Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

02/12/2020

Premju Access City 2021

L-applikazzjonijiet għall-11-il kompetizzjoni tal-Premju Access City issa huma miftuħin. L-ibliet tal-UE għandhom sad-9 ta’ Settembru biex japplikaw.

L-ibliet tal-UE huma mistiedna jieħdu sehem fil-Premju Access City 2021, il Premju tal-UE għall-bliet aċċessibbli għal persuni b’diżabilità u persuni anzjani.

Bliet Ewropej li għandhom ’il fuq minn 50 000 abitant għandhom l-opportunità li jippreżentaw l-azzjonijiet u l-istrateġiji mfassla tagħhom biex isiru postijiet ħielsa mill-ostakli u aħjar għal kulħadd biex jgħixu u jaħdmu.

Il-proċess ta’ għażla se jkollu żewġ stadji:

  • ġuriji nazzjonali jevalwaw l-applikazzjonijiet fuq livell nazzjonali;
  • ġurija tal-UE mbagħad tevalwa l-applikazzjonijiet fuq il-lista mqassra

Niċċelebraw il-11-il Premju Access City

Din l-edizzjoni l-ġdida tal-Premju Access City se tqis is-sitwazzjoni globali attwali u se jinħoloq aċċenn speċjali “Aċċessibilità ta’ servizzi pubbliċi fiż-żminijiet ta’ pandemijabiex jiġu ppremjati l-isforzi tal-ibliet.

Għat-tieni sena konsekuttiva, premju finanzjarju se jingħata lir-rebbieħa tal-ewwel, it-tieni u t-tielet post fil-kompetizzjoni (jekk jogħġbok innota li aċċenni speċjali mhumiex intitolati għal premju finanzjarju).

Data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet: id-9 ta’ Settembru 2020 (Ħin ta’ Brussell 23:59).

Tista’ ssib ir-regoli tal-konkors, in-nota ta’ gwida u d-dokumenti li għandek tipprovdi mal-applikazzjoni tiegħek fil-qiegħ ta’ din il-paġna

Kuntatt

Ixxerja din il-paġna