Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Konsultazzjonijiet pubbliċi u attivitajiet ta' konsultazzjoni oħrajn

Titlu

Konsultazzjoni pubblika dwar azzjoni possibbli tal-UE li tindirizza l-isfidi tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali għal persuni f’kull forma ta’ impieg fil-qafas tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Qasam/Oqsma Politiċi

L-impjiegi, il-protezzjoni soċjali

Grupp(i) fil-mira

Il-pubbliku ġenerali u l-partijiet ikkonċernati kollha, partikolarment l-organizzazzjonijiet b’interess fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni soċjali bħal: gvernijiet, awtoritajiet pubbliċi, kumpaniji.

Perjodu ta' konsultazzjoni Minn :     20/11/2017     sa :   15/01/2018
L-għan tal-konsultazzjoni

Il-Kummissjoni ħabbret inizjattiva dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali fil-Programm ta’ Ħidma tagħha tal-2017. L-inizjattiva għandha takkumpanja l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali mniedi fis-26 ta’ April 2017

Sabiex tiżgura li l-interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni - għall-kuntrarju ta’ interessi speċjali ta’ firxa żgħira ta’ gruppi ta’ partijiet ikkonċernati - jiġi rifless sew fit-tfassil ta’ inizjattiva tal-UE dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, il-Kummissjoni tqis li huwa d-dmir tagħha li twettaq konsultazzjoni pubblika miftuħa, u tixtieq tikkonsulta kemm jista’ jkun nies.

L-għan tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati relatati mal-inizjattiva tal-UE dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għalhekk huwa li jkun hemm proposti ta' kwalità għolja u kredibbli billi tippermetti lill-partijiet ikkonċernati biex jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom. Dan jiżgura wkoll it-trasparenza u r-responsabbiltà.

Abbażi tal-Artikoli 153 u 154 TFUE, il-Kummissjoni twettaq, qabel ma tippreżenta kwalunkwe proposta fil-qasam tal-politika soċjali, konsultazzjoni ta’ ġestjoni u ħidma dwar id-direzzjoni possibbli tal-azzjoni mill-Unjoni, segwit minn konsultazzjoni fil-fond fit-tieni stadju. Il-konsultazzjoni tal-ewwel fażi għalqet fit-23 ta’ Ġunju 2017 u tindika li l-kundizzjonijiet għal negozjati bejn l-isħab soċjali mhumiex sodisfatti.

Madankollu, billi mhux dawk kollha li jaħdmu għal rashom huma koperti minn sħab soċjali, iżda ħafna drabi huma rappreżentati mill-organizzazzjonijiet tagħhom stess jew xejn affattu, u minħabba li inizjattiva potenzjali tkun tkopri wkoll miżuri mhux leġiżlattivi barra l-Artikolu 153, il-Kummissjoni tqis li huwa essenzjali li jiġu organizzati attivitajiet ta’ konsultazzjoni oħra bħal din il-konsultazzjoni pubblika miftuħa.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni se jkunu sors ta’ informazzjoni fit-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi/mhux leġiżlattivi tal-Kummissjoni.

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Aħna nilqgħu l-kontributi minn ċittadini, organizzazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi.

Jekk jogħġbok ikklikkja hawn biex tibgħat il-kontribut tiegħek.

Ara d-dokument ta' konsultazzjoni
Ara l-kwestjonarju: https://ec.europa.eu/eusurvey/runner/c50f4bbb-1eaa-4a84-82c0-fa71876f6354?&surveylanguage=MT
Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati
Dokument ta' referenza: Konsultazzjoni pubblika dwar azzjoni possibbli tal-UE li tindirizza l-isfidi tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali għal persuni f’kull forma ta’ impieg fil-qafas tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali: bg cs da de et el en es fr hr it lv lt hu mt nl pl pt ro sk sl fi sv
Dettalji biex tikkuntattjana ○servizz responsabbli : DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, il-Kummissjoni Ewropea, l-Unità C.2: Il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali
e-mail : EMPL-ACCESS-SOCIAL-PROTECTION-OPC@ec.europa.eu
indirizz postali :L-Unità C.2: Il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, id-DĠ tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali & Inklużjoni, il-Kummissjoni Ewropea, Rue Joseph II 27, B-1049 Brussell, IL-BELĠJU
Ara l-kontribuzzjonijiet F’ġieħ it-trasparenza, l-organizzazzjonijiet ġew mistiedna jipprovdu lill-pubbliku l-informazzjoni rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UEu jikkonformaw mal-Kodiċi tal-Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix irreġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata b’mod separat mill-organizzazzjonijiet irreġistrati.
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss
Stqarrija speċifika dwar il-privatezza bg cs da de et el en es fr hr it lv lt hu mt nl pl pt ro sk sl fi sv
Il-protezzjoni tad-data personali  

Ixxerja din il-paġna