Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Relazzjonijiet Esterni

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-pajjiżi u s-soċjetà ċivili biex:

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem biex tiżgura li l-impjieg u l-aspetti soċjali jitqiesu fil-politiki esterni tal-UE. Permezz tal- kummerċil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-politiki tal-viċinat u d-dimensjoni esterna tal-politiki interni tagħha, il-Kummissjoni tiffoka b'mod partikolari fuq il-kunċetti tal-iżvilupp sostenibbli u impjiegi deċenti.

Organizzazzjonijiet internazzjonali u forums

L-Unjoni Ewropea taħdem ma’ u fi ħdan l- ILOl-OECDin-NU kif ukoll ma’ u fi ħdan il- G20, il-G7 u organizzazzjonijiet internazzjonali u forums oħrajn biex:

  • tippromwovi impjiegi deċenti għal kulħadd
  • tippromwovi d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni
  • timplimenta d-dimensjoni esterna tal-politiki Ewropej

ILO

L-UE żviluppat relazzjoni strateġika fit-tul mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO).

Il-kooperazzjoni tagħna tippromwovi impjiegi deċenti u l-aġenda tal-2030 għal żvilupp sostenibbli. Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-ILO tiffoka fuq il-promozzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol, inkluż fil-kummerċ, u dwar oqsma ta’ politika soċjali oħrajn.

L-UE twettaq proġett konġunt mal-ILO u tikkontribwixxi għal ħidmitha, flimkien mal-Istati Membri tal-UE, b’mod partikolari permezz ta’ dikjarazzjonijiet tal-UE.

G7

L-UE hija involuta bis-sħiħ fil-G7. L-ewwel laqgħa formali tal-ministri tax-xogħol u l-impjieg tal-G7 (flimkien mal-ministri tal-politika għall-iżvilupp) seħħet fl- 2015 taħt il-Presidenza Ġermaniża tal-G7. L-inizjattivi tal-G7 fl-affarijiet soċjali jinkludu:

  • Fond Viżjoni Żero, biex jgħin itejjeb l-impjiegi deċenti u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u s-saħħa fil-katini tal-provvista globali, li għalihom il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju
  • Forum tal-G7 dwar il-Futur tax-Xogħolbiex jiġi diskuss il-futur tax-xogħol
  • Laqgħat ministerjali u impenji ta’ segwitu fi gruppi tekniċi, inkluża t- Task Force tal-Impjieg tal-G7 il-ġdida, fejn id-DĠ EMPL iħejji l-partiċipazzjoni u l-kontribuzzjonijiet tal-UE

G20

L-UE hija membru sħiħ tal-G20. Il-ministri tax-xogħol tal-G20 iltaqgħu għall-ewwel darba f’Washington fl-2010 u kellhom laqgħat ta’ kull sena minn dak iż-żmien. L-inizjattivi tal-G20 fl-affarijiet soċjali jinkludu:

Saru wkoll diskussjonijiet tul is-sena bejn l-uffiċjali għolja u fi gruppi ta’ ħidma taħt il-Grupp ta’ Ħidma tal-Impjiegi (EWG), fejn id-DĠ EMPL jirrappreżenta lill-UE. L-EWG jagħmel ukoll segwitu tal-implimentazzjoni tal- Pjanijiet tal-Impjieg tal-G20, inklużi dawk tal-UE.

Membri ġodda prospettivi tal-UE (Tkabbir)

L-UE għandha l-għan li ttejjeb id- Dimensjoni soċjali fis-seba’ pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għas-sħubija mal-UE billi tappoġġja, tinnegozja u timmonitorja l-iżvilupp tal-politiki tal-impjieg u dawk soċjali skont l-istandards tal-UE, u l-kriterji ta’ adeżjoni.

Il-Kummissjoni tmexxi proċess ta’ governanza ekonomika ma’ dawn il-pajjiżi, abbażi tal-programmi ta’ riforma annwali tagħhom.

Id-DĠ EMPL huwa partikolarment involut fl-allinjament tal-leġiżazzjoni tal-pajjiżi kandidati ma’ dawn il- kapitoli tal-liġi tal-UE:

L- Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni huwa l-mezz li bih l-UE tappoġġja r-riformi fil-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali b’għajnuna finanzjarja u teknika.

Id-DĠ EMPL immaniġġja l-fondi tal-IPA I (2007-2013) iddedikati għall-iżvilupp tar-riżorsi umani għat-Turkija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Kroazja (sal-adeżjoni fl-2013). Il-programmi tiegħu issa qegħdin fil-fażi tal-għeluq tagħhom. L-IPA II (2014-2020) huwa mmaniġġjat mid-DĠ NEAR.

Pajjiżi ġirien oħrajn

L-UE taħdem flimkien mal-pajjiżi ġirien dwar l-impjieg u kwistjonijiet soċjali permezz tal- Politika Ewropea tal-viċinat u inizjattivi reġjonali bħal:

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem ma’ dawn il-pajjiżi permezz ta’ ftehimiet, skambju ta’ prattiki tajba, b’appoġġ lil azzjonijiet konkreti. Din il-kooperazzjoni għandha l-għan li tippromwovi:

  • kundizzjonijiet u relazzjonijiet tax-xogħol aħjar
  • djalogu soċjali effettiv u istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol
  • impjegabbiltà u impjiegi taż-żgħażagħ
  • protezzjoni soċjali adegwata u sostenibbli.

Pajjiżi żviluppati u swieq emerġenti

Il-kooperazzjoni tieħu l-forma ta':

L-għan ta’ dawn id-djalogi u l-kooperazzjoni huwa li jippromwovu ftehim reċiproku u l-iskambju ta’ evidenza, esperjenzi u prattiki.

Kummerċ u żvilupp sostenibbli

Il-politika kummerċjali tal-UE għandha l-għan li tiżgura li l-iżvilupp ekonomiku jimxi id f’id mal-ġustizzja soċjali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, standards tax-xogħol għoljin, u standards ambjentali għoljin. Għal dan il-għan, il-ftehimiet kummerċjali moderni tal-UE fihom regoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

L-UE taħdem biex tiżgura li l-politika kummerċjali tgħin biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli permezz ta’:

Ixxerja din il-paġna