Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Alleanza Ewropea għall-Apprendistati

L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati (EAfA) tgħaqqad flimkien lill-gvernijiet u lill-partijiet ikkonċernati bl-għan li ssaħħaħ il-kwalità, il-forniment u l-perċezzjoni globali tal-apprendistati madwar l-Ewropa, filwaqt li tippromwovi wkoll il-mobbiltà tal-apprendisti. Il-membri tal-EAfA jistgħu jibbenefikaw minn Servizzi ta’ Appoġġ għall-Apprendistati, li jipprovdu riżorsi u opportunitajiet ta’ netwerking online li jippermettu konnessjoni, tagħlim u azzjoni fost individwi b’interessi simili.

Sir af aktar dwar l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati

Servizzi ta’ Appoġġ għall-Apprendistati

Is-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Apprendistati għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-apprendistati madwar l-UE.

Sir af aktar dwar is-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Apprendistati

Issieħeb mal-Alleanza!

L-Alleanza hija pjattaforma biex wieħed jikkondividi l-esperjenzi tiegħu u biex jitgħallem mill-aħjar prattika. Tista’ wkoll issib sħab, tiżviluppa ideat u inizjattivi ġodda, kif ukoll ikollok aċċess għall-aħbarijiet u l-għodod l-aktar reċenti fir-rigward tal-apprendistati. Il-partijiet ikkonċernati li huma interessati jissieħbu għandhom jimlew il-formola ta’ applikazzjoni għas-sħubija u jibgħatuha lura bl-email. Jekk tixtieq tibqa’ aġġornat dwar l-Alleanza, ibgħat email biex tiġi abbonat għall-Bullettin tal-EafA.

Irreġistra l-opportunitajiet konkreti tiegħek ta’ apprendistati u taħriġ fuq is-sit web il-ġdid Sit web ta’ Drop'pin.

EAfA fuq il-midja soċjali

Ixxerja din il-paġna