Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aħbarijiet 20/07/2015

Aġenda Soċjali - L-imperattiv tal-ħiliet

Il-Ħarġa 41 tar-rivista tal-Aġenda Soċjali hija ddedikata kompletament għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u għall-ħiliet.

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet huma mod prammatiku ta’ kif jiġu indirizzati l-impjiegi u l-isfidi soċjali li qed tiffaċċja l-UE llum, billi l-bżonnijiet speċifiċi tal-persuni jittieħdu bħala punt tal-bidu.

Il-ħiliet issa huma parti mill-portafoll tal-Kummissarju Ewropew Marianne Thyssen:

  • qed jiġu adottati prijoritajiet ġodda biex jiġu modernizzati u mtejba l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali sal-2020;
  • ingħatat spinta lill-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati;
  • strateġija komprensiva tal-UE dwar il-ħiliet hija mistennija għall-2016.

L-Aġenda Soċjali 41 tkopri dan kollu, kompluta b'artikli dwar dak li jagħmlu l-aġenziji tal-UE u l-Fond Soċjali Ewropew fil-qasam tal-ETV u tal-ħiliet.

Ixxerja din il-paġna