rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħu.

Bis-saħħa ta' SOLVIT fil-Portugall, il-fiżjoterapist kiseb ir-rikonoxximent u seta’ jibda jaħdem fil-Portugall.

Każ solvut f'5 ġimgħat.

Aktar dwar: Regoli tal-UE għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali


L-Irlanda ġġib ir-regoli għar-rikonoxximent tat-terapisti okkupazzjonali konformi mal-liġi tal-UE

SOLVIT irċieva 2 ilmenti separati, wieħed mingħand Pollakka u ieħor mingħand Ġermaniża, dwar id-diffikultajiet biex l-awtoritajiet Irlandiżi jirrikonoxxu l-kwalifiki tagħhom tat-terapija okkupazzjonali.

L-Awtorità Irlandiża qalet li l-kulleġġ jew università li minnhom iggradwaw l-applikanti riedu jkunu approvati mill-Federazzjoni Dinjija tat-Terapisti Okkupazzjoni (WFOT) fil-mument tal-gradwazzjoni. Dan ir-rekwiżit mhuwiex konformi mal-liġi tal-UE.

SOLVIT fl-Irlanda kkuntattjat il-ministeru responsabbli u pperswadietu biex ineħħi dan ir-rekwiżit u jaċċetta ż-żewġ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent miċ-ċittadini mill-Polonja u l-Ġermanja.

Wara l-intervent ta’ SOLVIT, l-awtorità responsabbli qablet li tbiddel or-regoli u neħħiet ir-referenzi kollha dwar l-affiljazzjoni WFOT mill-websajt u l-formoli ta’ applikazzjoni.

Każ solvut f’5 xhur.

Aktar dwar: Regoli tal-UE għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali


Jitneħħa t-test tal-lingwa għall-mastrudaxxi tal-UE fl-Iżvezja

Mastrudaxxa Pollak li jaħdem l-Iżvezja sar jaf li sabiex ikun intitolat għal ħlas sħiħ bħala mastrudaxxa tas-sengħa kellu bżonn ċertifikat ta’ profiċjenza fil-lingwa Żvediża.

SOLVIT ikkuntattja lill-awtoritajiet biex jispjegaw li li l-mastrudaxxa kien diġà ilu jaħdem għal aktar minn 10,000 siegħa fl-Isvezja, għalhekk it-test tal-lingwa ma kienx ġustifikat. Wara li għadda minn test bil-miktub bl-Iżvediż, il-mastrudaxxa kiseb iċ-ċertifikat bħala mastrudaxxa tas-sengħa.

SOLVIT kkonvinċja wkoll l-awtoritajiet Żvediżi jabolixxu test standard tal-lingwa bil-miktub.

Każ solvut fi 12-il ġimgħa.

Aktar dwar: Regoli tal-UE għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali


Infermieri Portugiżi jistgħu jaħdmu fi Spanja

Tliet infermieri Portugiżi applikaw għal rikonoxximent tal-kwalifiki tagħhom fi Spanja. Skont il-liġi tal-UE, l-awtoritajiet għandhom jirrispondu għall-applikazzjoni fi żmien 3 xhur. L-iskadenza għaddiet iżda xorta l-infermieri ma rċevew ebda risposta.

In-nisa żgħażagħ beżgħu li “l-ħolma Ewropea” tagħhom kienet se tevapora jekk ma jirċevux id-dokumenti meħtieġa biex ikunu jistgħu jaċċettaw tliet offerti ta’ xogħol fi sptar Spanjoli.

SOLVIT intervjena, u l-kwalifiki tagħhom ġew rikonoxxuti fiż-żmien biex ikunu jistgħu jibdew jippjanaw ħajjithom fi Spanja.

Każ solvut fi’ġimagħtejn.

Aktar dwar: Regoli tal-UE għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali