Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Konsultazzjonijiet pubbliċi u attivitajiet ta' konsultazzjoni oħrajn

Titlu

Konsultazzjoni pubblika dwar ir-rieżami tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020

Qasam/Oqsma Politiċi

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

Grupp(i) fil-mira

Iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet pubbliċi kollha huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni.

Perjodu ta' konsultazzjoni Minn :     22/12/2015     sa :   18/03/2016
L-għan tal-konsultazzjoni

L-għan ta’ din il-konsultazzjoni hu li jinġabru opinjonijiet dwar l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni kollha b’diżabilitajiet fl-Unjoni Ewropea u dwar l-impatt s’issa tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (2010-2020).

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Kull ċittadin (ċittadini tal-UE u ċittadini minn pajjiż barra mill-UE), organizzazzjoni u awtorità pubblika tista’ tipparteċipa fil-konsultazzjoni onlajn disponibbli fuq EU Survey.

F’każ ta’ diffikultà biex tidħol fil-konsultazzjoni onlajn, fuq EU Survey tista' ssib verżjoni Word aċċessibbli, li tista’ timtela offlajn u tintbagħat fl-indirizz tal-email indikat aktar ‘l isfel.

Il-kontribuzzjonijiet riċevuti jistgħu jiġu ppubblikati fuq l-internet, sakemm min iwieġeb ma jindikax li l-informazzjoni għandha tinżamm kunfidenzjali. Għal aktar informazzjoni dwar kif id-dejta personali tiegħek u l-kontribuzzjoni tiegħek se jiġu ttrattati, ara d-Dikjarazzjoni Speċifika dwar il-Privatezza.

Ara d-dokument ta' konsultazzjoni
Ara l-kwestjonarju: http://ec.europa.eu/eusurvey/runner/c29a28c8-9a4b-cada-17ba-f81c55580c51?surveylanguage=mt
Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati
Dettalji biex tikkuntattjana ○servizz responsabbli : DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni
e-mail : EMPL-C3-CONSULTATION@ec.europa.eu
indirizz postali :DG Employment, Social Affairs and Inclusion, Unit C.3 (Disability and Inclusion)
Ara l-kontribuzzjonijiet

Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet ġew mistiedna jipprovdi lill-pubbliku bit-tagħrif rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru ta' Trasparenza tal-UE u jissottomettu għall-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix reġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata separatament mill-organizzazzjonijiet reġistrati.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss
Stqarrija speċifika dwar il-privatezza bg cs da de et el en es fr hr it lv lt hu mt nl pl pt ro sk sl fi sv
Il-protezzjoni tad-data personali  

Ixxerja din il-paġna